+Parti 4 – Kunsinna tal-kollateral mill-fornitur tal-kollateral lill-SGD
---+14. Skont l-arranġament tal-kollateral finanzjarju, l-SGD għandha tiżgura li l-istituzzjoni ta’ …
---+15. Kunsinna bħal din mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD għandha tiġi ssodisfata billi …
|
Parti 4 – Kunsinna tal-kollateral mill-fornitur tal-kollateral lill-SGD
Parti 4 – Kunsinna tal-kollateral mill-fornitur tal-kollateral lill-SGD
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
14. Skont l-arranġament tal-kollateral finanzjarju, l-SGD għandha tiżgura li l-istituzzjoni ta’ …
|
Skont l-arranġament tal-kollateral finanzjarju, l-SGD għandha tiżgura li l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkunsinna l-assi b’riskju baxx lill-SGD b’konformità ma’ waħda mill-modalitajiet previsti fid-Direttiva 2002/47/KE, sabiex l-assi b’riskju baxx ikunu fil-pussess jew fil-kontroll tal-SGD.
|
|
15. Kunsinna bħal din mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD għandha tiġi ssodisfata billi …
|
Kunsinna bħal din mill-istituzzjoni ta’ kreditu lill-SGD għandha tiġi ssodisfata billi l-kollateral jiġi kkreditat kif ġej: - a. Fil-każ ta’ arranġament ta’ sigurtà ta’ kollateral finanzjarju, l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral għandhom jiġu kkreditati f’akkont ta’ titoli jew flus (i) miżmumin mill-kustodji jew l-intermedjarji li jiġu identifikati mill-awtorità maħtura jew mill-SGD u li huma kapaċi jipprovdu informazzjoni kompluta, preċiża u aġġornata rigward kemm l-istituzzjoni ta’ kreditu kif ukoll l-assi b’riskju baxx; u (ii) li jippermettu r-reġistrazzjoni tal-assi b’riskju baxx kkunsinjati bħala kollateral mill-istituzzjonijiet tal-kreditu skont il-ftehim ta’ sigurtà tal-kollateral finanzjarju.
F’dan il-każ, l-SGDs jew l-awtoritajiet maħtura għandhom jidentifikaw biss lid-depożitarji jew l-intermedjarji li jiżguraw segregazzjoni sħiħa u l-protezzjoni tal-assi b’riskju baxx u jippermettu l-aċċess pront tal-SGDs wara li ssir talba sabiex jiġi evitat telf għall-istituzzjoni tal-kreditu jew għall-SGD minħabba inadempjenza jew insolvenza tad-depożitarju. Għandhom jiżguraw ukoll li d-depożitarji ma jkunux awtorizzati li jiddisponu l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral u li jkunu rrevokaw kuntrattwalment kwalunkwe ritenzjoni ta’ dritt jew dritt ta’ rahan li huma jista’ jkollhom fuq dawk l-assi b’riskju baxx. - b. Fil-każ ta’ arranġament ta’ trasferiment tat-titolu tal-kollateral finanzjarju, għandu jkun hemm trasferiment għall-SGD f’titoli jew f’kont fi flus miżmuma mill-SGD li jippermettu reġistrazzjoni tal-assi b’riskju baxx kkunsinjati bħala kollateral mill-istituzzjoni tal-kreditu skont l-arranġament tat-trasferiment tat-titolu tal-kollateral finanzjarju. L-awtorità maħtura jew l-SGD għandhom jiżguraw li d-depożitarji ma jkunux awtorizzati li jiddisponu l-assi b’riskju baxx ipprovduti bħala kollateral u li jkunu rrevokaw kuntrattwalment kwalunkwe retenzjoni ta’ dritt jew dritt ta’ rahan li huma jista’ jkollhom fuq dawk l-assi b’riskju baxx.
Jekk SGD hija intitolata li tirċievi depożiti ta’ flus minn membri, il-kollateral fi flus jista’ jiġi depożitat direttament mal-SGD mill-istituzzjoni tal-kreditu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|