|
Għall - finijiet tal - paragrafu 10 ta' dawn il - linji gwida għandhom jitqiesu l - fatturi kollha li ġejjin sabiex jiġi żgurat li l - informazzjoni f'għamla fil - qosor jew kollettiva tiġi żvelata f'forma anonimizzata: 11.1. Numru ta' istituzzjonijiet: jekk l - informazzjoni kunfidenzjali tirrelata ma' inqas minn tliet istituzzjonijiet jew entitajiet imsemmijin fil - punti (b), (c) jew (d) tal - Artikolu 1(1) tad - Direttiva 2014/59/UE, l - iżvelar għandu jiġi evitat, sakemm il - mudelli speċifiċi, kif speċifikat fil - punt 11.2 ta' dan il - paragrafu, u l - kuntest ta' żvelar, kif speċifikat fil - punt 11.3 ta' dan il - paragrafu, ma joħolqux riskju ta' identifikazzjoni ta' dawk l - istituzzjonijiet jew entitajiet individ wali. 11.2. Mudelli speċifiċi: meta tiġi żvelata informazzjoni kunfidenzjali għandha tiġi evitata kwalunkwe referenza għal karatteristiċi speċifiċi, karatteristiċi distintivi, ismijiet jew għal data numerika, kwalitattiva jew distintiva oħra li tippermetti l - identifikazzjoni tal - istituzzjonijiet jew entitajiet individwali msemmijin fil - punti (b), (c) jew (d) tal - Artikolu 1(1) tad - Direttiva 2014/59/UE. 11.3. Kuntest ta' żvelar: l- iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali għandu jiġi evitat meta sett ta' ċirkostanzi bħall - mezz tal - iżvelar, in - numru u l - karatteristiċi tad - destinatarji, iż - żmien tal - iżvelar u kwalunkwe ċirkostanza distintiva oħra joħloq riskju ta' identifikazzjoni tal - istituzzjonijiet jew entitajiet individwali msemmijin fil - punti (b), (c) jew (d) tal - Artikolu 1(1) tad - Direttiva 2014/59/UE.
|