4. Monitoraġġ
4.1 L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu, mill-inqas darba f'sena, il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom biex jiżguraw konformità ma’ dawn il-Linji Gwida. B’mod partikolari, fejn istituzzjoni tidentifika li riskju residwu ta’ detriment tal-konsumaturi jista’ jinqala’ bħala riżultat tat-tfassil tal-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1.2 ta’ dawn il-Linji Gwida, l-istituzzjoni għandha tevalwa skont ir-reviżjoni jekk xi wieħed minn dawn ir-riskji residwi huwiex jikkristalizza u jikkawża detriment għall-konsumaturi. 4.2 Fejn ir-reviżjoni tiżvela li l-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni ta’ istituzzjoni ma jaħdmux kif maħsub jew stipulat, l-istituzzjoni għandha temenda l-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni tagħha skont dawn il-Linji Gwida. 4.3 L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu kontrolli effettivi biex jivverifikaw li l-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom qegħdin jiġu osservati u biex jidentifikaw u jindirizzaw inċidenti ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-Linji Gwida.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|