+Tranżazzjoni mhux strutturata biex tipprovdi appoġġ
---+11. Għall-finijiet tal-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tranżazzjoni għandha titqies …
---+12. Soġġetta għall-paragrafu 25, fejn it-tranżazzjoni hija mwettqa minn istituzzjoni sponsor …
---+13. Meta t-tranżazzjoni hija mwettqa minn istituzzjoni oriġinatriċi li ttrasferiet riskju ta’ …
---+14. Jekk il-kundizzjonijiet għat-trasferiment sinifikanti tar-riskju ma jibqgħux jiġu ssodisfati …

Tranżazzjoni mhux strutturata biex tipprovdi appoġġ

Tranżazzjoni mhux strutturata biex tipprovdi appoġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
11. Għall-finijiet tal-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tranżazzjoni għandha titqies …

Għall-finijiet tal-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tranżazzjoni għandha titqies li mhijiex strutturata biex tipprovdi appoġġ fi kwalunkwe każ imsemmi fil-paragrafi 12 u 13, filwaqt li għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 19.

12. Soġġetta għall-paragrafu 25, fejn it-tranżazzjoni hija mwettqa minn istituzzjoni sponsor …

Soġġetta għall-paragrafu 25, fejn it-tranżazzjoni hija mwettqa minn istituzzjoni sponsor, it-tranżazzjoni għandha titqies bħala waħda mhux strutturata biex tipprovdi appoġġ jekk tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) hija mwettqa f’kundizzjonijiet ta’ distakkament, skont il-paragrafu 15; jew
  • (b) hija mwettqa fuq kundizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-istituzzjoni sponsor milli għall-kundizzjonijiet ta’ distakkament.
13. Meta t-tranżazzjoni hija mwettqa minn istituzzjoni oriġinatriċi li ttrasferiet riskju ta’ …

Meta t-tranżazzjoni hija mwettqa minn istituzzjoni oriġinatriċi li ttrasferiet riskju ta’ kreditu sinifikanti assoċjat mal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 243 jew l-Artikolu 244 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-tranżazzjoni għandha titqies li mhijiex strutturata biex tipprovdi appoġġ jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) it-tranżazzjoni tiġi esegwita:
  • i. f’kundizzjonijiet ta’ distakkament, skont il-paragrafu 15; jew
  • ii. fuq kundizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-istituzzjoni oriġinatriċi milli għall-kundizzjonijiet ta’ distakkament; u
  • (b) jew (i) it-titolizzazzjoni tibqa’ tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-trasferiment sinifikanti tar-riskju kif stipulat fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew, skont il-każ, fl-Artikolu 244 tar-Regolament, f’konformità ma’ dawn il-linji gwida u l-linji gwida EBA/GL/2014/05 dwar trasferiment sinifikanti tar-riskju, jew (ii) jekk tali kundizzjonijiet ma jibqgħux jiġu aktar sodisfatti, it-tranżazzjoni ma ġietx konkluża bil-għan li tnaqqas telf potenzjali jew attwali għall-investituri.
14. Jekk il-kundizzjonijiet għat-trasferiment sinifikanti tar-riskju ma jibqgħux jiġu ssodisfati …

Jekk il-kundizzjonijiet għat-trasferiment sinifikanti tar-riskju ma jibqgħux jiġu ssodisfati, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha żżomm fondi proprji kontra l-iskoperturi titolizzati kollha, daqslikieku dawn ma kinux titolizzati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/