+7.6 Informazzjoni dwar l-ittestjar tal-istress tal-likwidità
---+52. Minbarra l-informazzjoni ġenerali dwar l-ittestjar tal-istress kif speċifikat fit-Taqsima 5.4 …
---+53. Dwar l-evidenza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità …

7.6 Informazzjoni dwar l-ittestjar tal-istress tal-likwidità

7.6.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
52. Minbarra l-informazzjoni ġenerali dwar l-ittestjar tal-istress kif speċifikat fit-Taqsima 5.4 …

Minbarra l-informazzjoni ġenerali dwar l-ittestjar tal-istress kif speċifikat fit-Taqsima 5.4 dwar l-istabbiliment tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jirċievu dan li ġej mill-istituzzjonijiet:

  • a. deskrizzjoni tax-xenarji negattivi applikati u s-suppożizzjonijiet ikkunsidrati fl-ittestjar tal-istress tal-likwidità, inkluż kwalunkwe oġġett rilevanti bħan-numru ta' xenarji użati, il-kamp ta' applikazzjoni, il-frekwenza tar-rappurtar intern għall-korp amministrattiv, l-ixprunaturi tar-riskji (makro u idjosinikratiċi), l-orizzonti taż-żmien applikati u, fejn rilevanti, il-qsim f'muniti/reġjuni/unitajiet tan-negozju;
  • b. deskrizzjoni tal-kriterji għax-xenarji ta' kalibrar, l-għażla ta' orizzonti taż-żmien adegwati (inkluż intraġurnata, fejn rilevanti), il-kwantifikazzjoni tal-impatt tal-istress fuq il-valur tal-likwidità tal-assi bafers, eċċ.

7.6.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

53. Dwar l-evidenza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità …

Dwar l-evidenza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ittestjar tal-istress tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. ir-riżultat kwantitattiv tat-testijiet tal-istress li jinkludu analiżi ta' (tal-ixprunaturi ewlenin ta') dan ir-riżultat u għarfien ċar fir-rilevanza tar-riżultat għal-limiti interni, il-bafers tal-likwidità, ir-rappurtar, il-mudellar u l-aptit għar-riskju;
  • b. analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tar-riżultati tal-ittestjar tal-istress fuq il-profil ta' finanzjament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/