+1. Skont l-Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-linji gwida jindirizzaw …
|
1. Skont l-Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-linji gwida jindirizzaw …
Skont l-Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-linji gwida jindirizzaw l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE mad-Direttiva 2014/59/UE għall-għanijiet tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni. Il-linji gwida jiċċaraw din l-interrelazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE, li jirregola s-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni meta tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Dawn huma wkoll rilevanti għall-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni tal-istrumenti kapitali fil-punt ta’ nonvijabbiltà (PONV, point of non-viability). “Strumenti kapitali” għall-għanijiet ta’ dawn il-linji gwida tfisser strumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti CET1, AT1 jew T2 għall-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|