+1. Suġġett
---+1. Skont l-Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-linji gwida jindirizzaw …
---+2. L-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta …
---+3. L-Artikolu 48(2) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddikjara li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom …
---+4. Skont l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, qabel ma jiġi applikat il-poter tal-valwazzjoni …
---+5. L-Artikolu 48(4) tad-Direttiva 2014/59/UE jipprovdi li meta l-istituzzjonijiet ta’ riżoluzzjoni …
---+6. Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 48, b’mod partikolari fl-ewwel paragrafu tiegħu …
---+7. Dawn il-linji gwida huma indirizzati lejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta jkunu qed …
|
1. Suġġett
1. Suġġett
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Skont l-Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-linji gwida jindirizzaw …
|
Skont l-Artikolu 48(6) tad-Direttiva 2014/59/UE, dawn il-linji gwida jindirizzaw l-interrelazzjoni bejn ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE mad-Direttiva 2014/59/UE għall-għanijiet tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni. Il-linji gwida jiċċaraw din l-interrelazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE, li jirregola s-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni meta tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Dawn huma wkoll rilevanti għall-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni tal-istrumenti kapitali fil-punt ta’ nonvijabbiltà (PONV, point of non-viability). “Strumenti kapitali” għall-għanijiet ta’ dawn il-linji gwida tfisser strumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti CET1, AT1 jew T2 għall-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
2. L-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta …
|
L-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/59/UE jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jeżerċitaw il-poteri tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni, soġġett għal kwalunkwe esklużjoni skont l-Artikolu 44(2) u (3) tad-Direttiva 2014/59/UE, fl-ordni li ġejja: Oġġetti CET1; imbagħad strumenti AT1; imbagħad strumenti T2; imbagħad dejn subordinat ieħor li mhuwiex strumenti AT1 jew T2 skont il-ġerarkija tal-pretensjonijiet fil-liġi tal-insolvenza normali; imbagħad il-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-ġerarkija tal-pretensjonijiet fil-liġi tal-insolvenza normali.
|
|
3. L-Artikolu 48(2) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddikjara li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom …
|
L-Artikolu 48(2) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddikjara li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jallokaw it-telf b’mod ugwali bejn l-ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda u bejn l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istess grad ħlief fejn jirriżultaw esklużjonijiet diskrezzjonali minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2014/59/UE f’allokazzjoni differenti tat-telf fost obbligazzjonijiet tal-istess grad. F'dan il-każ, il-livell tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni applikat għal obbligazzjonijiet eliġibbli oħra jista’ jiżdied skont l-Artikolu 44(3), sakemm il-livell tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni jikkonforma mas-salvagwardja li l-ebda kreditur ma jmur agħar (NCWO, no creditor worse off) imsemmija fl-Artikolu 34(1), (g) ta’ dik id-direttiva.
|
|
4. Skont l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, qabel ma jiġi applikat il-poter tal-valwazzjoni …
|
Skont l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, qabel ma jiġi applikat il-poter tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni lil obbligazzjonijiet eliġibbli oħra jew obbligazzjonijiet b’grad pari passu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkonvertu jew inaqqsu l-ammont prinċipali ta’ strumenti AT1 u T2 u ta’ obbligazzjonijiet subordinati oħra meta dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux diġà ġew ikkonvertiti u t-termini tagħhom jipprovdu għal: (a) l-ammont prinċipali tal-istrument li jrid jitnaqqas malli jseħħ kwalunkwe avveniment li jirreferi għas-sitwazzjoni finanzjarja, għas-solvenza jew għal-livelli tal-fondi proprji tal-istituzzjoni; jew (b) il-konverżjoni tal-istrumenti għal ishma jew għal strumenti oħrajn ta’ sjieda malli jseħħ kwalunkwe avveniment bħal dan.
|
|
5. L-Artikolu 48(4) tad-Direttiva 2014/59/UE jipprovdi li meta l-istituzzjonijiet ta’ riżoluzzjoni …
|
L-Artikolu 48(4) tad-Direttiva 2014/59/UE jipprovdi li meta l-istituzzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jnaqqsu, iżda mhux għal żero, l-ammont prinċipali ta’ strument skont il-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, huma għandhom jirrispettaw il-ġerarkija tal-kredituri u japplikaw il-poteri tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni lill-ammont residwu ta’ dak il-prinċipali skont ir-reġim tal-paragrafu 1. Barra minn hekk, l-Artikolu 48(5) jipprovdi li meta l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jkunu qed jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jitnaqqsu jew għandhomx jiġu kkonvertiti f’ekwità, huma m’għandhomx jikkonvertu klassi waħda ta’ obbligazzjonijiet, waqt li klassi ta’ obbligazzjonijiet li hi subordinata għal dik il-klassi tibqa’ sostanzjalment mhux ikkonvertita f’ekwità jew mhux imnaqqsa, sakemm ma jkunx permess mod ieħor skont l-Artikolu 44(2) u (3) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
6. Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 48, b’mod partikolari fl-ewwel paragrafu tiegħu …
|
Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 48, b’mod partikolari fl-ewwel paragrafu tiegħu, joħolqu numru ta’ interrelazzjonijiet mar-reġim stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2014/59/UE li jeħtieġ li jiġu ċċarati. B’mod partikolari, din l-interrelazzjoni tikkonċerna l-istrumenti kapitali (b’mod partikolari klassijiet AT1 u T2) għall-għanijiet tas-sekwenza tal-valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni. Il-punti (69), (73) u (74) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddefinixxu dawn l-istrumenti bħala dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda ma jispeċifikawx it-trattament applikabbli għal strumenti tal-istess klassi jew ħruġ, iżda skont reġim differenti għall-għanijiet tal-kalkolu tal-fondi proprji tal-istituzzjoni. 2. Kamp ta’ applikazzjoni u livell ta’ applikazzjoni
|
|
7. Dawn il-linji gwida huma indirizzati lejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta jkunu qed …
|
Dawn il-linji gwida huma indirizzati lejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta jkunu qed japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jew il-poter li jnaqqsu jew jikkonvertu strumenti kapitali fil-punt ta’ nonvijabbiltà lil istituzzjoni jew lil entità msemmija fl-Artikolu 1(1), (b), (c) jew (d) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|