+91. Fil- formulazzjoni tal - istima tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar, l - …

91. Fil- formulazzjoni tal - istima tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar, l - …

Fil- formulazzjoni tal - istima tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw informazzjoni raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, kif imsemmi fid - Definizzjonijiet u fil - Prinċipju 6 ta’ dawn il- linji gwida, li jaffettwaw ir - riskju tal - kreditu, speċjalment informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jeżerċitaw ġudizzju tal - kreditu għaqli biex jikkunsidraw kemm informazzjoni kwalitattiva kif ukoll informazzjoni kwantitattiva li tista’ taffettwa l - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjoni ta’ kreditu. L -IFRS 9 jipprovdi li entità m’għandhiex għalfejn tagħmel tfittxija eżawrjenti għall - informazzjoni meta tkejjel ammont li jilħaq ECL fuq 12 - il xahar. Madankollu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkorporaw b’mod attiv l - informazzjoni li tista’ taffettwa l - istima tal - ECL, u l - istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jeskludu jew jinjoraw informazzjoni rilevanti li hi raġonevolment disponibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/