+Linja Gwida 3: Formula

Linja Gwida 3: Formula

3.1 Sabiex jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli li għandhom jinżammu mill - impriżi, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw il - formula li ġejja:

L-ammont Ammont li monetarju minimu Ammont li Ammont li jirrifletti jirrifletti l-kriterju tal-PII = tal-profil tar- + jirrifletti l-kriterju + l-kriterju tad-daqs

jew garanzija tat-tip ta’ attività ta’ attività riskju komparabbli

3.2 Sabiex jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jimlew l - indikaturi taħt kull kriterju bil - valuri rilevanti kif speċifikat fil -Linji Gwida 5 sa 7, huma jenħtieġ li jikkalkulaw l - ammont li jirrifletti kull kriterju separatament billi jgħoddu l - ammonti li jirriflettu l - indikaturi u jenħtieġ li jużaw l -ammonti li jirriżultaw fil - formula.

3.3 Il- valuri f’dawn il - Linji Gwida huma espressi f’euro. Fl - Istati Membri fejn il - munita uffiċjali mhijiex l - euro, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonvertu l - ammonti li jirriflettu l -kriterji fil-m unita nazzjonali ekwivalenti.

3.4 L- ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli kkalkulati mill -awtoritajiet kompetenti, u b’implikazzjoni wkoll mill - impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni, jenħtieġ li jiġu espressi bħala ċifra fis - sena.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/