+34. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti t ad- domiċilju u ospitanti għandhom …
|
34. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti t ad- domiċilju u ospitanti għandhom …
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti t ad- domiċilju u ospitanti għandhom jiżguraw li l - fergħa sinifikanti ħafna hija soġġetta għal valutazzjoni superviżorja effettiva u effiċjenti skont il - proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) applikat lill - istituzzjonijiet u lill - grupp skont l - Artikolu 97 tad - Direttiva 2013/36/UE u l - Linji Gwida dwar proċeduri u metodoloġiji komuni għall-SREP6 tal - EBA. B’mod partikolari, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li r - rapport dwar il - valutazzjoni tar - riskju ta’ grupp jew ir - rapport tal - SREP ta’ istituzzjoni msemmija fir - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 jinkludu referenza distinta u notevoli għall - valutazzjoni superviżorja ta’ kwalunkwe fergħa sinifikanti ħafna, inkluża valutazzjoni tar - riskji materjali li l - fergħa hija jew tista’ tkun esposta għalihom, il - mudell tan - negozju jew l - istrateġija tal - fergħa, u r - riskji li l - fergħa tippreżenta għas - sistema finanzjarja fl - Istat Membru ospitanti (il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|