+5.1 Valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa
---+34. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti t ad- domiċilju u ospitanti għandhom …
---+35. Din il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tiġi inkluża bħala anness għar - …
---+36. L- istituzzjonijiet jew il - fergħat sinifikanti ħafna ma għandhomx ikunu meħtieġa jħejju …
---+37. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l …
---+38. Minbarra dawn, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tipprovdi ħarsa ġenerali ta' …
---+39. Waqt it - tħejjija l - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa, is - superviżur konsolidanti jew …
---+40. L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi l - kontribut speċifikat fil - paragrafu …
---+41. Is-s uperviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
5.1 Valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa
5.1 Valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
34. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti t ad- domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti t ad- domiċilju u ospitanti għandhom jiżguraw li l - fergħa sinifikanti ħafna hija soġġetta għal valutazzjoni superviżorja effettiva u effiċjenti skont il - proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) applikat lill - istituzzjonijiet u lill - grupp skont l - Artikolu 97 tad - Direttiva 2013/36/UE u l - Linji Gwida dwar proċeduri u metodoloġiji komuni għall-SREP6 tal - EBA. B’mod partikolari, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li r - rapport dwar il - valutazzjoni tar - riskju ta’ grupp jew ir - rapport tal - SREP ta’ istituzzjoni msemmija fir - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 jinkludu referenza distinta u notevoli għall - valutazzjoni superviżorja ta’ kwalunkwe fergħa sinifikanti ħafna, inkluża valutazzjoni tar - riskji materjali li l - fergħa hija jew tista’ tkun esposta għalihom, il - mudell tan - negozju jew l - istrateġija tal - fergħa, u r - riskji li l - fergħa tippreżenta għas - sistema finanzjarja fl - Istat Membru ospitanti (il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa).
|
|
35. Din il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tiġi inkluża bħala anness għar - …
|
Din il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tiġi inkluża bħala anness għar - rapport dwar il - valutazzjoni tar - riskju ta’ grupp jew ir - rapport tal - SREP għall - istituzzjoni.
|
|
36. L- istituzzjonijiet jew il - fergħat sinifikanti ħafna ma għandhomx ikunu meħtieġa jħejju …
|
L- istituzzjonijiet jew il - fergħat sinifikanti ħafna ma għandhomx ikunu meħtieġa jħejju informazzjoni ICAAP jew ILAAP speċifika għall - fergħa. Is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l - informazzjoni ICAAP u ILAAP tal - istituzzjoni miġbura skont il - Linji Gwida dwar l-informazzjoni ICAAP u ILAAP miġbura għall-finijiet tal-SREP7 tal - EBA tkopri kif xieraq il - fergħat sinifikanti ħafna u tirrifletti b’mod adegwat l - iskoperturi għar - 6 EBA/GL/2014/13. 7 EBA/GL/2016/10. 10 riskji tagħhom, kif ukoll il - kapital u l - likwidità allokati biex ikopru dawn ir - riskji. Għal dak il - għan, is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li istituzzjoni, li fergħa minnha tkun issodisfat it - test ta' intensifikazzjoni tingħata, wara l - komunikazzjoni tal - konklużjoni komuni tal - awtoritajiet, biżżejjed ħin biex tħejji tali informazzjoni speċifika għall - fergħa.
|
|
37. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l …
|
Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa tirrifletti l - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP li huma rilevanti għall - fergħa. Għal dak il - għan, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa ma għandhiex tinkludi valutazzjoni tal - adegwatezza tal - kapital, peress li din mhijiex rilevanti fil - livell tal - fergħa; madankollu, il - valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal - adegwatezza tal - kapital intern u tal - allokazzjoni tal - likwidità għall - iskoperturi għar - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna mħejjija fuq il - bażi tal - informazzjoni ICAAP u ILAAP tal - grupp jew tal - istituzzjoni, peress li din tista' titqies rilevanti għall - fergħa. Bħala minimu, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tinkludi l - eżiti ta' valutazzjoni tal - elementi li ġejjin: - a. mudell tan - negozju u strateġija speċifiċi għall - fergħa u r - rwol/l - pożizzjoni tagħha fi ħdan il - mudell tan - negozju u l - istrateġija ta' istituzzjoni;
- b. governanza speċifika għall - fergħa, kontrolli tal - ġesjtoni tar - riskju, u l - limitu sa fejn il - fergħa tiġi integrata fil - governanza interna u fil - kontrolli fl - istituzzjoni kollha tal - istituzzjoni;
- c. ir- riskji materjali għall - kapital, il - likwidità u l - finanzjament li l - fergħa hija jew tista' tkun esposta għalihom, kif speċifikat fil - Linji Gwida dwar proċeduri u metodoloġiji komuni għall-SREP tal - EBA, u kwalunkwe riskju għall - vijabbiltà tal - istituzzjoni li jirriżulta jew jista' jirriżulta mir - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna;
- d. ir- riskju li l - fergħa tista' toħloq għas - sistema finanzjarja tal - Istat Membru ospitanti;
- e. l - ambjent makroekonomiku li fih topera l - fergħa.
|
|
38. Minbarra dawn, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tipprovdi ħarsa ġenerali ta' …
|
Minbarra dawn, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tipprovdi ħarsa ġenerali ta' kwalunkwe sejba ta' spezzjonijiet fuq il - post u verifiki fuq il - post imwettqa mill - awtorità kompetenti tal - Istat Membru tad - domiċilju jew ospitanti rilevanti għall - valutazzjoni tar - riskju tal -i stituzzjoni jew għas - sistema finanzjarja fl - Istat Membru ospitanti.
|
|
39. Waqt it - tħejjija l - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa, is - superviżur konsolidanti jew …
|
Waqt it - tħejjija l - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li jkunu akkwistaw u kkunsidraw debitament il - kontribut xieraq mill - awtorità kompetenti ospitanti. L - awtorità kompetenti ospitanti għandha, bħala minimu, tipprovdi l - kontribut li ġej: 11 - a. informazzjoni dwar u valutazzjoni tal - mudell tan - negozju u l - istrateġija speċifiċi għall - fergħa fil - kuntest tal - ambjent operattiv tal - Istat Membru ospitanti;
- b. informazzjoni dwar u valutazzjoni tar - riskji li l - fergħa tista' toħloq għall - istabbiltà finanzjarja tal - Istat Membru ospitanti;
- c. deskrizzjoni u valutazzjoni tar - riskju ta' kondotta u informazzjoni dwar kwalunkwe avveni ment ta' riskju ta' kondotta għall - operazzjonijiet tal - fergħa;
- d. deskrizzjoni u valutazzjoni tal - ambjent makroekonomiku li fih topera l - fergħa.
|
|
40. L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi l - kontribut speċifikat fil - paragrafu …
|
L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi l - kontribut speċifikat fil - paragrafu t'hawn fuq abbażi tal - informazzjoni li jkollha disponibbli, inkluż minn: - a. ir- rapportar dwar l - istabbiltà statistika u finanzjarja msemmi fl - Artikoli 40 u 52 tad - Direttiva 2013/36/UE;
- b. kwalunkwe verifika u spezzjoni tal - fergħa fuq il - post skont it - Taqsima 5.3;
- c. informazzjoni riċevuta mis - superviżur konsolidanti jew mill - awtorità kompetenti tad - domiċilju skont it - Taqsima 5.4;
- d. informazzjoni minn kwalunkwe laqgħa mal - maniġment tal - fergħa skont it - Taqsima 5.6; u
- e. kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti.
|
|
41. Is-s uperviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is-s uperviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jikkoordinaw il - ħin tal - iżvilupp tal - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa biex jirrifletti l - ħin tat - tħejjija tar - rapporti tal - valutazzjoni tar - riskju tal - grupp jew tal -SRE P (jiġifieri ċ - ċiklu SREP). Fejn rilevanti, tali koordinazzjoni għandha titwettaq fi ħdan il - qafas tal - kulleġġ tas - superviżuri u tkun riflessa fil - programm ta' eżami superviżorju tal - kulleġġ (SEP tal - kulleġġ) u fl - iskeda ta' żmien biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar ir - rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall - istituzzjoni skont ir- Regolament ta' Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 710/2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|