+37. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l …
|
37. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l …
Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jiżguraw li l - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa tirrifletti l - valutazzjoni tal - elementi kollha tal - SREP li huma rilevanti għall - fergħa. Għal dak il - għan, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa ma għandhiex tinkludi valutazzjoni tal - adegwatezza tal - kapital, peress li din mhijiex rilevanti fil - livell tal - fergħa; madankollu, il - valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal - adegwatezza tal - kapital intern u tal - allokazzjoni tal - likwidità għall - iskoperturi għar - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna mħejjija fuq il - bażi tal - informazzjoni ICAAP u ILAAP tal - grupp jew tal - istituzzjoni, peress li din tista' titqies rilevanti għall - fergħa. Bħala minimu, il - valutazzjoni tar - riskju tal - fergħa għandha tinkludi l - eżiti ta' valutazzjoni tal - elementi li ġejjin: - a. mudell tan - negozju u strateġija speċifiċi għall - fergħa u r - rwol/l - pożizzjoni tagħha fi ħdan il - mudell tan - negozju u l - istrateġija ta' istituzzjoni;
- b. governanza speċifika għall - fergħa, kontrolli tal - ġesjtoni tar - riskju, u l - limitu sa fejn il - fergħa tiġi integrata fil - governanza interna u fil - kontrolli fl - istituzzjoni kollha tal - istituzzjoni;
- c. ir- riskji materjali għall - kapital, il - likwidità u l - finanzjament li l - fergħa hija jew tista' tkun esposta għalihom, kif speċifikat fil - Linji Gwida dwar proċeduri u metodoloġiji komuni għall-SREP tal - EBA, u kwalunkwe riskju għall - vijabbiltà tal - istituzzjoni li jirriżulta jew jista' jirriżulta mir - riskji meħuda mill - istituzzjoni permezz tal - fergħa sinifikanti ħafna;
- d. ir- riskju li l - fergħa tista' toħloq għas - sistema finanzjarja tal - Istat Membru ospitanti;
- e. l - ambjent makroekonomiku li fih topera l - fergħa.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|