+72. Il - kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti għas - superviżur konsolidanti jew għall - …

72. Il - kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti għas - superviżur konsolidanti jew għall - …

Il - kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti għas - superviżur konsolidanti jew għall - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja, b’kunsiderazzjoni ta’ jekk il - fergħa tkunx ġiet iddeterminata bħala sinifikanti ħafna minħabba l - importanza tagħha għall - grupp jew għall - istituzzjoni, jew minħabba li hija sistematikament importanti fl - Istat Membru ospitanti:

  • a. valutazzjoni ta’ kif l - istituzzjoni jew il - grupp ikunu wettqu l - analiżi ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju ewlenin b’referenza għal deskrizzjoni tal - fergħa sinifikanti ħafna u l - immappjar ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju ewlenin għal dik il - fergħa;
  • b. opinjoni dwar l - istrateġija tal - istituzzjoni jew tal - grupp dwar u approċċ lejn il - fergħa sinifikanti ħafna u analiżi tal - interkonnettività ġuridika u operazzjonali, kif ukoll ta’ arranġamenti eżistenti, b’mod partikolari li jirriżultaw mill - kundizzjonijiet indikati mill - awtorità kompetenti ospitanti fl - interess tal - benessri ġenerali;
  • c. deskrizzjoni tal - attivitajiet u tas - servizzi ewlenin ipprovduti mill - fergħa sinifikanti ħafna;
  • d. analiżi ta’ kif u meta l - fergħa sinifikanti ħafna tisa’ tapplika, taħt il - kundizzjonijiet deskritti fil - pjan, għall - użu ta’ faċilitajiet tal - bank ċentrali, kif ukoll tal - assi li huma mistennija li jikkwalifikaw bħala kollateral;
  • e. valutazzjoni tal - kredibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru, proċeduri ta’ governanza/eskalanti, xenarji u indikaturi dwar il - fergħa sinifikanti ħafna, pereżempju jekk jitqies li din tagħmnel parti mill - iżvestiment jew minn għażliet ta’ rkupru oħrajn assunti mill - istituzzjoni jew mill - grupp;

11 Ibid 21

  • f. informazzjoni dwar riskji materjali li l - fergħa sinifikanti ħafna tista’ tikkawża għall - istituzzjoni jew id - dipendenzi li l - istituzzjoni jista’ jkollha fuq il - fergħa, jew fuq ir - riskji jew id - dipendenzi bejn il - fergħa u l - parteċipanti tas - suq lokali;
  • g. valutazzjoni ġenerali tal - livell sa fejn il - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew il - pjan tal - istituzzjoni jkopru b’mod adegwat il - fergħa sinifikanti ħafna;
  • h. informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall - valutazzjoni tal - kompletezza, il - kwalità u l - kredibbiltà ġenerali tal -pjan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/