+5.7 Ir- rwoli u r - responsabbiltajiet tal -aw toritajiet tad - domiċilju u ospitanti fil - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru
---+69. Fi ħdan il - proċess għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru skont l - Artikolu 6(2) tad - …
---+70. Biex jiffaċilitaw din il - konsultazzjoni, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità …
---+71. L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi l - kontribut tagħha għall - valutazzjoni …
---+72. Il - kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti għas - superviżur konsolidanti jew għall - …
---+73. Is- superviżur konsolidanti u l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom iħejju l - …
---+74. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+75. Meta n - nuqqasijiet jew l - impedimenti materjali identifikati fi - pjan ikunu jirrelataw mal …
|
5.7 Ir- rwoli u r - responsabbiltajiet tal -aw toritajiet tad - domiċilju u ospitanti fil - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru
5.7 Ir- rwoli u r - responsabbiltajiet tal -aw toritajiet tad - domiċilju u ospitanti fil - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
69. Fi ħdan il - proċess għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru skont l - Artikolu 6(2) tad - …
|
Fi ħdan il - proċess għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru skont l - Artikolu 6(2) tad - Direttiva 2014/59/UE jew il - proċess għall - valutazzjoni tal - pjan ta' rkupru tal - grupp skont l - Artikolu 8(1) ta’ dik id - Direttiva, u anke b’kunsiderazzjoni tar - rekwiżiti tar - Rakkomandazzjoni dwar il-kopertura tal-entitajiet fil-pjan ta’ rkupru tal-grupp10 tal -EBA, is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jikkonsultaw mal - awtorità kompetenti ospitanti ta’ fergħat sinifikanti skont l - Artikoli 6(2) u 8(1) tad - Direttiva 2014/59/UE.
|
|
70. Biex jiffaċilitaw din il - konsultazzjoni, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità …
|
Biex jiffaċilitaw din il - konsultazzjoni, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jaqsmu l - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew il - pjan tal - istituzzjoni, rispettivament, mal - awtorità kompetenti ospitanti skont l - iskeda ta’ żmien stabbilita fil - kulleġġ tas - superviżuri għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru u deċiżjoni konġunta dwar il - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru tal - grupp. Barra minn hekk, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom ifittxu kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti tal - 10 EBA/Rec/2017/02 20 fergħa sinifikanti ħafna biex tiġi ffaċilitata l - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew tal - pjan ta’ rkupru tal - istituzzjoni.
|
|
71. L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi l - kontribut tagħha għall - valutazzjoni …
|
L- awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi l - kontribut tagħha għall - valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew il - pjan ta' rkupru tal - istituzzjoni fi żmien l - iskeda ta’ żmien stabbilita mill - kulleġġ tas - superviżuri. Dan il - kontribut jista’ jieħu l - forma ta’ kummenti ġenerali dwar il - pjan. Barra minn hekk, l - awtorità kompetenti ospitanti għandha tipprovdi kummenti dwar il - partijiet tal - pjan relatati mal - fergħa sinifikanti ħafna jew kummenti li jikkonċernaw l - ommissjonijiet li jaffettwaw il - kopertura tal - fergħa b’kunsiderazzjoni tar - rekwiżiti tar - Rakkomandazzjoni dwar il-kopertura tal-entitajiet fil-pjan ta’ rkupru tal-grupp11 tal -EBA. L-awtorità kompetenti ospitanti għandha tinforma wkoll lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju dwar kwalunkwe aspett ta’ ppjanar ta’ rkupru rilevanti għall - fergħa.
|
|
72. Il - kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti għas - superviżur konsolidanti jew għall - …
|
Il - kontribut mill - awtorità kompetenti ospitanti għas - superviżur konsolidanti jew għall - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja, b’kunsiderazzjoni ta’ jekk il - fergħa tkunx ġiet iddeterminata bħala sinifikanti ħafna minħabba l - importanza tagħha għall - grupp jew għall - istituzzjoni, jew minħabba li hija sistematikament importanti fl - Istat Membru ospitanti: - a. valutazzjoni ta’ kif l - istituzzjoni jew il - grupp ikunu wettqu l - analiżi ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju ewlenin b’referenza għal deskrizzjoni tal - fergħa sinifikanti ħafna u l - immappjar ta’ funzjonijiet kritiċi u linji ta’ negozju ewlenin għal dik il - fergħa;
- b. opinjoni dwar l - istrateġija tal - istituzzjoni jew tal - grupp dwar u approċċ lejn il - fergħa sinifikanti ħafna u analiżi tal - interkonnettività ġuridika u operazzjonali, kif ukoll ta’ arranġamenti eżistenti, b’mod partikolari li jirriżultaw mill - kundizzjonijiet indikati mill - awtorità kompetenti ospitanti fl - interess tal - benessri ġenerali;
- c. deskrizzjoni tal - attivitajiet u tas - servizzi ewlenin ipprovduti mill - fergħa sinifikanti ħafna;
- d. analiżi ta’ kif u meta l - fergħa sinifikanti ħafna tisa’ tapplika, taħt il - kundizzjonijiet deskritti fil - pjan, għall - użu ta’ faċilitajiet tal - bank ċentrali, kif ukoll tal - assi li huma mistennija li jikkwalifikaw bħala kollateral;
- e. valutazzjoni tal - kredibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru, proċeduri ta’ governanza/eskalanti, xenarji u indikaturi dwar il - fergħa sinifikanti ħafna, pereżempju jekk jitqies li din tagħmnel parti mill - iżvestiment jew minn għażliet ta’ rkupru oħrajn assunti mill - istituzzjoni jew mill - grupp;
11 Ibid 21 - f. informazzjoni dwar riskji materjali li l - fergħa sinifikanti ħafna tista’ tikkawża għall - istituzzjoni jew id - dipendenzi li l - istituzzjoni jista’ jkollha fuq il - fergħa, jew fuq ir - riskji jew id - dipendenzi bejn il - fergħa u l - parteċipanti tas - suq lokali;
- g. valutazzjoni ġenerali tal - livell sa fejn il - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew il - pjan tal - istituzzjoni jkopru b’mod adegwat il - fergħa sinifikanti ħafna;
- h. informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni oħra rilevanti għall - valutazzjoni tal - kompletezza, il - kwalità u l - kredibbiltà ġenerali tal -pjan.
|
|
73. Is- superviżur konsolidanti u l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom iħejju l - …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom iħejju l - valutazzjoni ġenerali tal - pjan ta’ rkupru tal - grupp jew il - pjan ta' rkupru tal - istituzzjoni skont ir - rekwiżiti tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2016/1075, li jirriflettu l - kontribut riċevut mill - awtorità kompetenti ospitanti skont il - paragrafu 72. Is- superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jibqgħu jikkonsultaw dwar ir - rapport ta’ valutazzjoni ġenerali mal - awtorità kompetenti ospitanti.
|
|
74. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom ifittxu li jiżguraw li d - diskussjonijiet, il - konsultazzjonijiet u d - deliberazzjonijiet kollha dwar il - valutazzjoni tal - pjan ta' rkupru (tal - grupp) iqisu bis - sħiħ l - iskeda ta’ żmien għall - valutazzjoni ta’ dak il - pjan stabbilit fi ħdan il - kuntest tal - kulleġġ.
|
|
75. Meta n - nuqqasijiet jew l - impedimenti materjali identifikati fi - pjan ikunu jirrelataw mal …
|
Meta n - nuqqasijiet jew l - impedimenti materjali identifikati fi - pjan ikunu jirrelataw mal - fergħa sinifikanti ħafna, tali nuqqasijiet u impedimenti għandhom ikunu riflessi kif xieraq fil - proċess ta’ valutazzjoni tal - pjan ta’ rkupru (tal - grupp), inkluż fid - deċiżjoni konġunta pertinenti. Kwalunkwe komunikazzjoni mal - istituzzjoni jew mal - fergħa (prinċipali tal - UE) dwar dawn il - kwistjonijiet għandha tiġi kkoordinata kif xieraq bejn is - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti fi ħdan il - qafas operazzjonali tal - kulleġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|