+7.3.2.3 Relation of EL BE to specific credit risk adjustments
---+186. Fejn il-mudell li jintuża għall-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu jissodisfa jew jista’ jiġi …
---+187. Fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jiġu vvalutati b’mod individwali għal …
---+188. Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ …
---+189. Sabiex tiġi kkunsidrata l-bidla negattiva possibbli fil-kundizzjonijiet ekonomiċi waqt it-tul …
---+190. Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-LGD …
---+191. Sabiex jiġi żgurat li l-LGD fl-inadempjenza jkun ogħla mill-EL BE , jew f’każijiet …
---+192. Safejn ir-raġunijiet għall-prevalazzjoni tal-outputs tal-istima tal-EL BE ikunu rilevanti …
---+193. Irrispettivament minn liema wieħed miż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu …
|
7.3.2.3 Relation of EL BE to specific credit risk adjustments
7.3.2.3 Relation of EL BE to specific credit risk adjustments
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
186. Fejn il-mudell li jintuża għall-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu jissodisfa jew jista’ jiġi …
|
Fejn il-mudell li jintuża għall-aġġustament tar-riskju ta’ kreditu jissodisfa jew jista’ jiġi aġġustat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti għall-istimi proprji tal-LGD stipulati fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu bħala stimi tal-EL BE .
|
|
187. Fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jiġu vvalutati b’mod individwali għal …
|
Fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jiġu vvalutati b’mod individwali għal skopertura waħda jew debitur wieħed, l-istituzzjonijiet jistgħu jipprevalu l-istimi tal-EL BE abbażi tal-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu, fejn huma jkunu jistgħu juru li dan itejjeb il-preċiżjoni tal-istimi tal-EL BE u li l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jirriflettu jew jiġu aġġustati għar-rekwiżiti stipulati fit-taqsima 6.3.1 dwar il-kalkolu tat-telf ekonomiku.
|
|
188. Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ …
|
Sabiex jiġu ġġustifikati s-sitwazzjonijiet fejn l-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu jaqbżu l-istimi tal-EL BE skont l-Artikolu 54(2)(f) tal-RTS fuq il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw il-konsistenza tal-istimi tal-EL BE mal-komponenti tat-telf ekonomiku deskritti fit-taqsima 6.3.1, kif ukoll mad-definizzjoni ta’ inadempjenza stipulata fl-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u janalizzaw kull differenza f’dak ir-rigward mid-definizzjonijiet u mill-metodi li jintużaw sabiex jiġu ddeterminati aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw id-differenzi possibbli fir-rata tal-iskont, il-preżenza tal-kollateral li ma jkunx eliġibbli fl-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, trattamenti differenti tal-ispejjeż u l-applikazzjoni ta’ definizzjonijiet differenti ta’ inadempjenza. 7.3.3 Rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-LGD fl-inadempjenza
|
|
189. Sabiex tiġi kkunsidrata l-bidla negattiva possibbli fil-kundizzjonijiet ekonomiċi waqt it-tul …
|
Sabiex tiġi kkunsidrata l-bidla negattiva possibbli fil-kundizzjonijiet ekonomiċi waqt it-tul mistenni tal-proċessi ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 54(2)(a) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-LGD fl-inadempjenza mill-inqas jirrifletti l-kundizzjonijiet tat-tnaqqis, fejn l-istimi tal-LGD fl-inadempjenza li jkunu xierqa għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jkunu aktar konservattivi mill-LGD medju fuq perjodu twil għall-iskoperturi inadempjenti, imsemmija fil-paragrafu 180.
|
|
190. Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-LGD …
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-LGD fl-inadempjenza jiżdied aktar mil-livell imsemmi fil-paragrafu 189, fejn dak ikun meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li d-differenza bejn l-LDG fl-inadempjenza u l-EL BE tkopri kwalunkwe żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali mhux mistenni matul il-perjodu ta’ rkupru.
|
|
191. Sabiex jiġi żgurat li l-LGD fl-inadempjenza jkun ogħla mill-EL BE , jew f’każijiet …
|
Sabiex jiġi żgurat li l-LGD fl-inadempjenza jkun ogħla mill-EL BE , jew f’każijiet eċċezzjonali, ikun ugwali għall-EL BE għal skoperturi individwali, skont l-Artikolu 54(2)(d) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw u jikkoreġu l-LGD fl-inadempjenza f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-EL BE ikun inkiseb permezz ta’ aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta’ kreditu, skont il-paragrafu 186, u jkun ogħla mill-LGD fl-inadempjenza li jkun inkiseb permezz ta’ stima diretta, skont l-Artikolu 54(1)(a) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB.
|
|
192. Safejn ir-raġunijiet għall-prevalazzjoni tal-outputs tal-istima tal-EL BE ikunu rilevanti …
|
Safejn ir-raġunijiet għall-prevalazzjoni tal-outputs tal-istima tal-EL BE ikunu rilevanti wkoll għal-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li tiġi applikata wkoll prevalazzjoni konsistenti għall-assenjazzjoni tal-LGD fl-inadempjenza b’tali mod li ż-żieda għall-EL BE tkopri kull żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf mhux mistenni addizzjonali li jista’ jseħħ matul il-perjodu ta’ rkupru, skont l-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
193. Irrispettivament minn liema wieħed miż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu …
|
Irrispettivament minn liema wieħed miż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 54(1) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB jintuża sabiex tingħata stima tal-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddokumentaw b’mod separat dan kollu li ġej: - (a) il-qsim tal-LGD fl-inadempjenza fil-komponenti tiegħu: l-EL BE u ż-żieda;
- (b) il-qsim taż-żieda fil-komponenti kollha li ġejjin:
- (i) il-komponent tal-kundizzjonijiet tat-tnaqqis kalibrat fuq l-aġġustament tat-tnaqqis għal-LGD medju fuq perjodu twil, kif speċifikat fil-paragrafu 189;
- (ii) il-komponent tal-MoC, imsemmi fit-taqsima 4.4;
- (iii) kwalunkwe komponent li jkopri telf mhux mistenni addizzjonali potenzjali matul il-perjodu ta’ rkupru msemmi fl-Artikolu 181(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; jenħtieġ li dan il-komponent jiġi inkluż biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn it-telf addizzjonali potenzjali ma jkunx rifless b’mod suffiċjenti fil-komponenti msemmija fil-punti (i) u (ii).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|