+240. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontestaw lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu: a) Pjan …

240. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontestaw lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu: a) Pjan …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontestaw lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu:

  • a) Pjan operattiv u arranġamenti organizzattivi jekk jintlaħaq xi wieħed minn dawn il - kriterji:
  • i. Il - qafas għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - ġestjoni, il - monitoraġġ u l - mitigazzjoni tal - NPEs u l - FBjiet, inkluż għar - rikonoxximent bikri tal - NPEs u l - attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni xierqa, huwa meqjus bħala inadegwat mill - awtoritajiet kompetenti meta jitqies id - daqs u l - kumplessità tal - problema tal - NPEs fl - istituzzjoni ta’ kreditu.
  • ii. Dan ma jallokax jew ma jipprevedix l - allokazzjoni futura tar - riżorsi umani u tekniċi meħtieġa kif ukoll jipprovdi għal kopertura xierqa mill - funzjonijiet ta’ kontroll intern.
  • iii. Dan ma jiddeskrivix b’mod adegwat it - tħaddim tal - proċess ta’ monitoraġġ għall - NPEs.
  • b) Strateġija tal - NPE, jekk il - kombinazzjoni ta’ għażliet strateġiċi għall - portafolli u s - segmenti differenti, inklużi l - assi preklużi, fejn applikabbli, ma tirriżultax, fil - fehma tal - awtorità, fl - aktar strateġija effettiva u effiċjenti għat - tnaqqis tal - NPE.
  • c) Il - pjan kapitali, jekk ma jistabbilixxix b’mod xieraq it - tnaqqis ippjanat tal - NPEs mill - karta tal - bilanċ skont l - istrateġija tal - NPE u ma jinkludix azzjonijiet xierqa biex jiżgura li ammont suffiċjenti ta’ kapital u riżervi kapitali jkunu disponibbli, kif ukoll jipprevedi indebolimenti u tħassir f’waqtu u adegwat.
  • d) Sistema ta’ valutazzjoni tal - prestazzjoni, jekk l - inċentivi għall - korp maniġerjali u l - maniġers rilevanti u l - persunal ma jkollhomx elementi kwantitattivi speċifiċi marbutin mal - miri tat - tnaqqis tal - NPE definiti fl - istrateġija NPE tal - istituzzjoni ta’ kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/