+2. Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
---+Suġġett
---+Kamp ta’ applikazzjoni
---+Destinatarji
---+Definizzjonijiet
---+Data taʼ applikazzjoni

2. Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

2. Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Suġġett

Dawn il - Linji Gwida jispeċifikaw il - kundizzjonijiet, stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2018/3892 (l - RTS), għall - eżenzjoni tal - fornituri ta’ servizzi ta’ kontijiet ta’ pagament li jkunu għażlu interfaċċa ddedikata, mill - obbligu li jistabbilixxu l - mekkaniżmu ta’ kontinġenza deskritt fl - Artikolu 33(4) tal - RTS.

Dawn il - Linji Gwida jipprovdu wkoll gwida dwar kif l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill - EBA għall - finijiet tal - eżenzjoni skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS.


2 Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2018/389 tas -27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d - Direttiva (UE) 2015/2366 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall - awtentikazzjoni qawwija tal - konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri, ĠU L 69/23 (13.3.2018).

Kamp ta’ applikazzjoni

Dawn il - Linji Gwida japplikaw fir - rigward tal - miżuri ta’ kontinġenza għal interfaċċa ddedikata stabbiliti fl - Artikolu 33 tal - RTS u, b’mod partikolari, għall - eżenzjoni mill - obbligu li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontinġenza skont l - Artikolu 33(4) tal - RTS.

Destinatarji

Dawn il - Linji Gwida huma indirizzati lill - awtoritajiet kompetenti kif definiti fil - punt (i) tal - Artikolu 4(2) tar - Regolament (UE) 1093/2010 u lill - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl - Artikolu 4(11) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (PSD2)3 .


3 Direttiva (UE) 2015/2366 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 25 ta’ Novembru 2015 dwar is - servizzi ta’ pagament fis - suq intern, li temenda d - Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar 2007/64/KE, ĠU L 337/36 (23.12.2015).

Definizzjonijiet

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fil - PSD2 u fl - RTS għandhom l - istess tifsira f’dawn il - Linji Gwida.

Data taʼ applikazzjoni

Dawn il - Linji Gwida japplikaw mill - 1 ta’ Jannar 2019.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/