+150. Għall - finijiet tal - analiżi tal - pożizzjoni finanzjarja fil - valutazzjoni tal - …

150. Għall - finijiet tal - analiżi tal - pożizzjoni finanzjarja fil - valutazzjoni tal - …

Għall - finijiet tal - analiżi tal - pożizzjoni finanzjarja fil - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja kif speċifikat hawn fuq, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw dan li ġej:

  • a. kemm il - pożizzjoni finanzjarja kurrenti kif ukoll dik projettata, inklużi l - karti bilanċjali u l- istruttura tal - kapital, il - kapital operatorju, l - introjtu, il - fluss ta’ flus kontanti u s - sors tal- kapaċità ta’ ripagament sabiex jiġu ssodisfati l -obbli gi kuntrattwali, eż. il - kapaċità ta’ servizzjar tad - dejn, inkluż f’każ ta’ eventi avversi possibbli (ara wkoll l - analiżi tas - sensittività) – il- punti li għandhom jiġu analizzati jenħtieġ li jinkludu iżda ma jkunux limitati għal fluss ta’ flus kontanti liberu disponibbli għas - servizzjar tad - dejn tal - faċilità taħt kunsiderazzjoni;
  • b. l- introjtu operatorju nett u l - profittabilità, speċjalment fir -rigward tad- dejn li jġarrab l - imgħax;
  • c. il- livell ta’ ingranaġġ tal - mutwatarju, id - distribuzzjoni tad - dividend, u l - infiq kapitali reali u projettat, kif ukoll iċ - ċiklu ta’ konverżjoni tal - flus kontanti tiegħu fir -rigward tal-faċilità li tkun qed tiġi kkunsidrata;
  • d. il- profil ta’ skopertura sal - maturità, fir - rigward ta’ movimenti potenzjali tas - suq (eż. skoperturi denominati f’muniti barranin u skoperturi kollateralizzati minn veikoli ta’ ripagament);
  • e. fejn applikabbli, il - probabilità tal - inadempjenza, ibbażata fuq il - klassifikazzjoni tal - kreditu jew il - klassifikazzjoni tar - riskju interna;
  • f. l- użu ta’ metrika u ta’ indikaturi finanzjarji xierqa, speċifiċi għall - klassi ta’ assi jew għat - tip ta’ prodott, f’konformità mal - aptit, mal - politiki u mal - limiti tagħhom tar - riskju ta’ kreditu stabbiliti f’konformità mat - Taqsimiet 4.2 u 4.3, inkluż b ’ kunsiderazzjoni tal - metrika fl - Anness 3 sal - punt li jkun applikabbli u xieraq għall -p roposta ta’ kreditu speċifika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/