12 Ir-remunerazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll
195.Il-funzjonijiet ta’ kontroll interni għandhom ikunu indipendenti u jkollhom biżżejjed riżorsi, għarfien u esperjenza sabiex iwettqu l - kompiti tagħhom fir -rigward tal-politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni. Il- funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti għandhom jikkooperaw b’mod attiv u b’mod regolari ma’ xulxin u ma’ funzjonijiet u kumitati rilevanti oħrajn fir -rigward tal-politika ta’ remunerazzjoni u tar- riskji li jistgħu jirriżultaw mill -politiki ta’ remunerazzjoni. 196.Ir-remunerazzjoni tal-persunal fil-funzjonijiet ta’ kon troll indipendenti għandha tippermetti lill - istituzzjoni sabiex timpjega persunal ikkwalifikat u bl -esperjenza f’dawn il-funzjonijiet. Ir-remunerazzjoni tal- funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti għandha tiġi stabbilita b’mod predominanti, sabiex tirriflet ti n-natura tar- responsabbiltajiet tagħhom. 197.Il- metodi użati għall -istabbiliment tar-remunerazzjoni varjabbli tal-funzjonijiet ta’ kontroll, jiġifieri l - immaniġġjar tar -riskju, il-konformità u l- uffiċċju tal - awditjar intern, m’għandhomx jikkompromettu l- oġġ ettività u l-indipendenza tal-persunal.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|