+4. Linji gwida
---+Titolu I - Politiki ta’ remunerazzjoni
---+1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu
------+14. Skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet huma meħtieġa li jkollhom fis …
------+15. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tispeċifika l - komponenti kollha ta’ remunerazzjoni u …
------+16. Il-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni għall - persunal kollu għandha tkun …
------+17. L-istituzzjonij iet għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtoritajiet kompetenti li l-politika u …
------+18. Meta tingħata remunerazzjoni varjabbli, għoti bħal dan għandu jkun ibbażat fuq il-prestazzjoni …
------+19. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandha tappoġġja lill - istituzzjoni sabiex tikseb u żżomm …
------+20. Il- politika ta’ remunerazzjoni għandu jkun fiha: a. l-objettivi tal-prestazzjoni għall …
------+21. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu identifikati u ġestiti kunflitti potenzjali ta’ …
------+22. Meta l-politiki tar-remunerazzjoni jew politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp jiġu implimentati …
------+23. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura adottata mill -Istati Membri sabiex jipprevjenu jew …
------+24. Politika ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru għandha tiżgura li l - aspetti kollha tal …
------+25. Meta jistabbilixxu l - ħlas għall -kull unità ta’ kejl jew bil- ħin, l - istituzzjonijiet …
------+26. Sabiex jissorve ljaw li l- politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru huma applikati …
------+27. L- istituzzjonijiet jistgħu, b’manjiera newtrali għall - ġeneru, jikkunsidraw aspetti …
---+2. Governanza tar-remunerazzjoni
---+2.1 Ir-responsabbiltajiet, id-disinn, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni
------+28. Il- korp maniġerja li fil- funzjoni superviżorja tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni …
---+2.2 L-involviment tal-azzjonisti
---+2.3 Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti
---+2.4 Stabbiliment ta’ kumitat tar-remunerazzjoni
---+2.4.1 Il-ko mpożizzjoni tal -kumitat tar-remunerazzjoni
---+2.4.2 Ir-rwol tal-kumitat tar-remunerazzjoni
---+2.4.3 Linji tal- proċess u ta’ rapportar
---+2.5 Rieżami tal -politika ta’ remunerazzjoni
---+2.6 Trasparenza interna
---+3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp
---+4 Proporzjonalità
---+5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni
---+5.1 Approvazzjoni minn qabel tal - esklużjonijiet
---+5.2 Governanza tal- proċess ta’ identifikazzjoni
---+5.3 Il- proċess ta’ identifikazzjoni fuq livell individwali, subkonsolidat u konsolidat
---+5.4 Ir-rwol tal-istituzzjoni konsolidanti
---+5.5 Ir-rwol tas-sussidjarji u l- fergħat
---+6. Il- bażi kapitali
---+Titolu II - Struttura tar-remunerazzjoni
---+7. Il-kategoriji tar-remunerazzjoni
---+8. Każijiet partikolari ta’ komponenti ta’ remunerazzjoni
---+8.1 Allowances
---+8.2 Remunerazzjoni varjabbli bbażata fuq il -prestazzjoni futura
---+8.3 Dividendi u pagamenti tal- imgħax
---+8.4 Bonusijiet ta’ żamma
---+8.5 Benefiċċji diskrezzjonali tal -pensjoni
---+9. Komponenti tar- remunerazzjoni eċċezzjonali
---+9.1 Remunerazzjoni varjabbli garantita
---+9.2 Kumpens jew akkwiżizzjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg preċedenti
---+9.3 Ħlasijiet ta’ terminazzjoni u ħlasijiet oħra wara t -tmiem ta’ kuntratt
---+9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni
---+9.3.2 Ħlasijiet oħra wara t -tmiem ta’ kuntratt
---+10 Projbizzjonijiet
---+10.1 Iħħeġġjar personali
---+10.2 Ċ irkomvenzjoni
---+Titolu III - Remunerazzjoni għal funzjonijiet speċifiċi
---+11. Remunerazzjoni tal-membri tal- funzjoni maniġerjali u superviżorja tal - korp maniġerjali
---+12 Ir-remunerazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll
---+Titolu IV - Politika ta’ remunerazzjoni, għoti u ħlas tar - remunerazzjoni varjabbli għall -persunal identifikat
---+13. Politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal identifikat
---+13.1 Politika kompletament flessibbli dwar ir-remunerazzjoni varjabbli
---+13.2 Proporzjon bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli
---+14. Proċess ta’ allinjament tar -riskju
---+14.1 Proċess ta’ kejl tar -riskju u tal-prestazzjoni
---+14.1.1 Valutazzjonijiet tar-riskju
---+14.1.2 Kriterji tal- prestazzjoni sensittivi għar -riskju
---+14.1.3 Kriterji speċifiċi għall -funzjonijiet ta’ kontroll
---+14.2 Il- proċess tal - għoti
---+14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet
---+14.2.2 L- aġġustament għar -riskju ex ante fil- proċess tal - għoti
---+15. Il- proċess tal - ħlas għar -remunerazzjoni varjabbli
---+15.1 Remunerazzjoni differita u mhux differita
---+15.2 Il-perjodu ta’ differiment u l-proporzjon tar-remunerazzjoni differita
---+15.3 Vestiment ta’ remunerazzjoni differita
---+15.4 L- għoti ta’ remunerazzjoni varjabbli fi strumenti
---+15.5 Il-porzjon minimu ta’ strumenti u d- distribuzzjoni tagħhom matul iż - żmien
---+15.6 Politika ta’ żamma
---+15.7 Aġġustament għar -riskju
---+15.7.1 Malus u rkupru
---+15.7.2 Aġġustamenti impliċiti
---+Titolu V - Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent tal-gvern
---+16. Appoġġ mill -istat u remunerazzjoni
---+Titolu VI - Awtoritajiet kompetenti
---+17. Politiki ta’ remunerazzjoni
---+18. Forom speċifiċi ta’ remunerazzjoni
---+19. Remunerazzjoni varjabbli
---+20. Divulgazzjonijiet
---+21. Kulleġġi tas - superviżuri
---+Anness 1 - IMMAPPJAR TAR- REKWIŻITI TAR -REMUNERAZZJONI
---+INKLUŻI FID -DIRETTIVA 2013/36/UE U R-REGOLAMENT
---+(UE) 575/2013 U L- KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAGĦHOM
---+Anness 2 - Informazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ proporzjonijiet
---+ogħla
------+finanzjarja li għaddiet) numru
------+aħħar proċess ta’ identifikazzjoni) numru

4. Linji gwida

4. Linji gwida

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Titolu I - Politiki ta’ remunerazzjoni

Titolu I - Politiki ta’ remunerazzjoni

1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu

1. Politiki ta’ remunerazzjoni għall -persunal kollu

2. Governanza tar-remunerazzjoni

2. Governanza tar-remunerazzjoni

2.1 Ir-responsabbiltajiet, id-disinn, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni

2.1 Ir-responsabbiltajiet, id-disinn, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-politika ta’ remunerazzjoni

2.2 L-involviment tal-azzjonisti

44.Skont il- forma ġuridika tal -istituzzjoni u skont il- liġi nazzjonali applikabbli, l -approvazzjoni ta’ politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni u, fejn xieraq, id - deċiżjonijiet relatati mar - remunerazzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali u persunal identifikat ieħor jistgħu jiġu assenjati wkoll għal - laqgħa tal -azzjonisti skont id-dritt nazzjonali tal-kumpanija14 . Il-vot tal-azzjonisti jista’ jkun konsultattiv jew vinkolanti.

45.Meta l-approvazzjoni tar-remunerazzjoni tal-membri individwali tal- korp maniġerjali u persunal identifikat ieħor tkun assenjata lill -azzjonisti, l- azzjonisti għandhom japprovaw il -komponenti kollha ta’ remunerazzjoni, inkluż il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni. Meta l -approvazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tkun soġġetta għall -approvazzjoni mill- azzjonisti, dawn għandhom ukoll jew japprovaw ex ante l-ammont massimu tal- ħlasijiet li jista’ jingħata lill - korp maniġerjali u lil persunal identifikat ieħor fl -eventwalità ta’ terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jew japprovaw il-kriterji għall - istabbiliment ta’ ammonti bħal dawn.

46. Sabiex l -azzjonisti jkunu j istgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati f’konformità mal -paragrafi 44 u 45, il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l - istituzzjoni tipprovdilhom informazzjoni adegwata rigward il- politika ta’ remunerazzjoni mfassla sabiex tgħinhom jivvalutaw l -istruttura tal-inċentivi u l -limitu sa fejn it- teħid ta’ riskju qiegħed jiġi inċentivat u kkontrollat kif ukoll il -kost globali tal-istruttura tar- remunerazzjoni. Informazzjoni bħal din għandha tiġi pprovduta sew minn qabel il - laqgħa tal -azzjonisti rilevanti. Informazzjoni dettaljata dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni u dwar il- modifiki tagħhom, dwar il - proċeduri u l - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi stabbilit pakkett tar - remunerazzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tinkludi dan li ġej:

  • a. il-komponenti tar-remunerazzjoni;
  • b. il- karatteristiċi u l -objettivi ewlenin tal-pakketti tar-remunerazzjoni u l-allinjament tagħhom mal - istrateġija tan - negozju u ta’ riskju, inkluż l - aptit għar -riskju u l-valuri korporattivi tal-istituzzjoni;
  • c. kif ikun żgurat li l -polit ika ta’ remunerazzjoni hija newtrali għall - ġeneru;
  • d. kif il- punti taħt (b) qegħdin jitqiesu f’aġġustamenti ex ante / ex post , b’mod partikolari għall -persunal identifikat.

47.Il- funzjoni superviżorja tibqa’ responsabbli għall - proposti ppreżentati fil - laqgħa tal -azzjonisti, kif ukoll għall -implimentazzjoni u s-sorveljanza proprji ta’ kwalunkwe bidla fil-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni.

48.Meta l- azzjonisti jintalbu japprovaw livell massimu ogħla tal -proporzjon bejn il-komponent varjabbli u dak fiss tar-remune razzjoni sa mhux altar minn 200 %, għandu japplika dan li ġej:

  • a. L- azzjonisti li għandhom id - dritt li jivvutaw fuq livell massimu ogħla propost tal -proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u dawk fissi tar- remunerazzjoni huma dawk tal -istituzzjoni fejn jopera l-persunal identifikat affettwat mil- livelli massimi ogħla tar -remunerazzjoni varjabbli. Għal istituzzjonijiet li huma sussidjarji, l - assemblea ġenerali tal -azzjonisti tas-sussidjarja hija kompetenti li tiddeċiedi u mhux l - assemblea ġenerali tal -istituzzjoni konsolidanti.
  • b. Meta istituzzjoni teżerċita d -drittijiet tal- vot tagħha bħala azzjonista tas - sussidjarja tagħha fir-rigward tal- approvazzjoni ta’ livell massimu ogħla tal -proporzjon bejn ir-remunerazzjoni varjabbli u dik fissa f’sussidjarja, għandha tkun issodisfata waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin:
  • i. il- funzjoni superviżorja tal - istituzzjoni li hija sid l - ishma tkun sejħet minn qabel għal vot tal- laqgħa tal - azzjonisti tagħha dwar kif jiġu eżerċitati d -drittijiet tal-vot fir-rigward taż - żieda tat-tali livell fis- sussidjarji tagħha;
  • ii. il- laqgħa tal -azzjonisti tal- istituzzjoni konsolidanti ddeċidiet, bħala parti mill -politika ta’ remunerazzjoni tal-grupp, li s- sussidjarji jistgħu jintroduċu livell massimu ogħla tat-tali proporzjon.
  • c. Skont l-ewwel in ċiż tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE, meta jiġi approvat livell massimu ogħla ta’ proporzjon bejn komponenti fissi u varjabbli ta’ remunerazzjoni, il- laqgħa tal - azzjonisti għandha taġixxi fuq rakkomandazzjoni dettaljata li tipprovdi b’mod partikolari r- raġunijiet, in - numru ta’ persunal identifikat ikkonċernat u l - funzjonijiet tiegħu fl-istituzzjonijiet kif ukoll l- ispjegazzjoni fuq kif dan il - livell massimu ogħla tal -proporzjon jista’ jaffettwa r- rekwiżit li tinżamm bażi kapitali soda. Din l- informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill- azzjonisti ħafna qabel il - laqgħa tal -azzjonisti.
  • d. Kwalunkwe approvazzjoni ta’ livell massimu ogħla tal - proporzjon għandha ssir skont id - dispożizzjonijiet tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE; il-limitu ta’ 50 % għall - kworum, u l- limiti ta’ maġġoranza ta’ 66 % u ta’ 75 % meħtieġa għall - votazzjoni, kif hemm imsemmi f’dak l- Artikolu, ilkoll għandhom jiġu kkalkolati filwaqt li jitqiesu d -drittijiet tal-vot marbutin mal- ishma jew ma’ drittijiet tas -sjieda ekwivalenti oħrajn fl -istituzzjoni.
  • e. Il-limitu ta’ 75 %, li japplika meta inqas minn 50 % tad-drittijiet tas-sjieda jkunu rappreżentati fil - laqgħa tal -azzjonisti u l-limitu ta’ 66 %, li japplika meta jkunu rappreżentati tal - inqas 50 % tad-drittijiet tas-sj ieda, għandhom ikunu kkalkolati b’rabta mad-drittijiet tal-vot tal- azzjonisiti li huma rappreżentati u mhux man -numru ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma azzjonisti.
  • f. Skont l- aħħar inċiż tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tas- CRD, persunal li huwa direttament af fettwat mil- livelli massimi ogħla tar - remunerazzjoni varjabbli m’għandux jitħalla jeżerċità, direttament jew indirettament, kwalunkwe dritt tal- vot li jista’ jkollu. Għalhekk, id -dritt tal- vot tiegħu għandu jiġi injorat meta jiġu kalkolati l - perċentwali, k emm fin-nominatur u kif ukoll fid-denominatur.
  • g. L- ishma huma “rrapreżentati” meta l - azzjonist jista’ jivvota b’mod legali fuq il -livell massimu ogħla propost tal - proporzjon, irrispettivament minn kif jittieħed dan il -vot. F’konformità ma’ dan il- prinċipju u b’kont meħud tal - liġi nazzjonali tal -kumpaniji, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l - politiki interni tagħhom dwar ir - “rappreżentazzjoni” għall -fini ta’ dan il-vot.

49.L- azzjonisti għandhom ikunu jistgħu jivvutaw fuq tnaqqis ta’ proporzjon massimu ogħla li jkun ġie approvat fl - imgħoddi. Vot bħal dan għandu jeħtieġ maġġoranza ta’ voti tal -azzjonisti f’konformità mar- regoli applikabbli għal deċiżjonijiet regolari previsti mil - liġi nazzjonali. Meta jkun tnaqqas il - livell massimu ogħla approvat, l -istituz zjoni għandha tgħarraf lill -awtorità kompetenti bid- deċiżjoni u bil - proporzjon approvat fi żmien ħamest ijiem tax - xogħol.


14 Ara wkoll id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti 2007/36, kif emendata mid-Direttiva 2017/828, l-Artikoli 9a u 9b.

2.3 Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

50. Meta tgħarraf lill -awtorità kompetenti dwar ir-rakkomandazzjoni indirizzata lil- laqgħa tal-azzjonisti, skont ir- raba’ inċiż tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjoni għandha tirrapporta għand l -awtorità kompetenti l- informazzjoni kollha sottomessa lill - azzjonisti, inklużi l - proporzjon massimu ogħla propost u r - raġunijiet għalih, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax - xogħol mindu tkun innotifikat lill - azzjonisti li sejra tfittex l -approvazzjoni tal-proporzjon ogħla.

51.Meta tinforma lill-awtorità kompetenti dwar id- deċiżjoni meħuda mill - azzjonisti tagħha, skont il- ħames inċiż tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjoni għandha tipprovdi l- informazzjoni li ġejja:

  • a. ir- riżultat tad - deċiżjoni u l - proporzjon massimu ogħla approvat, inkluż, meta l - proporzjonijiet ivarjaw bejn il-funzjonijiet tan-negozju u l-linji ta’ azzjoni, il-proporzjon għal kull linja ta’ azzjoni jew funzjoni tan - negozju mmappjati għal -linji ta’ azzjoni u l-funzjonijiet tan-negozju stabbiliti fil-linji gwida tal-EBA dwar l- eżerċizzju ta’ ġbir tad - data fir- rigward ta’ dawk li jaqilgħu ħaf na u l-linji gwida tal-EBA dwar l- eżerċizzju tal - valutazzjoni komparattiva tar-remunerazzjoni, it-tnejn ippubblikati fis-16 ta’ Lulju 201415 ;
  • b. in-numru ta’ persunal identifikat affettwat mill- proporzjonijiet massimi ogħla u, meta l-proporzjonijiet ivarjaw bejn linji ta’ azzjoni u funzjonijiet tan-negozju, il-livell korrispondenti tal- proporzjon għal kull linja ta’ azzjoni u funzjoni tan -negozju;
  • c. analiżi li l - proporzjon ogħla propost ma jmurx kontra l -obbligi skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) 575/2013, b’mod partikolari fid-dawl tal-obbligi tal-fondi proprji tal-istituzzjoni;
  • d. l- informazzjoni inkluża fl -Anness 2, bl- użu tal -mudell ipprovdut;
  • e. informazzjoni oħra li tista’ tintalab mill -awtorità kompetenti.

15 Iż - żewġ linji gwida jistgħu jiġu aċċessati mil - link li ġejja: http://www.eba.europa.eu/regulation -and-policy/remuneration

2.4 Stabbiliment ta’ kumitat tar-remunerazzjoni

52. Bi qbil mal -Artikolu 109 tas-CRD u mal-Artikolu 95(1) tas-CRD, l- istituzzjonijiet kollha li huma sinifikanti huma stess, meta jitqiesu l -individwu, il- kumpanija prinċipali u l -livell tal-grupp, iridu jistabbilixx u kumitat tar- remunerazzjoni. Sussidjarji li huma rregolati minn leġiżlazzjoni settorjali speċifika (eż ditti tal - investiment, AIFMs jew maniġers tal - UCITS) għandhom isegwu r -regoli stabbiliti fil- leġiżlazzjoni settorjali speċifika li tapplika għalihom sabiex jistabbilixxu jekk humiex obbligati li jistabbilixxu kumitat tar -remunerazzjoni jew le. L- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li kumitat tar - remunerazzjoni jiġi stabbilit meta jkun meħtieġ legalment.

53.Fejn kumitat tar- remunerazzjoni jiġi stabbilit f’istituzzjoni mhux sinifikanti, l - istituzzjoni għandha tikkonforma mad- dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida li jikkonċernaw il -kumitat tar-remunerazzjoni, imma tista’ tgħaqqad il -kompiti tal-kumitat tar-remunerazzjoni ma’ kompiti oħrajn sakemm dawn ma joħolqux kunflitti ta’ interess.

54. Meta ma jiġi stabbilit l -ebda kumitat ta’ remunerazzjoni, id- dispożizzjonijiet ta’ dawn il -linji gwida li jikkonċernaw il -kumitat tar- remunerazzjoni għandhom jitqiesu li japplikaw għall - funzjoni superviżorja.

2.4.1 Il-ko mpożizzjoni tal -kumitat tar-remunerazzjoni

55.Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu jkun imsawwar minn membri tal - funzjoni superviżorja16 li ma jwettqux funzjonijiet eżekuttivi. F’G -SIIs u O-SIIs, il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu jinkludi maġġoranza ta’ membri li huma indipendenti u għandu jkun ippresedut minn membru indipendenti. F’istituzzjonijiet sinifikanti oħrajn, stabbiliti mill -awtoritajiet kompetenti jew mil-liġi nazzjonali, il -kumitat tar- remunerazzjoni għandu jinkludi numru suffiċjenti ta’ membri li huma indipendenti17 . Jekk ir- rappreżentazzjoni tal -impjegati fil- korp maniġerjali hija prevista mil- liġi nazzjonali, din trid tinkludi rappreżentant tal - impjegati wieħed jew iżjed.

56.Il-membri tal-kumitat tar- remunerazzjoni għandu jkollhom għarfien, kompe tenza, u esperjenza professjonali xierqa b’mod kumulattiv dwar politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni, attivitajiet ta’ mmaniġġjar tar - riskju u ta’ kontroll, jiġifieri fir -rigward tal- mekkaniżmu għall -allinjament tal-istruttura ta’ remunerazzjoni mal-profili tar-riskju u tal-kapital tal-istituzzjonijiet.


16 F’pajjiżi Ewropej differenti jistgħu jiġu osservati strutturi tal - korpi maniġerjali differenti. F’ċerti pajjiżi hija komuni struttura unitarja, jiġifieri l - funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal - bord jiġu eżerċitati minn korp wieħed biss. F’pajjiżi oħrajn hija komuni struttura doppja, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall - funzjoni maniġerjali u l -

17 Indipendenza kif stabbilita fil-linja gwida tal-EBA dwar il-governanza interna u ara wkoll il- linji gwida konġunti EBA - ESMA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp maniġerjali u tat -titolari ta’ funzjonijiet ewlenin.

2.4.2 Ir-rwol tal-kumitat tar-remunerazzjoni

57.Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu:

  • a. ikun responsabbli għat - tħejjija tad - deċiżjonijiet dwar ir - remunerazzjoni li għandhom jittieħdu mill - funzjoni superviżorja, b’mod partikolari rigward ir-remunerazzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu kif ukoll ta’ persunal identifikat ieħor;
  • b. jagħti l - appoġġ u l - pariri tiegħu lill - funzjoni superviżorja dwar it -tfassil tal-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni, inkluż li din il -politika ta’ remunerazzjoni tkun newtrali għall - ġeneru u tappoġġja t - trattament ugwali ta’ persunal ta’ ġeneri differenti;
  • c. jappoġġa l - funzjoni superviżorja fis - superviżjoni tal -politiki, il-prattiki u l- proċessi tar - remunerazzjoni u konformità mal-politika ta’ remunerazzjoni;
  • d. jikkontrolla jekk il-politika tar- remunerazzjoni eżistenti għadhiex aġġornata u, jekk hemm bżonn, jagħmel proposti għal tibdil;
  • e. jirrevedi l- ħatra ta’ konsulenti tar -remunerazzjoni esterni li l-funz joni superviżorja tista’ tiddeċiedi li taħtar għall - għoti ta’ pariri jew appoġġ;
  • f. jiżgura l -adegwatezza tal-informazzjoni pprovduta lill-azzjonisti dwar il-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni, b’mod partikolari dwar livell massimu ogħla propost tal -proporzjon bejn remunerazzjoni fissa u dik varjabbli;
  • g. jevalwa l- mekkaniżmi u s - sistemi adottati sabiex jiżgura li s -sistema tar-remunerazzjoni tqis b’mod xieraq it - tipi kollha tal -livelli tar-riskji, tal-likwidità u tal-kapital u li l-politika tar-remunerazzj oni ġenerali hija konsistenti ma’ u tippromwovi mmaniġġjar tar -riskji sod u

ieħor għas - superviżjoni tal - funzjoni maniġerjali. F’dawn il - każijiet, il -kumitat tar- remunerazzjoni għandu jinvolvi membri tal- korp superviżorju. effikaċi u hija konformi mal - istrateġija tan -negozju, mal-objettivi, mal-kultura u l-valuri korporattivi, mal-kultura tar-riskju u mal-interess fit-tul tal-istituzzjoni;

  • h. jevalwa l-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni u l- bżonn għal aġġustament għar -riskju ex post , inkluż l - applikazzjoni ta’ arranġamenti tal - malus u tal-irkupru;
  • i. jirrevedi n- numru ta’ xenarji possibbli biex jeżamina kif il -politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni jirreaġixxu għal avvenimenti esterni u interni, u jagħmel test retrospettiv tal- kriterji użati għall -istabbiliment tal- għoti u tal - aġġustament għar -riskju ex ante skont l-eżiti tar -riskju attwali.

58.Meta l- istituzzjoni tkun stabbilixxiet kumitat ta’ remuner azzjoni, ir-remunerazzjoni tal- uffiċjali għolja fil - funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti, inklużi l - funzjonijiet ta’ mmaniġġjar tar -riskju u ta’ verifika tal- konformità, għandhom ikunu ssorveljata direttament mill -kumitat tar-remunerazzjoni. Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill - funzjoni superviżorja dwar it -tfassil tal-pakkett tar-remunerazzjoni u l-ammonti tar-remunerazzjoni li għandhom jitħallsu lill -membri tal- persunal għolja fil -funzjonijiet tal-kontroll.

2.4.3 Linji tal- proċess u ta’ rapportar

59.Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu:

  • a. ikollu aċċess għad - data u għall - informazzjoni kollha li jikkonċernaw il - proċess tat - teħid ta’ deċiżjonijiet tal - funzjoni superviżorja dwar id -disinn u l-implimentazzjoni, is-sorveljanza u r- riemażi tal -prattiki u l-politiki ta’ remunerazzjoni;
  • b. ikollu riżorsi finanzjarji adegwati u aċċess bla xkiel għall -informazzjoni u d- data kollha minn funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti, inkluż l - immaniġġjar tar -riskju;
  • c. jiżgura l - involviment xieraq tal - kontroll indipendenti u ta’ funzjonijiet rilevanti oħrajn (eż. ir- riżorsi umani, l - ippjanar legali u strateġiku) fl - oqsma ta’ kompetenza rispettivi u fejn ikun meħtieġ ifittex pariri esterni.

60.Il-kumitat tar- remunerazzjoni għandu jikkollabora ma’ kumitati t al- funzjoni superviżorja oħrajn li l- attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt fuq it -tfassil u l- funzjonament xieraq tal -politiki u l- prattiki ta’ remunerazzjoni (eż. kumitati tar -riskju, tal-awditjar u tan-nominazzjoni); u jipprovdi informazzjoni adegwata lill- funzjoni superviżorja, u, fejn xieraq, lil - laqgħa tal -azzjonisti dwar l-attivitajiet imwettqa.

61. Meta jiġi stabbilit, il -kumitat tar- riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall -kompiti tal-kumitat tar- remunerazzjoni, jeżamina jekk l - inċentivi pprovdut i mill-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni qisux ir -riskju, il-kapital, il-likwidità u l-probabilità u t- twaqqit tal - qligħ tal - istituzzjoni. 62.Membru tal-kumitat tar- riskju għandu jieħu sehem, fejn rilevanti, fil - laqgħat tal -kumitat tar-remunerazzjoni, meta ż - żewġ kumitati jkunu stabbiliti, u viċi versa.

2.5 Rieżami tal -politika ta’ remunerazzjoni

63.Il- funzjoni superviżorja jew, meta jiġi stabbilit, il -kumitat tar- remunerazzjoni għandhom jiżguraw li l-politika u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni huma soġġetti għal rieżami intern ċentrali u indipendenti tal - inqas kull sena. Ir - rieżami għandu jinkludi analiżi li tiddetermina jekk il- politika ta’ remunerazzjoni hijiex newtrali għall - ġeneru.

64.L- istituzzjonijiet għandhom jissorveljaw l - iżvilupp tal -inugwaljanza fil-pagi tal- irġiel u n -nisa b’pajjiż b’pajjiż b’mod separat għal:

  • a. persunal identifikat, minbarra membri tal- korp maniġerjali;
  • b. membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu,
  • c. membri tal- korp maniġerjali fil- funzjoni superviżorja tiegħu; u
  • d. persunal ieħor.

65. Meta jeżistu differenzi materjali bejn il - pagi medji ta’ persunal irġiel u nisa jew membri rġiel u nisa tal- korp maniġerjali, l - istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw ir - raġunijiet ewlenin u jieħdu azzjoni xierqa fejn rilevanti, jew għandhom ikunu kapaċi juru li d - differenza mhijiex riżultat ta’ politika ta’ remunerazzjoni li mhijiex newtrali għall - ġeneru.

66.L- uffiċċju tal -awditjar intern tal-istituzzjoni tal- konsolidazzjoni għandu jagħmel rieżami ċentrali tal-konformità mar-regolament, mal-politiki tal-grupp, mal- proċeduri u mar -regoli interni.

67.L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu r - rieżami ċentrali u indipendenti fuq bażi individwali. Fi grupp, istituzzjonijiet mhux sinifikanti li huma sussidjarji jistgħu jiddependu fuq ir - rieżami mwettaq mill -istituzzjoni konsolidanti, meta r- rieżami mwettaq fuq il - bażi konsolidata jew subkonsolidata jkun jinkludi l-istituzzjoni u, meta r- riżultati jkunu disponibbli għall -funzjoni superviżorja ta’ dik l -istituzzjoni.

68.Minkejja r-responsabbiltà tal- korp maniġerjali, il -kompiti tar- rieżami perjodiku indipendenti tal - politiki ta’ remunerazzjoni jistgħu, b’mod parzjali jew b’mod sħiħ, jiġu esternalizzati minn istituzzjonijiet li huma istituzzjonijiet mhux sinifikanti18 . Konsulenti esterni kwalifikati u indipendenti19 jistgħu jikkomplimentaw u jappoġġaw lill - istituzzjoni sabiex twettaq kompiti bħal dawn. Il- funzjoni superviżorja hija responsabbli għar - rieżami.

69. Bħala parti mir - rieżami intern indipendenti u ċentrali, l -istituzzjoniji et għandhom jevalwaw jekk il-politiki, il-prattiki u l- proċessi ġenerali tar - remunerazzjoni:

  • a. humiex qegħdin joperaw kif suppost (b’mod partikoli, li r -regoli interni, il-politiki u l-proċeduri approvati jkunu qegħdin jitħarsu; li l - ħlasijiet tar -remunerazz joni huma xierqa, konformi mal- istrateġija tan -negozju; u li l-profil tar-riskju, l-objettivi fit- tul u miri oħrajn tal- istituzzjoni huma riflessi b’mod adegwat);
  • b. humiex konformi mar -regolamenti, mal- prinċipji u mal -istandards nazzjonali u internazzjonali; u
  • c. humiex qegħdin jiġu implimentati b’mod konsistenti fil - grupp kollu, humiex konformi mal - Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE u li ma jillimitawx il - ħila tal - istituzzjoni li żżomm jew tirrestawra bażi kapitali soda f’konformità mat- Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida.

70.Il- funzjonijiet korporattivi interni rilevanti oħrajn (jiġifieri l -ippjanar tar- riżorsi umani, legali, strateġiċi, eċċ.), kif ukoll kumitati tal - funzjoni superviżorja ewlenin oħrajn (jiġiferi kumitati tal-awditjar, tar-riskju u tan- nominazzjonijiet), għandhom ikunu involuti mill - qrib fir - rieżami tal - politiki tar-remunerazzjoni tal- istituzzjoni sabiex ikun żgurat l -allinjament mal- istrateġija u l - qafas tal - immaniġġjar tar -riskju tal-istituzzjoni.

71.Meta r- rieżamijiet perjodiċi juru li l - politiki ta’ remunerazzjoni ma joperawx kif suppost jew kif stipulat jew meta jsiru rakkomandazzjonijiet, il-kumitat tar-remunerazzjoni, fejn stabbilit, jew il-funzjoni superviżorja, għandhom jiżguraw li jiġi propo st, approvat u implimentat fil- ħin pjan ta’ azzjoni korrettiva.

72.Ir- riżultati tar - rieżami intern imwettaq u l - azzjonijiet meħudin għar -rimedju ta’ kwalunkwe sejba għandhom jiġu ddokumentati, jew permezz ta’ rapporti bil -miktub jew permezz tal-minuti tal-laqgħa tal -kumitati rilevanti jew tal- funzjoni superviżorja, u jitqiegħdu għad - dispożizzjoni tal - korp maniġerjali, il -kumitati rilevanti u l-funzjonijiet korporattivi.


18 Ara l-linji gwida tal- EBA dwar arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni.

19 Għal iktar dettalji dwar l -esternal izzazzjoni, irreferi għal -linji gwida tal-EBA dwar il-governanza interna.

2.6 Trasparenza interna

73. Il- politika ta’ remunerazzjoni ta’ istituzzjoni għandha tiġi ddivu lgata b’mod intern lill-persunal kollu u tkun aċċessibbli għall -persunal kollu fil- ħinijiet kollha. L -aspetti kunfidenzjali tar-remunerazzjoni tal-membri tal- persunal individwali mhumiex soġġetti għat -trasparenza interna.

74.Il- persunal għandu jiġi mgħarraf d war il- karatteristiċi tar - remunerazzjoni varjabbli tiegħu, kif ukoll dwar il- proċess u l - kriterji li sejrin jintużaw sabiex jiġi vvalutat l -impatt tal-attivitajiet professjonali tiegħu fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni u r-remunerazzjoni varjabbli tiegħu. B’mod partikolari, il- proċess ta’ valutazzjoni fir -rigward tal-prestazzjoni tal- individwu għandu jiġi dokumentat kif xieraq u għandu jkun trasparenti għall - persunal ikkonċernat.

3. Il-politiki tar-remunerazzjoni u l-kuntest tal-grupp

75. Meta jiġu applikati dawn il - linji gwida fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, l -istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li d - dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida japplikaw għall -persunal u għall -persunal identifikat tas- sussidjarji tagħha fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali kif stabbilit fil-paragrafu 9. L- istituzzjoni konsolidanti jew subkonsolidanti għandu jkollha disponibbli u tibgħat fuq talba lill - awtorità kompetenti tagħha informazzjoni dwar l - applikazzjoni ta’ politiki ta’ remunerazzjoni f’konformità ma’ dawn il- linji gwida fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, inkluż is - sussidjarji tagħha fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali.

76.Il-kontrollur konsolidanti u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni subk onsolidanti għandhom jikkontrollaw b’mod effettiv l-applikazzjoni tal- paragrafu preċedenti u jagħmlu ħilithom biex jidħlu, inkluż fil - kulleġġi tas - superviżuri, ma’ awtoritajiet oħrajn tal -Istati Membri responsabbli għas - superviżjoni tas -sussidjarji rilevan ti u ma’ awtoritajiet minn pajjiżi terzi, fejn dan ikun fattibbli.

77.Fil-livell konsolidat jew subkonsolidat, l-istituzzjoni konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li tiġi implimentata politika ta’ remunerazzjoni għall - grupp sħiħ u rrispe ttata mill- persunal kollu, inklużi l -persunal identifikat kollu fl- istituzzjonijiet kollha u fl -entitajiet oħrajn fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali u l- fergħat kollha. Meta jistabbilixxu l -politika ta’ remunerazzjoni fil-livell tal-g rupp, għandhom jitqiesu r - rekwiżiti speċifiċi ta’ remunerazzjoni tas -sussidjarji. Il-politika tar-remunerazzjoni tal- grupp għandha tkun konsistenti ma’ u tippromwovi mmaniġġjar tar - riskji sod u effikaċi u jkun newtrali għall - ġeneru.

78.Fir-rigward ta’ istituz zjonijiet u entitajiet fi grupp li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed, il - politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ għandha tispeċifika kif l - implimentazzjoni tagħha għandha tittratta d -differenzi ta’ bejn implimentazzjonijiet nazzjonali tar- rekwiżit i ta’ remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjoni tal-proporzjon massimu bejn il-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni u r-remunerazzjoni fissa sa 100 % (jekk applikabbli, sa 200 % bl-approvazzjoni tal-azzjonisti)20 , il-possibbiltà li tiġi applikata r -rata ta’ skont nozzjonali21 , kwalunkwe restrizzjoni fir-rigward tal- użu tal-istrumenti22 , l- applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet skont l -Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u d-diskrezzjoni nazzjonali fl-Artikolu 109(6) ta’ din id- Direttiva biex jiġu inklużi sussidjarji li huma soġġetti għal qafas ta’ remunerazzjoni speċifika fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-applikazzjoni kkonsolidata tal-Artikoli 92, 94 u 95 ta’ dik id-Direttiva.

79. Meta jiġu applikati r- rekwiżiti fuq bażi konsolidata, japplikaw ir - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni applikabbli fl-Istat Membru fejn tinsab l- istituzzjoni konsolidanti, inkluż għal persunal identifikat li għandu impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-grupp, anke jekk l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti bl -Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE mill-Istat Membru fejn tinsab l-istituzzjoni konsolidanti hija aktar stretta. Bl - istess mod, sussidjarji li huma soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw għall - persunal tagħhom mar - rekwiżit applikabbli skont il- liġi nazzjonali, anke jekk dawn huma aktar stretti mir - rekwiżiti fuq bażi konsolidata.

80. Persunal sekondat minn impriża prinċipali f’pajjiż terz għal sussidjarja tal - UE li hija istituzzjoni jew fergħa li, ki eku kien impjegat direttament mill- istituzzjoni jew fergħha tal - UE, kien jaqa’ fil - kamp ta’ applikazzjoni tal-persual identifikat ta’ dik l- istituzzjoni jew fergħa tal - UE, huwa persunal identifikat. Persunal sekondat bħal dan għandu jkun soġġett għad -dispo żizzjonijiet tal - Artikoli 92, 93 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE kif huma implimentati fl - Istat Membru fejn hija stabbilita l-istituzzjoni jew il- fergħa tal -UE u l- Istandards Tekniċi Regolatorji applikabbli. Għall - finijiet ta’ sekondamenti fuq terminu qasir, pereżempju meta persuna tkun qiegħda tirrisjedi fi Stat Membru għal ftit ġimgħat biss biex twettaq xi xogħol fuq proġett, dik il - persuna għandha tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet bħal dawn biss jekk il -persuna tkun identifikabbli skont l-RTS dwar persu nal identifikat, filwaqt li titqies ir - remunerazzjoni mogħtija għall - perjodu ta’ żmien rilevanti u r-rwol u r-responsabbiltajiet matul is-sekondament.

81. Kuntratti jew sekondamenti fuq terminu qasir m’għandhomx jintużaw bħala mezz biex jiġu evitati r- rekwiżit i ta’ remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE u kwalunkwe standard jew linja gwida relatati.

82. Rigward sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi li huma inklużi fl -applikazzjoni tal-Artikoli 92, 94 u 95 tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata, il -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ għandha tistabbilixxi l -livell massimu ta’ proporzjon bejn il-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni u l- komponent fiss mhux aktar minn 100 % (jekk applikabbli, sa 200 % bl-approvazzjoni tal-azzjonisti fil-livell tal-grup p), tispeċifika jekk hijiex applikata r -rata ta’ skont nozzjonali u tiżgura li għall - ħlasijiet tar - remunerazzjoni varjabbli jintużaw strumenti f’konformità ma’ dawn il-linji gwida u mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/201423 , sakemm l-applikazzjoni ta’ dawk ir- rekwiżiti ma tkunx illegali f’dak il - pajjiż terz. Il -politika ta’ remunerazzjoni ta’ sussidjarji ta’ pajjiż terz bħal dan għandha tkun konsistenti mal -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ u tikkonforma mar - rekwiżiti tal -Artikoli 92(2), 93 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE tal- inqas għal dak il -persunal li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-grupp.

83.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - fergħat fi Stat Membru ta’ istit uzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’pajjiż terz huma soġġetti għall - istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għall - istituzzjonijiet fl-Istati Membri. Meta dawn il- fergħat ikunu jridu jimplimentaw proporzjon bejn il-komponenti fissi u varjabbli ta’ remunera zzjoni ogħla minn 100 %, dawn għandhom juru lill - awtorità kompetenti li l-azzjonisti tal-istituzzjoni fil- pajjiż terż approvaw il - proporzjon ogħla.

84.Ir- rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il -linji gwida jappl ikaw għall -istituzzjonijiet fi Stati Membri indipendentement mill- fatt li jistgħu jkunu sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali f’pajjiż terz. Meta sussidjarja tal - UE ta’ istituzzjoni prinċipali f’pajjiż terz tkun istituzzjoni konsolidanti, il -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali ma jinkludix il -livell tal- istituzzjoni prinċipali li tinsab f’pajjiż terz u sussidjarji diretti oħrajn ta’ dik l- istituzzjoni prinċipali. L - istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura li l -politika ta’ remunerazzjoni tal- grupp sħiħ tal - istituzzjoni prinċipali f’pajjiż terz titqies fil - politiki ta’ remunerazzjoni tagħha stess sa fejn dan ma jmurx kontra r - rekwiżiti stabbiliti fil - liġi tal - UE jew nazzjonali rilevanti, inkluż dawn il-linji gwida.


20 L-Artikolu 94(1)(g)(i) u (ii) tad-Direttiva 2013/36/UE.

21 L-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE.

22 L-Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE.

23 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014 tat-12 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) Nru 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal- istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il - klassijiet ta’ strumenti li jirriflettu b’mod adegwat il- kwalità kredizja ta’ istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall - finijiet ta’ remunerazzjoni varjabbli (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 21). Huwa ppubblikat fuq: http://eur - lex.europa.eu/legal - content/EN/TXT/?uri=OJ:JOL_2014_148_R_0006 .

4 Proporzjonalità

85.Il- prinċ ipju ta’ propozjonalità stipulat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE għandu l - għan li jqabbel il -politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni b’mod konsistenti mal-profil tar-riskju, mal-aptit għar -riskju u mal- istrateġija individwali ta’ istituzzjoni, sabiex l - għanijiet tar - rekwiżiti tar - remunerazzjoni jintlaħqu b’mod effettiv.

86. Meta jiġu applikati r - rekwiżiti tar -remunerazzjoni u d- dispożizzjoni ta’ dawn il -linji gwida b’mod proporzjonat, l-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu taħ lita tal-kriterji kollha li ġejjin:

  • a. id- daqs,
  • b. l-organizzazzjoni interna; u
  • c. in-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

87. Meta jiġi vvalutat dak li huwa proporzjonat u biex jiġi stabbilit il -livell ta’ sofistikazzjoni meħtieġ tal-politiki ta’ remunerazzjoni u l- approċċi ta’ kejl tar -riskju, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu t - taħlita ta’ aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal - kriterji kollha t’hawn fuq. Pereżempju, attività tan- negozju tista’ tkun ta’ skala żgħira iżda xorta tista’ tinkludi attivitajiet kumplessi u profili tar- riskju minħabba n -natura tal- attivitajiet tagħha jew il - kumplessità tal- prodotti tagħha.

88. Għall - iskopijiet t’hawn fuq, l -istituzzjonijiet u l-awtoritaji et kompetenti għandhom iqisu tal - inqas il- kriterji li ġejjin:

  • a. jekk l- istituzzjoni tissodisfax il - kriterji għal istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa jew istituzzjoni kbira kif stabbilit fil-punti 145 u 146 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
  • b. jekk l- istituzzjoni tissodisfax il -kriterji u l-limiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tal- eżenzjonijiet tal - proċess tal - ħlasijiet tar - remunerazzjoni varjabbli;
  • c. il- preżenza ġeografika tal -istituzzjoni u d- daqs tal - operazzjonijiet f’kull ġurisdizzjoni;
  • d. il- forma ġuridika u l -ekwità disponibbli u l-istrumenti tad-dejn;
  • e. l- awtorizzazzjoni sabiex jintużaw metodi interni għall -kejl tar- rekwiżiti kapitali (eż. IRB, AMA);
  • f. jekk l- istituzzjoni hija parti minn grupp u, jekk hu minnu, il -valutazzjoni ta’ proporzjonalità li saret għall -grupp u l- karatteristiċi tal - grupp li għalih tappartjeni l -istituzzjoni;
  • g. it- tip ta’ attività u servizzi awtorizzati (eż. self u depożiti, ibbankjar tal -investimenti);
  • h. l- istrateġija tan -negozju sottostanti;
  • i. l-istruttura tal-attivitajiet tan-negozju u l- perjodu ta’ żmien, kemm jistgħu jitkejlu u kemm huma prevedibbli r -riskji tal-attivitajiet tan-negozju;
  • j. l-istruttura tal-finanzjament tal-istituzzjoni;
  • k. l-organizzazzjoni interna tal-istituzzj oni, inkluż il -livell tar-remunerazzjoni varjabbli li jista’ jitħallas lill -persunal identitifkat;
  • l. l-istruttura tal-profitti u tat-telf tal-istituzzjoni;
  • m. it- tip ta’ klijenti (eż. bejjiegħa, korporattivi, negozji żgħar, entità pubblika);
  • n. il-kumplessità tal-prodotti jew kuntratti.

89. Meta jiġu applikati rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d - dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn il -linji gwida b’mod proporzjonat, l- istituzzjonijiet huma responsabbli sabiex jikkunsidraw il -profil tar-riskju, l- aptit għar -riskju u karatte ristiċi oħrajn tagħhom u sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u prattiki tar- remunerazzjoni li huma allinjati kif xieraq mal - istrateġija tan -negozju, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interess fit-tul tal-istituzzjoni. Madanakollu, l- obbligu li jkollho m politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni sodi u effikaċi japplika għall - istituzzjonijiet kollha u fir -rigward tal-persunal kollu, irrispettivament mill- karatteristiċi differenti tal -istituzzjoni.

90. Qabel ma jiġu applikati b’mod proporzjonat ir - rekwiżiti ta’ remunerazzjoni u d- dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn il- linji gwida, għandha ssir l -identifikazzjoni tal- persunal, abbażi tal -kriterji pprovduti fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni b’mandat skont l-Artikolu 94(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u kriterji interni addizzjonali oħrajn24 .

91.Il-limitazzjoni tal-proporzjon massimu bejn il-komponenti varjabbli ta’ remunerazzjoni u l-komponenti fissi sa 100 % (200 % bl-approvazzjoni tal- azzjonisti) għandha tiġi applikata għall - persunal identifikat kollu fl-istituzzjoni.

92. Meta jiġu implimentati politiki ta’ remunerazzjoni speċifiċi għal kategoriji differenti ta’ persunal identifikat f’konformità mat- taqsimiet 3 u 4 ta’ dawn il-linji gwida, l-applikazzjoni tal-proporzjonalità għandha tqis l - impatt fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ dik il-kategorija ta’ persunal identifikat.

93.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet huma konformi mar - rekwiżiti tar-remunerazzjoni u mad- dispożizzjonijiet ta’ daw n il-linji gwida b’mod li jipprovdu kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet differenti.

Eżenzjonijiet tal - proċess tal - ħlasijiet tar - remunerazzjoni varjabbli

94. Mingħajr preġudizzju għall -implimentazzjoni tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE mill-Istati Membri, istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet kbar kif definit fil -punt 146 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 u li għandhom assi totali skont il -limiti ddefiniti fil-liġi nazzjonali jistgħu ma japplikawx ir - rekwiżiti sabiex jiddifferixxu r -remunerazzjoni varjabbli u jħallsuha fi strumenti kif stabbilit fil -punti (l), (m) u t-tieni paragrafu tal-punt (o) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Istituzzjoni li tissodisfa kriterju wieħed jew aktar m ill-kriterji fil-punt 146 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 575/2013 hija istituzzjoni kbira.

  • a. Il- valutazzjoni ta’ jekk istituzzjoni hijiex G -SII jew O-SII ssir b’konformità mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1608 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall - ispeċifikazzjoni tal - metodoloġija għall - identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet globali sistematikament importanti u għad -definizzjoni ta’ subkategoriji ta’ istituzzjonijiet globali sistematikament importanti u l-lingi gwida tal-EBA dwar kriterji li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE (CRD) b’rabta mal-valutazzjoni ta’ istituzzjonijiet sistematikament importanti oħrajn.
  • b. Meta jiġi vvalutat jekk istituzzjoni konsolidanti tissodisfax il -limitu fil-punt 146(d) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 575/2013, il-kriterji jkunu ssodisfati jekk l- ammont fuq bażi konsolidata25 jaqbeż il -limitu. L- ammonti, jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiġu konvertiti f’EUR, permezz tar-rata tal-kambju ppubblikata mill- Kummissjoni għall - ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tal-istituzzjoni konsolidanti.

95. Meta jiġi stabbilit l -ammont tar-remunerazzjoni varjabbli annwal i mħallas lil membru ta’ persunal u l-proporzjon bejn ir- remunerazzjoni annwali varjabbli u fissa għall -finijiet tal-Artikolu 94(3)(b), jiġifieri l - applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet għar - rekwiżit sabiex jiddifferixxu u jħallsu fi strumenti r -remunerazzjoni varjabbli lil membri tal-persunal individwali, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l - ammonti speċifikati fil -punti (a) u (b) u japplikaw il-kundizzjonijiet ulterjuri fil-punti (c) sa (f):

  • a. ir- remunerazzjoni varjabbli annwali mogħtija għall -perjodu ta’ prestazz joni li huwa daqs is- sena finanzjarja li għaliha tiġi stabbilita jekk l - eżenzjoni tista’ tiġi applikata u l -perjodi ta’ prestazzjoni kollha li ntemmew matul din is -sena finanzjarja, indipendentement mit-tul tal-perjodi ta’ prestazzjoni sottostanti li ntemmew matul din is- sena finanzjarja, eż. għandha tinkludi l - ammont sħiħ tar - remunerazzjoni varjabbli abbażi ta’ perjodi ta’ dovuti multiannwali rotanti u mhux rotanti u bonusijiet ta’ żamma għal perjodi itwal minn sena meta l-perjodu sottostanti ntemm fis-sen a finanzjarja mogħtija;
  • b. ir- remunerazzjoni annwali fissa mogħtija għas - sena finanzjarja li għaliha tista’ tiġi applikata l- eżenzjoni; għall -kalkolu l- istituzzjonijiet jistgħu jeskludu komponenti oħra ta’ remunerazzjoni fissa kif speċifikat skont il -paragrafi 132 u 133;
  • c. l- ammonti għandhom ikunu abbażi tad -definizzjoni ta’ remunerazzjoni fissa u varjabbli f’dawn il- linji gwida u għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar - remunerazzjoni gross mogħtija;
  • d. ir- remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti f’forom ta’ remune razzjoni varjabbli mogħtija, inklużi r - remunerazzjoni varjabbli bbażata fuq il -prestazzjoni, l-ammonti mħallsin bħala remunerazzjoni varjabbli garantita, il - bonusijiet ta’ żamma, il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni jew il- benefiċċji diskrezzjonali tal -pensjoni;
  • e. meta l- ammonti huma stabbiliti mill - istituzzjonijiet fuq bażi individwali, għandha titqies ir- remunerazzjoni mogħtija mill -istituzzjoni, meta l- ammont huwa stabbilit fuq bażi konsolidata mill- istituzzjoni konsolidanti, għandha titqies ir - remunerazzjoni sħiħa mogħtija mill -istituzzjonijiet finanzjarji u mill- impriżi ta’ servizzi anċillari fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali;
  • f. meta r- remunerazzjoni titħallas b’munita li mhijiex l -EUR, l- ammonti għandhom jiġu konvertiti f’EUR permezz tar-rata tal-kambju ppubblikata mill- Kummissjoni għall - ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tal-istituzzjoni.

96. Meta tiġi kkalkolata l -medja tal-valur tal- assi għall - perjodu ta’ erba’ snin immedjatament qabel is-sena finanzjar ja attwali għall -fini tal-punt (a) tal-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il -medja aritmetika ta’ dan il-valur fl- aħħar tal -erba’ snin finanzjarji preċedenti. Fejn il - kontijiet jinżammu f’munita li mhijiex l -EUR, l-a mmonti għandhom jiġu konvertiti f’EUR permezz tar -rata tal-kambju ppubblikata mill- Kummissjoni għall - ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għall - aħħar xahar ta’ kull sena finanzjarja.

97.Fejn il- liġi nazzjonali tagħti s - setgħa lil awtoritajiet kompetenti biex jistabbilixxu l -limiti skont l-Artikolu 94(3) u 94(4) tad-Direttiva 2013/36/UE għal istituzzjonijiet individwali, l -awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jbaxxu jew jgħollu l -limiti skont l-Artikolu 94(3) u 94(4) tad-Direttiva 2013/36/UE, iqisu n -natura tal-istituzzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l - organizzazzjoni interna tagħha, jew, jekk japplikaw, il - karatteristiċi tal -grupp li għalih tappartjeni, kif ukoll tqis il -kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti f’din it-T aqsima.


24 Jekk jogħġbok irreferi għal - linji gwida għall - proċess ta’ identifikazzjoni msemmija fit - Taqsima 5 ta’ dawn il-linji gwida.

25 Japplika l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 575/2013 fir- rigward ta’ entitajiet esklużi mill -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali.

5. Il- proċess ta’ identifikazzjoni

98.Hija r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li jidentifikaw il-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet kol lha għandhom iwettqu awtovalutazzjoni kull sena sabiex jidentifikaw il - persunal kollu li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom jew jista’ jkollhom impatt materajli fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni. Il- proċess ta’ identifikazzjoni għandu jku n parti mill-politika ta’ remunerazzjoni globali tal-istituzzjoni.

99.L- awtovalutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il- persunal identifikat u fejn meħtieġ sabiex tiġi żgurata l -identifikazzjoni kompluta tal-persunal kollu li l- attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni, il-kriterji addizzjonali stabbiliti mill-istituzzjoni li jirriflettu l-livelli ta’ riskju ta’ attivitajiet differenti fl-istituzzjoni u l-impatt tal-membri tal- persunal fuq il -profil tar-riskju.

100. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi bbażati fuq remunerazzjoni tal -membri tal-persunal, għandhom jitqiesu r - remunerazzjoni fissa mogħtija għas - sena finanzjarja preċedenti u r - remunerazzjoni varjabbli mogħtija lill - persunal fi jew għas - sena finanzjarja preċedenti. Ir - remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis - sena finanzjarja preċedenti hija r -remunerazzjoni varjabbli mogħtija fis -sena finanz jarja preċedenti b’referenza għall - prestazzjoni preċedenti. L - istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -metodu applikabbli fil-politika ta’ remunerazzjoni tagħhom. Meta jiġu applikati l - kriterji kwantitattivi bbażati fuq ir -remunerazzjoni tal-membri tal-persunal, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -komponenti tar-remunerazzjoni fissi u varjabbli monetarji u mhux monetarji kollha mogħtija għas -servizzi professjonali. Pakketti ta’ remunerazzjoni ta’ rutina li mhumiex kontabilizzati fuq livell individwali għandhom jiġu meqjusa skont is- somma globali maqsuma skont il - kriterji oġġettivi għall -membru tal-persunal individwali.

101. Meta jiġu applikati kriterji kwantitattivi li huma definiti f’EUR, l - istituzzjonijiet li jagħtu r - remunerazzjoni f’munita oħra li mhijiex EUR għandhom jikkonvertu l -limiti applikabbli jew permezz ta’ rata tal- kambju interna li tintuża għal konsolidazzjoni tal -kontijiet jew ir-rata tal-kambju li tintuża mill - Kummissjoni għall -ipprogrammar finanzjarju u l- baġit għax - xahar meta r - remunerazzjoni ġiet mogħtija jew ir -rata tal- kambju għall - aħħar xahar tas -sena finanzjarja tal-istituzzjoni26 . L- istituzzjoni għandha tiddokumenta l - metodu applikabbli biex tistabbilixxi r -rata tal-kambju fil- politika ta’ remunerazzjoni tagħha.

102.L- awtovalutazzjoni għandha tkun ċara, konsistenti, dokumentata kif suppost u aġġornata perjodikament matul is- sena għall - inqas fir -rigward tal-kriterji kwalitattivi skont l-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il- persunal identifikat u fejn xieraq, b’żieda fuq il - bażi tal-kriterji tal-istituzzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - persunal li jaqa’ jew li aktarx jaqa’ taħt il -kriterji fl-Artikolu 3 tal-RTS dwar il- persunal identifikat għal perjodu ta’ mill - inqas tliet xhur f’sena finanzjarja jkun ttrattat bħala persunal identifikat.

103.L- informazzjoni li ġejja għandha tal - inqas tkun inkluża fid -dokumentazzjoni tal-awtovalutazzjoni li tkun saret rigward l-identifikazzjoni tal- persunal:

  • a. ir- raġunijiet wara l -awtovalutazzjoni u l-kamp ta’ applikazzjoni tal- applikazzjoni tagħha;
  • b. l- approċċ użat sabiex jiġu vvalutati r - riskji li joħorġu mill - istrateġija tan -negozju u l-attivitajiet tal- istituzzjoni, inkluż f’postijiet ġeografiċi differenti;
  • c. kif inhuma vvalutati persuni li jaħdmu f’istituzzjonijiet u f’entitajiet oħrajn fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni, is-sussidjarji u l- fergħat, inklużi dawk li jinsabu f’pajjiżi terzi;
  • d. ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-korpi korporattivi u l-funzjonijiet interni differenti involuti fit-tfassil, is-sorveljanza, ir- rieżami u l -applikazzjoni tal- proċess ta’ awtovalutazzjoni; u
  • e. l- eżitu tal -identifikazzjoni.

104.L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekords tal - proċess ta’ identifikazzjoni u tar - riżultati tiegħu u għandhom ikunu kapaċi juru lill - awtorità superviżorja kompetenti tagħhom kif il - persunal ġie identifikat skont il-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi previsti fl-Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il- persunal identifikat u kwalunkwe kriterju addizzjonali użat mill-istituzzjonijiet.

105.Id-dokumentazzjoni tal- awtovalutazzjoni għandha tal - inqas tinkludi n -numru tal-persunal identifikat, inkluż in - numru ta’ persunal identifikat għall -ewwel darba, ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet tal-impjieg, l- ismijiet jew identifikatur uniku ieħor u l -allokazzjoni fl-istituzzjoni tal-persunal identifikat għal -linja ta’ azzjoni u paragun mar- riżultati tal -awtovalutazzjoni tas-sena preċedenti.

106.Id- dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll membri tal - persunal li ġew identifikati skont il - kriterji kwantitattivi, iżda li l- attivitajiet professjonali tagħhom huma vvalutati bħala li m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni, f’konformità mal-RTS dwar il-persunal identifikat. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu d - dokumentazzjoni għal perjodu ta’ żmien xieraq sabiex jippermettu li jsir ir - rieżami mill -awtoritajiet kompetenti.


26 Ir-rati tal- kambju jistgħu jinkisbu mis -sit web tal- Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm .

5.1 Approvazzjoni minn qabel tal - esklużjonijiet

107.Meta l- istituzzjoni tistabbilixxi skont l -RTS dwar il-persunal identifikat li l-attivitajiet professjonali tal-membri tal-persuna l m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni u tapplika għal approvazzjoni minn qabel, għandu japplika dan li ġej:

  • a. Il- korp maniġerjali għandu jiddeċiedi abbażi tal - analiżi li twettqet fil - proċess ta’ identifikazzjoni annwali jekk il- persunal għandux fil - fatt impatt fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni u jgħarraf lill - funzjoni superviżorja dwar id - deċiżjoni meħuda. Il -funzjoni superviżorja jew, meta jiġi stabbilit, il -kumitat tar- remunerazzjoni, għandhom jirrevedu l - kriterji u l- proċess li bihom jittieħdu d - deċiżjonijiet u japprovaw l - eżenzjonijiet magħmulin.27
  • b. Kwalunkwe applikazzjoni għall - approvazzjoni minn qabel għandha ssir mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sitt xhur wara t -tmiem tas- sena finanzjarja preċedenti. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - applikazzjoni u tapprova jew tiċħad l - applikazzjoni, sa fejn possibbli, fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet id -dokumentazzjoni sħiħa.
  • c. Fejn il-membru tal- persunal ingħata remunerazzjoni totali ta’ EUR 1 000 00 0 jew iżjed fis - sena finanzjarja preċedenti, l - awtorità kompetenti għandha tgħarraf minnufih lill -EBA dwar l- applikazzjoni riċevuta u tipprovdi l - valutazzjoni inizjali tagħha. Fuq talba, l -awtorità kompetenti għandha tissottometti minnufih l -informazzjoni kollha riċevuta mill - istituzzjoni lill-EBA. L- EBA sejra żżomm kuntatt mal - awtorità kompetenti sabiex tiżgura li esklużjonijiet bħal dawn huma mogħtija b’mod konsistenti qabel ma tittieħed id - deċiżjoni dwar l- approvazzjoni jew iċ - ċaħda tal -applikazzjoni mill-awtorità kompetenti.

108.L- approvazzjoni minn qabel fir - rigward ta’ esklużjonijiet ta’ persunal identifikat b’rabta mal - kriterji kwantitattivi għandha tingħata biss għal perjodu ta’ żmien limitat. It - talba għal approvazzjoni minn qabel skont l -RTS dwar il-pe rsunal identifikat għandha ssir kull sena. Fir - rigward ta’ persunal li għalih tittieħed deċiżjoni dwar l - applikazzjoni għall -ewwel darba, l-approvazzjoni minn qabel għandha tikkonċerna biss is - sena finanzjarja li fiha ntalbet l - approvazzjoni minn qabel u s - sena finanzjarja ta’ wara. Għal persunal li għalih l - esklużjoni diġà ġiet approvata għas -sena finanzjarja kurrenti, l- approvazzjoni minn qabel għandha tikkonċerna s-sena finanzjarja ta’ wara biss.

109.Meta l- persunal identifikat ikun eskluż fis -sussidjarji li huma nfushom mhumiex soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE, l- awtorità kompetenti hija l -awtorità kompetenti tal-istituzzjoni prinċipali. Għall - fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn l - uffiċċju prinċipali jkun jinsab f’pajjiż terz, l-awtorità kompeten ti hija l - awtorità kompetenti responsabbli għas - superviżjoni tal - istituzzjonijiet fl-Istat Membru ta’ fejn tinsab il- fergħa.

110. Talbiet għall - approvazzjoni minn qabel għandhom jinkludu l - ismijiet kollha jew identifikatur uniku ieħor għall -persunal identifikat li għalih għandha tapplika esklużjoni, il - perċentwal tal - kapital intern allokat skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE lill-unità tan- negozju li fiha huwa attiv il -membru tal-persunal u l- analiżi tal -impatt tal- persunal fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni għal kull membru tal -persunal identifikat. Meta l-persunal identifikat ikun attiv fl-istess unità tan-negozju u jkollu l- istess funzjoni, għandha titwettaq valutazzjoni konġunta.


27 Jekk jogħġbok irreferi għall -paragrafu 110 fir-rigward tal-approvazzjoni tal- eżenzjonijiet għall -politika ta’ remunerazzjoni.

5.2 Governanza tal- proċess ta’ identifikazzjoni

111.Il- korp maniġerjali għandu r - responsabbilità aħħarija għall - proċess ta’ identifikazzjoni u għall - politika rispettiva. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu:

  • a. japprova l-politika tal- proċess ta’ identifikazzjoni bħala parti mill -politika ta’ remunerazzjoni;
  • b. ikun involut fit-tfassil tal-awtovalutazzjoni;
  • c. jiżgura li l - valutazzjoni għall -identifikazzjoni tal-persunal issir kif suppost skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-RTS dwar il-persunal identifikat u dawn il-linji gwida;
  • d. jissorvelja l- proċess ta’ indentifikazzjoni fuq bażi kontinwa;
  • e. japprova kwalunkwe eżenzjoni materjali minn jew bidliet fil -politika adottata u jikkunsidra u jissorvelja bir- reqqa l - effett tagħhom;
  • f. japprova jew jissorvelja kwalunkwe esklużjoni ta’ persunal skont l -RTS dwar il-persunal identifikat meta l- istituzzjonijiet iqisu li l -kriterji kwantitattivi definiti fir-Regolament Delegat tal- Kummissjoni ma jkunux issodisfati mill -persunal, peress li dawn fil-fatt m’għandhomx impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet; u
  • g. kull ċertu żmien jirrevedi l - politika approvata u, jekk ikun hemm bżonn, jemendaha.

112. Meta jkun ġie stabbilit kumitat tar - remunerazzjoni, dan għandu jkun involut b’mod attiv fil - proċess ta’ identifikazzjoni f’konformità mar -responsabbiltaji et tiegħu għat - tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir - remunerazzjoni. Meta ma jkun ġie stabbilit l -ebda kumitat tar-remunerazzjoni, il- membri mhux eżekuttivi u, fejn possibbli, il -membri indipendenti tal-korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom jeżegwixxu l -kompiti rispettivi.

113.Il- funzjonijiet indipendenti ta’ mmaniġġjar tar -riskju u ta’ verifika tal-konformità, il-funzjonijiet tal- appoġġ tan - negozju (eż. legali, riżorsi umani) u l -kumitati rilevanti tal- korp maniġerjali (jiġifieri kumitati tar-riskju, tan-nomina u tal- awditjar) għandhom ikunu involuti fil - proċess ta’ identifikazzjoni skont ir- rwol rispettiv tagħhom u fuq bażi kontinwa wkoll. B’mod partikolari, meta jkun ġie stabbilit kumitat tar - riskju, dan għandu jkun involut fil - proċess ta ’ identifikazzjoni mingħajr preġudizzju għall -kompiti tal-kumitat tar-remunerazzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw skambju xieraq ta’ informazzjoni fost il -korpi interni u l- funzjonijiet kollha involuti fil - proċess ta’ identifikazzjoni. Il - proċess ta’ identifikazzjoni u r- riżultat tiegħu għandhom ikunu soġġetti għal rieżami indipendenti intern jew estern.

5.3 Il- proċess ta’ identifikazzjoni fuq livell individwali, subkonsolidat u konsolidat

114.Il-kriterji ta’ identifikazzjoni kwalitattivi u kwantitatti vi inklużi fl -Artikolu 92(3) tad-Direttiva 2013/36/UE u l-RTS dwar il-persunal identifikat u dawk stabbiliti apparti mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu applikati kemm minn istituzzjonijiet fuq bażi individwali, bl - użu tal-figuri u fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-istituzzjoni individwali, u kif ukoll mill-istituzzjoni konsolidanti fuq bażi konsolidata u subkonsolidata kif spjegat fil -punti (48) u (49) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 575/2013, inklużi – soġġett għad - dispożizzjonijiet tal - Artikolu 109(4) sa (6) tad-Direttiva 2013/36/UE – is- sussidjarji kollha fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidament prudenzjali li huma nfushom mhumiex soġġetti għas -CRD, bl- użu tal -figuri konsolidati u fid-dawl tas-sitwazzjoni konsolidata u l- impatt fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata. Il - proċess ta’ identifikazzjoni fuq bażi konsolidata għandu jinkludi membri tal-persunal kif spjegat fl-Artikolu 109(5) tad-Direttiva 2013/36/UE, anke jekk is-sussidjarja li timpjega lil dak il-membru tal-pers unal mhijiex soġġetta għall -applikazzjoni tar-rekwiżiti fl -Artikoli 92, 94 u 95 tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata u mhijiex soġġetta għad -Direttiva 2013/36/UE fuq bażi individwali.

115. Meta jiġu applikati l -kriterji ta’ identifikazzjoni kwalitattiv i fuq livell konsolidat jew subkonsolidat, il-membri tal-persunal f’sussidjarja jkunu affettwati biss jekk ikunu responsabbli għall -funzjonijiet imsemmijin f’dawn il- kriterji fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata. Eż. membru tal-persunal f’sussidjarja li huwa membru tal - korp maniġerjali ta’ sussidjarja bħal din għandu jkun affettwat mill -kriterju “il-membru tal-persunal ikun membru tal- korp maniġerjali fil-funzjoni tal- immaniġġjar tiegħu” biss jekk huwa jew hija wkoll ikunu membru tal -korp maniġerjali tal - istituzzjoni prinċipali tal -UE.

116.Il- kriterji ta’ identifikazzjoni kwantitattivi applikabbli għandhom japplikaw għall -persunal kollu fl-istituzzjoni u s- sussidjarji tagħha li huwa soġġett għar - rekwiżiti skont l -Artikoli 92, 94 u 95 tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi konsolidata u subkonsolidata, filwaqt li titqies ir -remunerazzjoni kollha mogħtija fil - kamp ta’ applikazzjoni sħiħ tal -konsolidament prudenzjali.

117. Meta jiġu applikati l -kriterji ta’ identifikazzjoni kwalitattivi, l- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il- persunal responsabbli għall -funzjoni msemmija fil-kriterji kwalitattivi; il-kriterju ewlieni għall - identifikazzjoni mhuwiex l -isem tal- funzjoni iżda l -awtorità u r-responsabbiltà mogħtija lill -funzjoni.

5.4 Ir-rwol tal-istituzzjoni konsolidanti

118.Mi ngħajr preġudizzju għall -Artikolu 109(4) tas-CRD, l- istituzzjoni konsolidanti għandha tiżgura l- konsistenza ġenerali tal -politiki tar-remunerazzjoni tal- grupp inklużi l - proċessi ta’ identifikazzjoni u l- implimentazzjoni korretta fuq bażi konsolidata, subko nsolidata u individwali.

5.5 Ir-rwol tas-sussidjarji u l- fergħat

119.L- istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta’ istituzzjoni konsolidanti għandhom jimplimentaw fil - politika tar- remunerazzjoni tagħhom, il - politika maħruġa mill - istituzzjoni prinċipali konsolidan ti u l- proċess għall -identifikazzjoni tal-persunal. Is- sussidjarji kollha għandhom jieħdu sehem b’mod attiv fil- proċess ta’ identifikazzjoni mwettaq mill - istituzzjoni prinċipali konsolidanti. B’mod partikolari, kull sussidjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidament prudenzjali, inklużi dawk li mhumiex soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE huma stess, għandhom jipprovdu lill-istituzzjoni konsolidanti l- informazzjoni kollha neċessarja sabiex jidentifikaw b’mod xieraq il - persunal kollu li għandu impatt materjali fuq il -profil tar-riskju tal- istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata.

120. Sussidjarji li huma stess mhumiex soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE, mhumiex meħtieġa jwettqu proċess ta’ identifikazzjoni fuq livell individwali, sakemm ma jiġdux mitluba li jagħmlu dan skont ir- rekwiżiti ta’ remunerazzjoni speċifiċi għas - settur. Għal dawk is -sussidjarji li mhumiex soġġetti għad - Direttiva jew għal rekwiżiti ta’ remunerazzjoni speċifiċi oħrajn kif speċifikat skont l -Artikolu 109(4) tad-Direttiva 2013/36/UE, il- valutazzjoni għandha titwettaq mill- istituzzjoni konsolidanti fuq il - livell konsolidat jew subkonsolidat, abbażi tal -informazzjoni pprovduta mis- sussidjarja. Istituzzjonijiet li jaqgħu fil -kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE għadhom iwettqu l - awtovalutazzjoni tagħhom għall -identifikazzjoni tal-persunal fuq il - livell individwali. Istituzzjonijiet żgħar u inqas kumplessi li huma inklużi fi proċess ta’ identifikazzjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jiddelegaw l -applikazzjoni prattika tal- proċess ta’ identifikazzjoni fuq livell individwali lill -istituzzjoni konsolidanti.

121. Fergħat fi Stat Membru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom l - uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz u istituzzjonijiet fi Stat Membru li huma sussidjarji ta’ istituzzjonijiet prinċipali f’pajjiżi terzi għandhom iwettqu l - proċess ta’ identifikazzjoni u jgħarrfu l - istituzzjoni prinċipali tagħhom bir- riżultati tiegħu. L - istituzzjonijiet fi Stat Membru għandhom jinkludu wkoll is -sussidjarji tagħhom li jaqgħu fil -k amp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali u ta’ fergħat li jinsabu f’pajjiżi terzi fil - valutazzjoni tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji li l - fergħat jifformaw parti mhux indipendenti tal -istituzzjoni.

122. Għal fergħat ta’ pajjiżi terzi li jinsabu fi Stat Membru, il- kriterji għall - identifikazzjoni għandhom jiġu applikati bl -istess mod lill-funzjonijiet, l- attivitajiet kummerċjali u l -persunal li jinsabu fi Stat Membru bħal kif ikunu applikati għal istituzzjoni fuq livell individwali .

6. Il- bażi kapitali

123.L-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - għoti, il - ħlas u l -vestiment tar- remunerazzjoni varjabbli, inkluża l -applikazzjoni tal- arranġamenti tal - malus u tal-irkupru, skont il-politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet mhumiex ta’ ħsara għaż - żamma ta’ bażi kapitali soda.

124. Meta tkun qed tivvaluta jekk il - bażi kapitali hijiex soda, l - istituzzjoni għandha tqis il -fondi proprji ġenerali tagħha u b’mod partikolari l -kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, ir-r ekwiżit tal -kapital, inklużi r - rekwiżit tal -buffer kapitali kkombinat kif definit fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir- rekwiżit tal - buffer għall -proporzjon ta’ lieva finanzjarja kif definit fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir- rekwiżit minimu għall -fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli kif definit fl -Artikolu 45c tad-Direttiva 2014/59/UE u kwalunkwe supplimentazzjoni kapitali u r- restrizzjonijiet fuq id -distribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE li japplikaw għar - remunerazzjoni varjabbli għall -persunal kollu kif ukoll ir- riżultat tal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital. Ir- rekwiżit sabiex tinżamm bażi kapitali soda u r-restrizzjonijiet fuq id - distribuzzjonijiet japplikaw ukoll fuq bażi konsolidata u subkonsolidata. Barra minn hekk, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r - riżultati tar - rieżami superviżorju u l- proċessi ta’ evalwazzjoni f’konformità mal -linji gwida rispettivi tal-EBA.

125.L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu l -impatt tar-remunerazzjoni varjabbli – kemm l-ammonti bil- quddiem kif ukoll dawk differiti – fl-ippjanar tal-kapital u tal- likwidità tagħhom u fil - proċess ta’ valutazzjoni interna ġenerali dwar l -adegwatezza tal- kapital tagħhom.

126.Ir- remunerazzjoni varjabbli totali mogħtija minn istituzzjoni ma tistax tillimita l - kapaċità tal - istituzzjoni li żżomm jew tirrestawra bażi kapitali soda fit - tul u għandha tikkunsidra l -interessi tal-azzjonisti u tas-sidien, tad- depożitanti, tal - investituri u ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn. M’għandhiex tingħata jew titħallas remunerazzjoni varjabbli meta l - effett tagħha jkun li l - bażi kapitali tal- istituzzjoni ma tibqax iktar soda. L - istituzzjoni għandha tikkunsidra dawn ir -r ekwiżiti, ir- riżultati mill - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l -adegwatezza tal-kapital, l-ippjanar tal-kapital multiannwali tagħha, ir -restrizzjonijiet dwar id-distribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE u r-rakkomandazzjonijiet dwar id-distribuzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, meta tistabbilixxi:

  • a. l- aggregazzjoni ġenerali tar - remunerazzjoni varjabbli li tista’ tingħata għal dik is -sena; u
  • b. l-ammont tar- remunerazzjoni varjabbli li se jitħallas jew li se jiġi vestita f’dik is -sena.

127.L- istituzzjonijiet li m’għandhomx bażi kapitali soda jew meta s -solidità tal- bażi kapitali tkun f’riskju għandhom jieħdu l - miżuri li ġejjin fir -rigward tar-re munerazzjoni varjabbli:

  • a. Inaqqsu l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet varjabbli f’konformità mal-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE, inkluża l -possibbiltà li jnaqssuha għal żero;
  • b. Japplikaw il- miżuri ta’ aġġustament tal - prestazzjoni neċessarji, b’mod partikolari l - malus ;
  • c. Jużaw il -profitt nett tal- istituzzjoni għal -dik is- sena u potenzjalment għas -snin sussegwenti sabiex isaħħu l - bażi kapitali. L - istituzzjoni ma għandhiex tikkumpensa għal kwalunkwe tnaqqis fil- kumpens varjabbli li sar sabiex tiġi żgurata bażi kapitali soda fis -snin ta’ wara jew minn ħlasijiet, veikoli jew metodi oħrajn li jwasslu għal ċirkomvenzjoni ta’ din id - dispożizzjoni.

128.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jintervjenu meta l - għoti tar -remunerazzjoni varjabbli jkun ta’ ħsara għaż - żamma ta’ bażi kapitali soda billi jirrekjedi li l - istituzzjoni tnaqqas jew tapplika limitu massimu għall - aggregazzjoni ġenerali ta’ remunerazzjoni varjabbli stabbilia sakemm titjieb is-sitwazzjoni tal-adegwatezza kapitali; u jekk ikun hemm bżonn tapplika miżuri ta’ aġġustament tal -prestazzjoni, b’mod partikolari l- malus u jitolbu li l- istituzzjonijiet jużaw profitti netti sabiex isaħħu l -fondi proprji.

Titolu II - Struttura tar-remunerazzjoni

Titolu II - Struttura tar-remunerazzjoni

7. Il-kategoriji tar-remunerazzjoni

129.Skont id-Direttiva 2013/36/UE, ir- remunerazzjoni hija remunerazzjoni fissa jew varjabbli; ma hemm l - ebda kategorija oħra ta’ remunerazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall -implimentazzjoni tal- eżenzjonijiet skont il -paragrafi (3) sa (5) tal-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE, meta r-remunerazzjoni hija varjabbli u titħallas lill - persunal identifikat, għandhom jiġu ssodisfati wkoll ir- rekwiżiti kollha tal -Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE flimkien mar- rekwiżiti ġenerali li jinsabu fl-Artikolu 92 tagħha. Għal dik il -fini, l- istituzzjonijiet għandhom jallokaw f’konformità ma’ dawn il-linji gwida l-komponenti tar- remunerazzjoni għal remunerazzjoni fissa jew varjabbli u l- politiki ta’ remunerazzjoni tagħhom għandhom jistabbilixxu kriterji ċari, oġġettivi, predeterminati u trasparenti sabiex jassenjaw il -komponenti tar- remunerazzjoni kollha għall - kategoriji fissi jew varjabbli skont il-kriterji previsti fl-Artikolu 92(2)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE u dawn il-linji gwida.

130.Meta l-allokazzjoni ċara ta’ komponent għar - remunerazzjoni fissa ma tkunx possibbli fuq il - bażi tal-kriterji provduti f’dawn il- linji gwida, din għandha titqies bħala remunerazzjoni varjabbli.

131.Ir-remunerazzjoni tkun fissa meta l- kundizzjonijiet għall - għoti u għall - ammont tagħha:

  • a. huma bbażati fuq kriterji predeterminati;
  • b. mhumiex diskrezzjonali, u jirriflettu l -livell ta’ esperjenza professjonali u l-anzjanità tal-persunal;
  • c. huma trasparenti fir -rigward tal- ammont individwali mogħti lill -membru tal-persunal individwali;
  • d. huma permanenti, jiġifieri jinżammu għal perjodu marbut mar - rwol speċifiku u mar - responsabbiltajiet organizzazzjonali;
  • e. mhumiex revokabbli; l -ammont permanenti jinbidel biss permezz ta’ negozjar kollettiv jew wara negozjar mill- ġdid f’konformità mal -kriterji nazzjonali dwar l-istabbiliment tal-pagi;
  • f. ma jistgħux jitnaqqsu, jiġu sospiżi jew ikkanċellati mill -istituzzjoni;
  • g. ma jipprovdux inċentivi għas - suppożizzjoni tar -riskju; u
  • h. ma jiddependux mill -prestazzjoni.

132.Il-komponenti tar- remunerazzjoni li huma parti minn politi ka tal- istituzzjoni sħiħa ġenerali meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 131 jew ħlasijiet obbligatorji skont il - liġi nazzjonali, huma meqjusin bħala remunerazzjoni fissa. Dan jinkludi ħlasijiet li jifformaw parti mill-pakketti dwar l-impjiegi ta’ rutina kif definit f’dawn il-linji gwida. 133.Il-komponenti tar- remunerazzjoni li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala fissi, fejn is - sitwazzjonijiet simili kollha jiġu ttrattati b’mod konsistenti:

  • a. ir- remunerazzjoni mħallsa lill -persunal espatrijat fid-dawl tal- għoli tal - ħajja u r -rati tat-taxxa f’pajjiż differenti;
  • b. l- allowances użati sabiex iżidu s - salarju bażiku fiss f’sitwazzjonijiet li fihom il -persunal jaħdem barra minn pajjiżu u jirċievi inqas remunerazzjoni minn dik li jitħallas fis - suq tax - xogħol lokali għal kariga komparabbli meta jkunu ssodisfati l - kundizzjonijiet speċifiċi kollha li ġejjin:
  • i. l- allowance titħallas fuq bażi mhux diskriminatorja għall -persunal kollu f’sitwazzjoni simili;
  • ii. l- allowance tingħata għaliex il - persunal ħadem barra minn pajjiżu għal xi żmien jew f’kariga differenti b’livell ta’ remunerazzjoni li jeħtieġ aġġustament sabiex jirrifletti l-livelli tal- ħlas fis - suq rilevanti;
  • iii. il-livell tal- ħlasijiet addizzjonali huwa bbażat fuq kriterji predeterminati;
  • iv. id-durata tal- allowance hija marbuta mad -durata tas- sitwazzjoni msemmija hawn fuq.
8. Każijiet partikolari ta’ komponenti ta’ remunerazzjoni

8. Każijiet partikolari ta’ komponenti ta’ remunerazzjoni

8.1 Allowances

134.Ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa tal-istituzzjonijiet tista’ tikkonsisti f’komponenti differenti, inklużi ħlasijiet jew benefiċċji addizzjonali jew anċillari. L - istituzzjonijiet għandhom janalizzaw l - allowances28 u jallokawhom fil -komponent varjabbli jew fiss tar-remunerazzjoni. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji fit- Taqsima 7.

135.B’mod partikolari, meta l- allowances jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa, iżda juru xi waħda mill- karatteristiċi li ġejjn, l - istituzzjoni għandha tiddokumenta kif xieraq ir - riżultati tal - valutazzjonijiet imwettqin skont it - Taqsima 7:

  • a. Jitħallsu biss lill -membri tal-persunal identifikati29 .
  • b. Huma limitati għal każijiet fejn il -proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni kien ikun jaqbeż il -100 % (jekk applikabbli, sa 200 % meta approvat mill-azzjonisti).
  • c. L- allowances huma marbutin ma’ indikaturi li possibbilment jistgħu jinftiehmu bħala indikaturi tal-prestazzjoni. F’dak il- każ, l - istituzzjoni għandha tkun kapaċi turi li dawn l - indikaturi mhumiex marbutin mal -prestazzjoni tal- istituzzjoni, eż. billi tanalizza l - korrelazzjoni mal-indikaturi tal- prestazzjoni użati.

136.Meta l- allowances ikunu bbażati fuq ir -rwol, il-funzjoni u r-responsabbiltà organizzazzjonali tal-persunal, sabiex jiġu mmappjati b’mod korrett fil -komponent fiss tar-remunerazzjoni, dawn għandhom jissodisfaw il -kriterji stabbiliti fil-paragrafu 131 filwaqt li jitqiesu dawn kollha li ġejjin:

  • a. l- allowance hija marbut ma’ rwol jew ma’ responsabbiltà organizzazzjonali u tingħata sakemm ma sseħħ l -ebda bidla materjali fir-rigward tar-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet tar- rwol sabiex fil -fatt il-persunal ikollu rwol jew responsabbiltà organizzazzjonali differenti;
  • b. l- ammont ma jiddependi fuq l - ebda fattur ħlief li jissodisfa ċertu rwol jew li jkollu ċerta responsabbiltà organizzazzjonali u l-kriterji fil-paragrafu 203;
  • c. kwalunkwe membru tal-per sunal ieħor li jwettaq l - istess rwol jew li għandu l -istess responsabbiltà organizzazzjonali u li huwa f’sitwazzjoni komparabbli jkun intitolat għal allowance komparabbli.

137.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - allowances mhumiex veikolu jew meto du li jiffaċilità n - nuqqas ta’ konformità tal -istituzzjonijiet mas-CRD.


28 It-tikketta tista’ tvarja skont l- istituzzjoni: “paga bbażata fuq ir -rwol, allowance tal-persunal, allowance tar-rwol aġġustabbli, allowance tal - paga fissa”, eċċ.

29 Li tkun membru tal- persunal identifikat m’għandux jitqies bħala rwol jew funzjoni.

8.2 Remunerazzjoni varjabbli bbażata fuq il -prestazzjoni futura

138.Meta l- għoti tar - remunerazzjoni varjabbli, inklużi l - LTIPs, ikun ibbażat fuq prestazzjoni fl - imgħoddi ta’ mill - inqas sena, imma jiddependi wkoll fuq il -kundizzjonijiet tal-prestazzjoni fil-ġejjieni, għandu japplika dan li ġej:

  • a. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu b’mod ċar lill -persunal il-kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati wara l- għotja għar -remunerazzjoni varjabbli li għandha tiġi vestita.
  • b. Qabel il-vestiment tar-remunerazzjoni varjabbli l- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw li ġew issodisfati l - kundizzjonijiet għall - vestiment tagħha.
  • c. Il-kundizzjonijiet tal-prest azzjoni addizzjonali li jħarsu ’l quddiem għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ prestazzjoni predefinit ta’ tal - inqas sena.
  • d. Meta l-kundizzjonijiet tal- prestazzjoni addizzjonali li jħarsu ’l quddiem ma jkunux ġew issodisfati, sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija f’dawk il -kundizzjonijiet għandha tkun soġġetta għall - arranġamenti tal - malus .
  • e. Il- perjodu ta’ differiment għandu jintemm mhux qabel sena minn meta tkun ġiet ivvalutata l- aħħar kundizzjoni tal -prestazzjoni; id- dispożizzjonijiet l - oħrajn kollha rigward id-differiment tar- remunerazzjoni varjabbli għall -persunal identifikat stabbiliti fit-Taqsima 15 japplikaw bl-istess mod fir-rigward tar- remunerazzjoni varjabbli li hija bbażata b’mod esklussiv fuq il - prestazzjoni qabel l - għoti tagħha.
  • f. Għall -kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali, l-ammont totali tar- remunerazzjoni varjabbli mogħti għandu jitqies fis -sena finanzjarja li għaliha ngħatat ir - remunerazzjoni varjabbli, inklużi l - LTIPs. Dan għandu jappl ika wkoll meta l-prestazzjoni fl- imgħoddi tkun ġiet ivvalutata f’perjodu tad -dovuti multiannwali.

139.Meta pjan tar- remunerazzjoni prospettiv għar - remunerazzjoni varjabbli, inklużi l -LTIPs, ikun ibbażat b’mod esklussiv fuq kundizzjonijiet tal -prestazzjoni fil- ġejjieni (eż. meta persunal ġdid jirċievi LTIP fil -bidu tal-ewwel sena tal-impjieg), l- ammont għandu jitqies li ngħata wara li jkunu ġew issodisfati l -kundizzjonijiet tal- prestazzjoni, inkella m’għandu jingħata xejn. L -ammonti mogħtijin għandhom jitqiesu għall -kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali fis- sena finanzjarja qabel l - għoti tagħhom. Meta jingħata numru speċifiku ta’ strumenti, dawn għandhom jiġu vvalutati b’mod eċċezzjonali għall -fini tal-kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u dawk fissi tar-remunerazzjoni totali bil-prezz tas- suq jew bil- valur ġust stabbilit fiż - żmien li fih ingħata l -pjan tar- remunerazzjoni prospettiv għar - remunerazzjoni varjabbli. Għandhom japplikaw il -punti (a) sa (c) tal-paragrafu 138. Ir- rekwiżiti kollha l - oħrajn japplikaw bl -istess mod fir-rigward tar- remunerazzjoni varjabbli, eż. il -perjodu ta’ differiment jibda wara l- għoti tar -remunerazzjoni varjabbli.

8.3 Dividendi u pagamenti tal- imgħax

140. Ħlasijiet ta’ “kumpens għal prestazzjoni” fis -sens tal-Artikolu 4(1)(d) tal- AIFMD huma soġġetti għad - dispożizzjonijiet tar -remunerazzjoni tal-AIFMD; il-paragrafu 2 tal-Anness II tal-AIFMD jinkludi speċifikament il - kumpens għal prestazzjoni fid -definizzjoni ta’ remunerazzjoni30 . Japplikaw il-linji gwida tal-ESMA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-AIFMD31 . Għall - finijiet ta’ dawn il-linji gwida tal-EBA u b’mod partikolari tal-kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar- remunerazzjoni għall -persunal id entifikat taħt it - Taqsima 13 ta’ dawn il- linji gwida, għandu japplika dan li ġej:

  • a. il- ħlasijiet kollha mwettqa mill - fondi ta’ investiment alternattivi għal dawn il -membri tal-persunal permezz ta’ veikoli ta’ kumpens għal prestazzjoni li mhumiex qegħdin jirr appreżentaw redditu pro rata fuq l - investiment li jagħmlu, dawn il -membri tal-persunal għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u jiġu vvalutati fil - ħin tal - għoti tagħhom;
  • b. il- ħlasijiet kollha li jsiru mill - fondi ta’ investiment alternattivi għal da wn il-membri tal-persunal permezz ta’ veikoli ta’ kumpens għal prestazzjoni li jirrappreżentaw redditu pro rata fuq kwalunkwe investiment minn dawn il -membri tal-persunal (permezz ta’ veikolu ta’ kumpens għal prestazzjoni) għall -fond ta’ investiment altern attiv m’għandhomx ikunu inklużi fil -kalkolu.

141. Dividendi mħallsin fuq ishma vestiti jew interessi proprjetarji ekwivalenti li l - persunal irċieva bħala parti mir - remunerazzjoni tagħhom jew ishma oħrajn miżmuma mill - persunal bħala azzjonisti jew sidien ta’ ist ituzzjoni, mhumiex parti mir - remunerazzjoni għall -fini ta’ dawn il-linji gwida. L- istess japplika għall - imgħax imħallas lill - persunal fuq strumenti jew investimenti vestiti oħrajn.

142.Id-dividend u l-pagamenti tal- imgħax m’għandhomx jintużaw bħala metodu ta’ ħlas għar - remunerazzjoni varjabbli li jwassal għal ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tar -remunerazzjoni stabbiliti mis-CRD.


30 Il-paragrafu 2 tal-Anness II tal-AIFMD jiddikjara li “Il- prinċipji msemmijin fil -paragrafu 1 għandhom japplikaw għar - rimunerazzjoni ta’ kull tip imħallsa mill - AIFM, għal kull ammont imħallas mill -AIF innifsu, inkluż il -carried interest, u għal kull trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal - AIF, li jsiru għall - benefiċċji ta’ dawk il -kategoriji tal- persunal, inkluż il - management għoli, dawk li jieħdu r - riskji, jiżvolġu funzjonijiet ta’ kontroll u kull impjegat li jirċievi rimunerazzjoni tot ali li ddaħħalhom fl - istess faxxa retributtiva bħall -management l- għoli u dawk li jieħdu r -riskji, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il - profil tagħhom tar -riskju jew il-profili ta’ riskju tal- AIF li jimmaniġġjaw” (enfasi miżjuda).

31 ESMA/2013/232, disponibbli fuq: http://www.esma.europa.eu/system/files/2013 - 232_aifmd_guidelines_on_remuneration_ - _en.pdf . Dwar it-tratta ment speċifiku tal - kumpens għal prestazzjoni skont l - AIFMD, ara, b’mod partikolari, il-paragrafi 10, 13 u 16 u 159 tal-linji gwida tal-ESMA.

8.4 Bonusijiet ta’ żamma

143.L- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jissostanzjaw l - interess leġittimu tagħhom fl - għoti tal-bonusijiet ta’ żamma sabiex iżommu membru tal - persunal identifikat. Pereżempju, il -bonusijiet ta’ żamma jistgħu jintużaw f’ristrutturazzjonijiet, fi stralċ, wara bidla tal - kontroll jew biex jiżguraw it - tlestija ta’ proġetti kbar. L - istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw l -avveniment jew il- ġustifikazzjoni li wasslu għall - ħtieġa li jingħata bonus ta’ żamma u l - perjodu ta’ żmien, inkluż id -data tal-bidu u t- tmiem, li għalih huwa preżunt li teżisti raġuni. L -istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -kundiz zjonijiet ta’ żamma u l -kundizzjonijiet tal-prestazzjoni applikabbli (ara wkoll il-paragrafu 147). L- istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw perjodu ta’ żamma u data jew avveniment li warajh jiġi stabbilit jekk il - kundizzjonijiet ta’ żamma u l -prestazzjoni ġewx issodisfati.

144. Bħala prinċipju ġenerali, l - istituzzjonijiet m’għandhomx jagħtu bonusijiet ta’ żamma multipli lil membru tal- persunal; f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati b’mod korrett, jista’ jitħallas aktar minn bonus ta’ żamma wieħed lil membru tal - persunal, iżda fi żminijiet differenti u skont il - kundizzjonijiet speċifikati f’din it - Taqsima fir - rigward ta’ kull bonus ta’ żamma. Il -bonusijiet ta’ żamma għandhom jingħataw biss wara li l - kundizzjonijiet ta’ żamma u l -kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni a pplikabbli jiġi ssodisfati. Barra minn hekk, il - bonus ta’ żamma għandu jingħata biss jekk m’hemm l - ebda raġuni li twassal għal sitwazzjoni fejn il - bonus ta’ żamma m’għandux jingħata, eż. ksur ta’ konformità tal - materjal, imġiba ħażina jew nuqqasijiet oħraj n ta’ dak il-membru tal-persunal.

145. Bonus ta’ żamma għandu jkun konformi mar - rekwiżiti tal -Artikoli 93, 141 u 141b u s- setgħat superviżorji rispettivi tal -Artikolu 104(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE li jistgħu jwasslu għal sitwazzjoni fejn il- bonus ta’ żamma jkollu bżonn jitnaqqas, possibilment anke għal żero, skont l - ammont massimu distribwibbli (MDA) jew restrizzjonijiet oħrajn imposti mill -awtoritajiet kompetenti.

146. Meta jevalwaw u jqisu jekk l - għoti ta’ bonus ta’ żamma lil persunal identifikat huwiex xieraq , l-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu tal - inqas dawn li ġejjin:

  • a. it- tħassib li jwassal għar - riskju li ċertu persunal jista’ jagħżel li jitlaq mill -istituzzjoni;
  • b. ir- raġunijiet għaliex iż - żamma ta’ dak il -membru tal- persunal hija kruċjali għall -istituzzjoni;
  • c. il-konsegwenza jekk il-membru tal- persunal ikkonċernat jitlaq mill -istituzzjoni; u
  • d. jekk l-ammont tal- bonus ta’ żamma mogħti huwiex neċessarju u proporzjonat biex jinżamm il -membru tal-persunal fil-mira.

147. Bonus ta’ żamma għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet speċifiċi li huma differenti mill - kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni applikati lil partijiet oħrajn tar -remunerazzjoni varjabbli u jinkludu kundizzjoni ta’ żamma u kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifiċi. Il -kundizzjonijiet spe ċifiċi għal bonus ta’ żamma għandhom iwasslu għall - iskop ta’ żamma (jiġifieri, iż - żamma ta’ persunal fl- istituzzjoni għal perjodu ta’ żmien predefinit jew sa eventwalità partikolari). Il - kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni speċifiċi għandhom jinkludu kundizzjonijiet li huma relatati mal - interess leġittimu li għalih il -membru tal- persunal għandu jinżamm u mal - imġiba tal -persunal u għandhom ikunu kompatibbli mad - dispożizzjonijiet fil -paragarafu 145. Il- bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx iwasslu għal sitwazzjoni fe jn ir-remunerazzjoni varjabbli totali, li tikkonsisti f’remunerazzjoni varjabbli relatata mal-prestazzjoni u mal- bonus ta’ żamma, tal -membru tal-persunal ma tibqax marbuta mal -prestazzjoni tal-individwu, mal-unità tan- negozju kkonċernata u mar- riżultati ġe nerali tal- istituzzjoni kif meħtieġ skont l -Artikoli 92(2)(g)(ii) u 94(1)(a).

148. Bonusijiet ta’ żamma m’għandhomx jingħataw sabiex jikkumpensaw biss għal remunerazzjoni relatata mal- prestazzjoni mhux imħallsa minħabba prestazzjoni insuffiċjenti jew minħabba s - sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni.

149. Bonusijiet ta’ żamma huma remunerazzjoni varjabbli u għaldaqstant, jekk jingħataw lill - persunal identifikat, għandhom ikunu konformi mar - rekwiżiti dwar ir -remunerazzjoni varjabbli skont l-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il -proporzjon massimu bejn ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa, l- allinjament għar -riskju ex post , il- ħlas fi strumenti, differiment, żamma, malus u rkupru.

150. Bonus ta’ żamma jrid jitqies fil -kalkolu tal-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa bħala remunerazzjoni varjabbli. Indipendentement mill -fatt li l- bonus ta’ żamma jingħata biss wara t-tmiem tal- perjodu ta’ żamma, il - bonus ta’ żamma għandu jitqies fil -kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti tar-remunerazzjoni varjabbli u fissi skont wieħed mill - metodi speċifikati hawn taħt:

  • a. Il- bonus ta’ żamma jinqasam f’ammonti annwali għal kull sena tal - perjodu ta’ żamma kkalkulat fuq bażi pro rata lineari. Meta t - tul eżatt tal - perjodu ta’ żamma ma jkunx magħruf minn qabel, l -istituzzj oni għandha tistabbilixxi u tiddokumenta kif xieraq perjodu b’kont meħud tas -sitwazzjoni u l- miżuri meħudin li jiġġustifikaw il - ħlas tal -bonus ta’ żamma. Il -kalkolu tal- proporzjon għandu jkun ibbażat fuq il -perjodu stabbilit; jew
  • b. L- ammont sħiħ tal- bonus ta’ żamma jiġi kkunsidrat fis - sena meta tiġi ssodisfata l - kundizzjoni ta’ żamma.
8.5 Benefiċċji diskrezzjonali tal -pensjoni

151.Il- benefiċċji diskrezzjonali tal - pensjoni huma forma ta’ remunerazzjoni varjabbli. Fejn it -termini tal-iskema tal-pensjoni tal- kumpanija jinkludu benefiċċji tal - pensjoni li mhumiex ibbażati fuq prestazzjoni u li jingħataw b’mod konsistenti lil kategorija ta’ persunal, benefiċċji tal -pensjoni bħal dawn m’għandhomx jitqiesu bħala diskrezzjonali, iżda għandhom jiġu meqjusa bħala parti mill-pakketti dwar l-impjiegi ta’ rutina f’konformità mat- taqsima ta’ dawn il -linji gwida dwar id-definizzjonijiet. Il- benefiċċji diskrezzjonali tal - pensjoni mhumiex ħlasijiet ta’ terminazzjoni, anke jekk l- impjegat jiddeċiedi li jirtira kmieni.

152.L-i stituzzjoni għandha tiżgura li, meta membru tal - persunal jitlaq mill -istituzzjoni jew jirtira, il-benefiċċji diskrezzjonali tal - pensjoni ma jitħallsux mingħajr ma tiġi meqjusa s -sitwazzjoni ekonomika tal-istituzzjoni jew tar- riskji li ttieħdu mill -membru tal- persunal li jistgħu jaffettwaw l-istituzzjoni fit-tul.

153.L- ammont sħiħ tal - benefiċċji diskrezzjonali tal - pensjoni għandu jingħata, skont l - Artikolu 94(1)(o) tad-Direttiva 2013/36/UE u soġġett għad -deroga skont l-Artikolu 94(3) ta’ din id-Direttiva, fl-istrumenti msemmijin fil-punt (l) ta’ dan l- Artikolu u:

  • a. meta membru tal- persunal identifikat jitlaq mill - istituzzjoni qabel jirtira, l -istituzzjoni trid iżżomm l - ammont sħiħ tal - benefiċċji diskrezzjonali tal -pensjoni fi strumenti tal- inqas għal perjodu ta’ ħames snin mingħajr ma tapplika vestiment pro rata;
  • b. meta membru tal- persunal identifikat jasal biex jirtira, irid jiġi applikat perjodu ta’ żamma ta’ ħames snin għall - ammont sħiħ imħallas fi strumenti.

154.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - arranġamenti tal- malus u ta’ rkupru huma applikati bl - istess mod għall - benefiċċji diskrezzjonali tal - pensjoni bħal komponenti oħrajn tar - remunerazzjoni varjabbli.

9. Komponenti tar- remunerazzjoni eċċezzjonali

9. Komponenti tar- remunerazzjoni eċċezzjonali

9.1 Remunerazzjoni varjabbli garantita

155.Remunerazzjoni varja bbli garantita tista’ tieħu diversi forom bħal “bonus garantit”, “bonus ta’ merħba”, “bonus mal - firma”, “bonus minimu”, eċċ., u tista’ tingħata fi flus jew fi strumenti. 156. Meta jagħtu r -remunerazzjoni varjabbli garantita skont l-Artikolu 94(1)(d) u (e) tad-Direttiva 2013/36/UE meta jimpjegaw persunal ġdid, l - istituzzjonijiet ma jistgħux jiggarantixxu remunerazzjoni varjabbli għal iktar mill -ewwel sena ta’ impjieg. Remunerazzjoni varjabbli garantita hija eċċezzjonali u tista’ sseħħ biss meta l -istituzzjoni jko llha bażi kapitali soda u b’saħħitha, skont l -Artikolu 94(1)(e) ta’ dik id-Direttiva u t- Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida.

157.L- istituzzjonijiet għandhom jagħtu remunerazzjoni varjabbli garantita darba biss lill -istess membru tal-persunal individwali. Dan ir- rekwiżit għandu japplika wkoll f’livell konsolidat u subkonsolidat u jinkludi sitwazzjonijiet li fihom il - persunal jirċievi kuntratt ġdid mill -istess istituzzjoni jew minn istituzzjoni oħra fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni.

158.L-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jinkludux l -ammont tar-remunerazzjoni varjabbli garantita fil-kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar- remunerazzjoni totali għall -ewwel perjodu tal-prestazzjoni, fejn ir-remunerazzjoni varjabbli garantita tingħata meta jiddaħħal persunal ġdid qabel jibda l -ewwel perjodu tal-prestazzjoni.

159. Bħala parti mill - arranġamenti li jiggarantixxu din il -parti tar-remunerazzjoni varjabbli, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir- rekwiżiti fuq l - arranġamenti tal - malus u ta’ rkupru għar -remunerazzjoni varjabbli garantita. L- istituzzjonijiet jistgħu jħallsu l - ammont sħiħ fi flus mhux differiti.

9.2 Kumpens jew akkwiżizzjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg preċedenti

160.Il- kumpens għall -akk wiżizzjoni ta’ kuntratt preċedenti għandu jingħata biss meta l - kundizzjonijiet definiti fil-paragrafu 156 ta’ dawn il- linji gwida jiġu sodisfatti.

161.Ir- remunerazzjoni għandha titqies li ngħatat bħala kumpens jew għall - akkwiżizzjoni ta’ kuntratt preċedenti me ta r-remunerazzjoni varjabbli differita tal-membru tal- persunal tnaqqset jew ġiet revokata mill- impjegat preċedenti minħabba t -terminazzjoni tal- kuntratt. Għal pakketti ta’ remunerazzjoni relatati mal-kumpens jew mal- akkwiżizzjoni ta’ kuntratti f’impjiegi preċedenti, japplikaw ir- rekwiżiti kollha għar -remunerazzjoni varjabbli u d- dispożizzjonijiet f’dawn il -linji gwida, inklużi d - differiment, iż - żamma, il - ħlas fi strumenti u l - arranġamenti ta’ rkupru.

9.3 Ħlasijiet ta’ terminazzjoni u ħlasijiet oħra wara t -tmiem ta’ kuntratt

9.3 Ħlasijiet ta’ terminazzjoni u ħlasijiet oħra wara t -tmiem ta’ kuntratt

9.3.1 Ħlas ta’ terminazzjoni

162.Il-politiki ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet għandhom jispeċifikaw l - użu possibbli ta’ ħlasijiet ta’ terminazzjoni, inkluż l -ammont massimu jew il- kriterji għall -istabbiliment ta’ ammonti bħal dawn li jistgħu jingħataw bħala ħlasijiet ta’ terminazzjoni lill -persunal identifikat.

163.L- istituzzjonijiet għandu jkollhom qafas li fih il - ħlas ta’ terminazzjoni jiġi stabbilit u approvat fil - kuntest ta’ terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt mill- istituzzjoni, inklużi allokazzjoni ċara tar - responsabbiltajiet u setgħat tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u l - involviment proċedurali tal -funzjonijiet ta’ kontroll.

164.Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni m’għandhomx jipprovdu għal kumpens sproporzjonat, iżda għal kumpens xieraq tal -membru tal- persunal f’każijiet ta’ terminazzjoni bikrija tal -kuntratt. Skont l-Artikolu 94(1)(h) tad -Direttiva 2013/36/UE, il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jridu jirriflettu l - prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u m’għandhomx jippremjaw nuqqasijiet jew imġiba ħażina.

165.Il- ħlas ta’ terminazzjoni m’għandux jingħata meta jkun hemm nuqqas ovvju li jippermetti l - kanċellazzjoni immedjata tal -kuntratt jew is-sensja tal-persunal.

166.Il- ħlas ta’ terminazzjoni m’għandux jingħata meta membru tal - persunal jirreżenja minn jeddu sabiex jieħu kariga f’entità ġuridika differenti, sakemm ma jkunx meħtieġ ħlas ta’ terminazzjoni mil- liġi nazzjonali dwar ix - xogħol.

167.Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni jinkludu ħlasijiet addizzjonali li jiżdiedu mar -remunerazzjoni regolari fis- sitwazzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

  • a. remunerazzjoni tas- sensja għat -telfa tal- pożizzjoni fil - każ ta’ terminazzjoni bikrija tal - kuntratt mill-istituzzjoni jew is- sussidjarji tagħha;
  • b. remunerazzjoni mogħtija għal perjodu ta’ żmien limitat li jiġi miftiehem biex jiġi introdott perjodu ta’ rtirar wara t-terminazzjoni tal- kuntratt u huwa soġġett għal klawżola ta’ nonkompetizzjoni;
  • c. l-istituzzjoni ttemm il-kuntratti tal- persunal minħabba nuqqas tal - istituzzjoni jew miżuri ta’ intervent bikri;
  • d. l-istituzzjoni trid ittemm il- kuntratt wara tnaqqis materjali tal -attivitajiet tal-istituzzjoni li fihom kien attiv il -membru tal-persunal jew meta l- oqsma tan - negozju jinxtraw minn istituzzjonijiet oħrajn mingħajr il -possibbiltà li l- persunal jibqa’ impjegat fl -istituzzjoni akkwirenti;
  • e. l-istituzzjoni u membru tal- persunal jaqblu dwar saldu f’każ ta’ tilwim industrijali attwali li nkella seta’ jwassal b’mod realistiku għal azzjoni quddiem qorti.

168.Meta l- istituzzjonijiet jagħtu ħlas ta’terminazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċ i juru lill-awtorità kompetenti r- raġunijiet għall - ħlas ta’ terminazzjoni, l -adegwatezza tal-ammont mogħti u l - kriterji użati sabiex jiddeterminaw l - ammont, inkluż li huwa marbut mal -prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u li ma jippremjax nuqqasijiet jew imġiba ħazina.

169.Meta tiddetermina l- ammont ta’ ħlas ta’ terminazzjoni li sejjer jingħata, l - istituzzjoni għandha tqis il - prestazzjoni miksuba tul iż - żmien u tivvaluta fejn rilevanti s -severità ta’ kwalunkwe nuqqas. Il - nuqqasijiet identifikati għandhom jiġu klassifikati bejn nuqqasijiet tal -istituzzjoni u nuqqasijiet tal - persunal identifikat kif ġej:

  • a. in- nuqqasijiet tal - istituzzjoni għandhom jitqiesu meta jkun stabbilit l -ammont totali tal-ħlas ta’ terminazzjoni għall - persunal, filwaqt li titqies il - bażi kapitali tal- istituzzjoni; ħlas ta’ terminazzjoni bħal dan m’għandux ikunu ogħla mit - tnaqqis tal -kostijiet miksub bit-terminazzjoni bikrija tal-kuntratti;
  • b. in- nuqqasijiet ta’ persunal identifikat għandhom iwasslu għal aġġustament ’l isfel tal - ammont ta’ ħlas ta’ terminazzjoni li nkella kien jingħata biss meta l - prestazzjoni tul iż - żmien tiġi meqjusa fl -istima tal- ħlas ta’ terminazzjoni, inkluża l - possibbiltà għal tnaqqis tal- ammont għal żero.

170.In- nuqqasijiet tal -istituzzjonijiet jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. meta l-istituzzjoni tibbenifika minn intervent tal- gvern jew hija soġġetta għal intervent bikri jew għal miżuri ta’ riżoluzzjoni skont id -Direttiva 2014/59/UE32 ;
  • b. meta jiġi rreġistrat l - ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza normali tal -istituzzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(1)(47) tad-Direttiva 2014/59/UE;
  • c. meta t- telf sinifikanti jwassal għas -sitwazzjoni fejn l- istituzzjoni m’għadx għandha bażi kapitali soda u, minħabba f’hekk, tinbiegħ il - linja ta’ azzjoni jew titnaqqas l -attività tan-negozju.

171.In- nuqqasijiet ta’ persunal identifikat għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ u jinkludu s- sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. meta membru tal- korp maniġerjali ma jibqax meqjus li qed jilħaq l - istandards xierqa ta’ idoneità u ta’ proprjetà;
  • b. meta l-membru tal- persunal identifikat ħa sehem f’imġiba jew huwa responsabbli għal imġiba li rriżultat f’telf sinifikanti għall -istituzzjoni, kif definit fil-politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni;
  • c. meta membru tal- persunal identifikat jaġixxi kontra r -regoli, il-valuri jew il- proċeduri interni b’intenzjoni jew b’negliġenza gravi.

172.Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala prinċipju ġenerali għaldaqstant, jekk jingħataw lil persunal identifikat, japplikaw ir - rekwiżiti kollha skont l-Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE. Madanakollu, fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni m’għandhomx jitqiesu għall -finijiet tal-kalkolu ta’ dak il- proporzjon u għall - applikazzjoni tad-differiment u tal- ħlas fi strumenti:

  • a. ħ lasijiet ta’ terminazzjoni mandatorji skont il- liġi nazzjonali tax - xogħol jew mandatorja wara deċiżjoni tal - qorti;
  • b. ħlasijiet ta’ terminazzjoni skont (i) u (ii) meta l -istituzzjoni tista’ turi r- raġunijiet u l - adegwatezza tal-ammont tal- ħlas ta’ terminazzjoni:
  • (i) ħlasijiet ta’ terminazzjoni kkalkolati permezz ta’ formula ġenerika predefinita xierqa (eż. gardening leave) stabbilita fil -politika ta’ remunerazzjoni fil- każijiet imsemmijin fil-paragrafu 167;
  • (ii) ħlasijiet ta’ terminazzjoni li jikkorrispondu għall -ammont addizzjonali dovut fl-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ nonkompetizzjoni fil - kuntratt u mħallsin f’perjodi futuri sal-ammont tar- remunerazzjoni fissa li kieku kienu jitħallsu għall -perjodu ta’ nonkompetizzjoni, li kieku l- persunal kien għadu impjegat;
  • c. ħlasi jiet ta’ terminazzjoni skont il-paragrafu 167, li ma jissodisfawx il -kundizzjoni fil-punt (i) tal-paragrafu 172(b), meta l-istituzzjoni tkun uriet lill-awtorità kompetenti r-raġunijiet u l -adegwatezza tal-ammont tal- ħlas ta’ terminazzjoni.

173. Meta jiġi kkalko lat l- ammont li ma jitqiesx fil -kalkolu tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli jew fissi tar-remunerazzjoni, il-fatt li fil- kuntratt hemm inkluża klawżola ta’ nonkompetizzjoni ma jfissirx neċessarjament li l - ammont sħiħ li tħallas għat -terminazzjoni bikrija tal- kuntratt tħallas biex jikkumpensa lill - persunal identifikat talli ħa l - impenn mhux talli ma kkompetiex għal ċertu perjodu ta’ żmien. Dawk l -ammonti tas- saldu speċifikament identifikati fil- kuntratt bħala kumpens għall - klawżola ta’ nonkompetizzjo ni biss jikkonformaw mal-paragrafu 172. Meta l- leġiżlazzjoni nazzjonali tillimita t -tul tal- klawżoli ta’ nonkompetizzjoni, kwalunkwe ħlas li jsir lil hinn minn dawk il - limiti ta’ żmien ma jistax jitqies bħala “saldu li sar għal klawżola ta’ nonkompetizzjoni” u għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż mill - proporzjon ta’ varjabbli għal fiss.

174. Meta jiġi kkalkolat il -proporzjon bejn il-komponenti tar-remunerazzjoni totali varjabbli jew fissi, l-ammonti tal- ħlas ta’ terminazzjoni li ġejjin għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli għall -fini tal-kalkolu ta’ dak il- proporzjon għall - aħħar perjodu tal - prestazzjoni:

  • a. is- somma ta’ kwalunkwe ammont ogħla mir - remunerazzjoni fissa għall -perjodi futuri skont il-punt (b)(ii) tal-paragrafu 172;
  • b. kwalunkwe ħlas ta’ terminazzjoni ieħor mhux elenkat fil -paragrafu 172.

32 Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall -irkupru u r- riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d -Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

9.3.2 Ħlasijiet oħra wara t -tmiem ta’ kuntratt

175. Ħlasijiet ta’ remunerazzjoni regolari marbutin mad - durata ta’ perjodu ta’ avviż m’għandhomx jitqiesu bħala ħlasijiet ta’ terminazzjoni. Il - ħlas ta’ ammont fiss xieraq wara t -tmiem regolari ta’ kuntratt ta’ impjieg (jiġifieri wara t - tmiem regolari tiegħu jew wara li jiġi kkanċellat mill -persunal f’konformità mal- perjodi ta’ avviż applikabbli) u sabiex jiġi kkumpensat il -persunal meta l-istituzzjoni tagħmel restrizzjoni fuq il - bidu ta’ attività okkupazzjonali, m’għandux ikun soġġett għar - rekwiżiti applikabbli għar - remunerazzjoni varjabbli, meta dan huwa kompatibbli mal - liġi nazzjonali. Ħlasijiet bħal dawn m’għandhomx isiru biex jissostitwixxu l - ħlasijiet ta’ terminazzj oni skont il-paragrafu 167.

176. Ħlasijiet addizzjonali fil -kuntest tat-tmiem regolari ta’ perjodu kuntrattwali jew tal- ħatra bħala membru tal- korp maniġerjali, eż. mogħti benefiċċji diskrezzjonali tal - pensjoni, m’għandhomx jiġu meqjusa bħala ħlasijiet ta’ terminazzjoni. Meta komponenti bħal dawn huma remunerazzjoni varjabbli u jitħallsu lill - persunal identifikat, huma soġġetti għar - rekwiżiti speċifiċi kollha għar -remunerazzjoni varjabbli u d- dispożizzjonijiet f’dawn il -linji gwida.

10 Projbizzjonijiet

10 Projbizzjonijiet

10.1 Iħħeġġjar personali

177.Meta politika tar-remunerazzjoni adegwata tkun allinjata mar- riskji, din għandha tkun effettiva biżżejjed u kapaċi tirriżulta f’aġġustament ’l isfel fil - prattika għall -ammont tar-remunerazzjoni varjabbli mogħti lil l-persunal u fl-applikazzjoni tal- arranġamenti tal - malus u ta’ rkupru.

178.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li l -membri tal-persunal identifikati ma jkunux jistgħu jittrasferixxu r - riskji ta’ ċaqliq ’l isfel tar -remunerazzjoni varj abbli lil parti oħra permezz ta’ ħħeġġjar jew ta’ ċerti tipi ta’ assigurazzjoni, eż. billi jimplimentaw politiki sabiex jiġu trattati strumenti finanzjarji u rekwiżiti ta’ divulgazzjoni.

179.Il- persunal identifikat għandu jiġi kkunsidrat li ħħeġġja r -riskju ta ’ aġġustament ’l isfel fir - remunerazzjoni jekk il-membru tal- persunal identifikat jidħol f’kuntratt ma’ parti terza jew mal - istituzzjoni u tkun issodisfata waħda minn dawn il - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-kuntratt jitlob lill-parti terza jew lill-istituzzj oni biex jagħmlu ħlasijiet b’mod dirett jew indirett lill-membru tal- persunal identifikat li huma marbuta ma’ jew proporzjonati għall - ammonti li bihom tnaqqset ir -remunerazzjoni varjabbli tal-membru tal-persunal;
  • b. il-membru tal- persunal identifikat jixtri jew iżomm derivattivi li huma maħsubin sabiex jiħħeġġjaw telf assoċjat mal - istrumenti finanzjarji riċevuti bħala parti mir -remunerazzjoni varjabbli.

180.Il- persunal identifikat għandu jitqies li jkun assigura r - riskju ta’ aġġustament ’l isfel meta l - persunal jikseb kuntratt tal- assigurazzjoni bi stipulazzjoni li jikkumpensah fl -eventwalità ta’ aġġustament ’l isfel fir - remunerazzjoni. Dan ġeneralment m’għandux jipprevjeni milli tinkiseb polza tal- assigurazzjoni sabiex tkopri l - ħlasijiet personali bħal pagamenti t al-kura tas- saħħa u ta’ ipoteka.

181.Ir- rekwiżit sabiex ma jintużawx strateġiji ta’ ħħeġġjar personali jew assigurazzjoni li ddgħajjef l - effetti tal-allinjament tar-riskji inkorporati fl- arranġamenti tar -remunerazzjoni tal-persunal għandu japplika għar -remuner azzjoni varjabbli miżmuma u differita. 182.L- istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti effettivi sabiex jiżguraw li l -membru tal-persunal identifikat jikkonforma mar- rekwiżiti ta’ din it - Taqsima. Tal - inqas hija meħtieġa dikjarazzjoni ta’ impenn personali mill-membru tal- persunal identifikat li huwa jew hija sejjer/sejra iżomm/żżomm lura milli jikkonkludi/tikkonkludi strateġiji ta’ ħħeġġjar personali jew assigurazzjonijiet għall - fini li jxekkel/ixxekkel l -effetti tal-allinjament tar-riskju. Ir- riżorsi umani jew il-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal- istituzzjonijiet għandhom iwettqu tal - inqas spezzjonijiet fuq il -post tal-konformità ma’ din id-dikjarazzjoni fir-rigward tal-kontijiet tal-kustodja interni. Verifiki għal għarrieda għandhom jinkludu tal - inqas il -kontijiet tal-kustodja interni tal-persunal identifikat. In-notifika lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe kont ta’ kustodja barra mill-istituzzjoni għandha ssir obbligatorja wkoll.

10.2 Ċ irkomvenzjoni

183.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li r -remunerazzjoni va rjabbli ma titħallasx permezz ta’ veikoli jew metodi li jimmiraw lejn jew effettivament iwasslu għal nonkonformità mar - rekwiżiti tar-remunerazzjoni u d- dispożizzjonijiet ta’ dawn il - linji gwida għall -persunal identifikat jew, fejn rekwiżiti bħal dawn jiġu applikati għall - persunal kollu, b’rekwiżiti tar - remunerazzjoni għall - persunal kollu. Dan jinkludi arranġamenti bejn l -istituzzjoni u l-partijiet terzi fejn il-membru tal-persunal ikollu interess finanzjarju jew personali fihom.

184. “Ċirkomvenzjoni” hija nonkon formità mar- rekwiżiti tar - remunerazzjoni u sseħħ jekk istituzzjoni fil- fatt ma tkunx qiegħda tilħaq l - għan u l -iskop tar- rekwiżiti meta kkunsidrati flimkien, filwaqt li b’mod formali l-istituzzjoni tikkonforma mal-kliem tar- rekwiżiti tar -remunerazzjoni individwali.

185. Iċ - ċirkomvenzjoni sseħħ fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, fost l - oħrajn:

  • a. meta r- remunerazzjoni varjabbli titqies bħala remunerazzjoni fissa f’konformità mal -kliem ta’ dawn il- linji gwida, iżda mhux mal - għanijiet tagħha;
  • b. meta r-remunerazzjoni varjabbli g ħajr ir - remunerazzjoni varjabbli garantita tingħata jew tiġi vestita għad li, b’mod effettiv:
  • i. ma kien hemm l - ebda prestazzjoni pożittiva mkejla f’konformità mat -Titolu IV ta’ dawn il-linji gwida mill-membru tal-persunal, mill-unita tan-negozju jew mill-istituzzjoni;
  • ii. ma hemm l - ebda allinjament effettiv għar - riskju (jiġifieri allinjament tar -riskju ex ante jew ex post ); jew
  • iii. ir- remunerazzjoni varjabbli mhijiex sostenibbli skont is -sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni;
  • c. meta l- persunal jirċievi ħlasijiet mingħand l -istituzzjoni jew entità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni li ma jaqgħux taħt id -definizzjoni ta’ remunerazzjoni, imma huma veikoli jew metodi ta’ ħlas li fihom inċentiv għas - suppożizzjoni tar -riskju jew jipprovdu redditi sproporzjonati fuq l - investimenti fuq l -istrumenti tad- ditta li huma differenti b’mod sinifikanti mill- kundizzjonijiet għal investituri oħrajn li jistgħu jinvestu f’veikolu bħal dan;
  • d. meta persunal jirċievi ħlasijiet mingħand l -istituzzjoni jew entità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament li ma jaqgħux taħt id -definizzjoni tar- remunerazzjoni, iżda huma veikoli jew metodi sabiex jevitaw ir - rekwiżiti tar - remunerazzjoni (eż. self irrimborsabbli);
  • e. fejn komponenti tar-remunerazzjoni fissa jingħataw bħala numru fiss ta’ strumenti u mhux bħala ammont fiss;
  • f. fejn persunal jingħata r - remunerazzjoni fi strumenti jew huwa kapaċi jixtri strumenti li mhumiex ipprezzati skont il -valur tas- suq jew skont il - valur ġust fil - każ ta’ strumenti mhux elenkati u l- valur addizzjonali riċevut mhuwiex meqjus fir -remunerazzjoni varjabbli;
  • g. meta l- aġġustamenti lill -komponenti tar- remunerazzjoni fissa jiġu nnegozjati ta’ spiss u fil - fatt isiru aġġustamenti sabiex jallinjaw ir -remunerazzjoni mal-prestazzjoni tal-persunal;
  • h. meta jingħataw allowances f’ammont eċċessiv li mhuwiex iġġustifikat għaċ - ċirkostanzi sottostanti;
  • i. meta r- remunerazzjoni hija mmarkata bħala ħlas għall - irtirar bikri u mhijiex meqjusa bħala remunerazzjoni varjabbli, meta fil-fatt il- ħlas ikollu l- karattru ta’ ħlas ta’ terminazzjoni, minħabba li jsir fil -kuntest tat-terminazzjoni bikrija tal-kuntratt, jew meta fil-fatt il-membru tal- persunal ma jirtirax wara li ssir għotja bħal din jew meta l - ħlasijiet ma jingħatawx fuq bażi ta’ kull xahar.
  • j. kwalun kwe miżura li tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn fil -fatt il-politika ta’ remunerazzjoni ma tibqax newtrali għall - ġeneru.

186.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - metodu għall -kejl tal- prestazzjoni għandu kontrolli xierqa sabiex jiżguraw li l -kriterji tal- għotja ma jistgħux jiġu manipulati. Meta kontrolli bħal dawn ma jkunux stabbiliti, ir - remunerazzjoni varjabbli ma tkunx marbuta kif xieraq mal -prestazzjoni u l-politika tar- remunerazzjoni ma tkunx implimentata kif xieraq u kwalunkwe ħlas tar - remunerazzj oni varjabbli jista’ jwassal għal ksur tar - rekwiżiti regolatorji. Manipulazzjonijiet possibbli jinkludu, pereżempju, deċiżjonijiet ta’ korteżija fil - proċess tal -kejl tal-prestazzjoni bilaterali, eż. meta ma jkun jeżisti l - ebda standard oġġettiv għall - proċe ss tat- teħid tad - deċiżjonijiet fir -rigward tal-kisba tal-objettivi tal-membri tal-persunal.

187.L- istituzzjonijiet m’għandhomx jipprovdu kumpens għal kwalunkwe tnaqqis jew ristrutturar tar- remunerazzjoni varjabbli, eż. li jsir fil - kuntest ta’ miżuri ta’ rkupru u riżoluzzjoni jew intervent eċċezzjonali ieħor tal - gvern, fi snin aktar tard jew b’pagamenti, veikoli jew metodi oħrajn.

188.L- istituzzjonijiet m’għandhomx joħolqu strutturi ta’ grupp jew entitajiet offshore jew kuntratti ma’ persuni li jaġixxu f’isem l -isti tuzzjoni sabiex jimmanipulaw l - eżitu tal - proċess ta’ identifikazzjoni (eż. minħabba li Stat Membru wieħed japplika d -deroga fl-Artikolu 109(6) tad-Direttiva 2013/36/UE) u sabiex jevitaw l -applikazzjoni tar- rekwiżiti tar -remunerazzjoni u d-dispożizzjonijiet ta’ dawn il- linji gwida għall - persunal li għalih għandhom ikunu japplikaw dawn ir- rekwiżiti u dispożizzjonijiet.

189. Meta jintużaw kuntratti fuq terminu qasir (eż. sena) u dawn jiġġeddu fuq bażi regolari mill - istituzzjonijiet, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk kuntratti bħal dawn jifformawx veikolu jew metodu ta’ ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tar -remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE, eż. minħabba li fil - fatt dawn joħolqu remunerazzjoni varjabbli, u jieħdu l - miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l -i stituzzjonijiet huma konformi mar - rekwiżiti tal -Artikoli 92 u 94 tad-Direttiva 2013/36/UE.

190.Meta r-remunerazzjoni tkun remunerazzjoni fissa skont il-linji gwida fit- Taqsima 7, iżda titħallas fi strumenti, l-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l - istrumenti użati jibdlux il -komponent fiss tar-remunerazzjoni f’komponent varjabbli tar-remunerazzjoni minħabba li tiġi stabbilita rabta mal -prestazzjoni tal-istituzzjoni. L- istituzzjonijiet m’għandhomx jużaw strumenti finanzjarji bħala pa rti mir- remunerazzjoni fissa sabiex jevitaw ir - rekwiżiti tar - remunerazzjoni varjabbli u l- istrumenti li jintużaw m’għandhomx jipprovdu inċentivi għal teħid ta’ riskju eċċessiv.

Titolu III - Remunerazzjoni għal funzjonijiet speċifiċi

Titolu III - Remunerazzjoni għal funzjonijiet speċifiċi

11. Remunerazzjoni tal-membri tal- funzjoni maniġerjali u superviżorja tal - korp maniġerjali

191.Ir-remunerazzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu (minn hawn ’il quddiem “funzjoni maniġerjali”) għandha tkun konsistenti mas - setgħat, mal -kompiti, mal-kompetenzi u mar- responsabbiltajiet tagħhom.

192. Sabiex jiġu indirizzati kif xieraq il - kunflitti ta’ interess u mingħajr preġudizzju għal paragrafi 193 u 194, il-membri tal- funzjoni superviżorja għandhom jiġu kkumpensati biss b’remunerazzjoni fissa. Mekkaniżmi bbażati fuq l - inċentivi bbażati fuq il -prestazzjoni tal- istituzzjoni għandhom jiġu esklużi. Ir - rimborż tal - kostijiet għal membri tal - funzjoni superviżorja u l - ħlas ta’ ammont fiss għal siegħa jew ġurnata xogħol, anki jekk il - ħin li jrid jiġi rimborżat mhuwiex predefinit, huma kkunsidrati bħala remunerazzjoni fissa.

193.Meta l- funzjoni superviżorja f’każijiet eċċezzjonali tingħata remunerazzjoni varjabbli, ir - remunerazzjoni varjabbli u l-allinjament tar- riskju għandhom ikunu strettament imfasslin għall - kompiti ta’ sorveljanza, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll assenjati, li jirriflettu l -awtoritajiet u r-responsabbiltajiet tal-individwi u l-kisba ta’ objettivi marbutin mal- funzjonijiet tagħhom.

194.Meta r- remunerazzjoni varjabbli tingħata fi strumenti, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jippreżervaw l -indipendenza tal- ġudizzju ta’ dawk il -membri tal- korp maniġerjali, inkluż l - istabbiliment ta’ perjodi ta’ żamma sal - aħħar tal -mandat.

12 Ir-remunerazzjoni tal-funzjonijiet ta’ kontroll

195.Il-funzjonijiet ta’ kontroll interni għandhom ikunu indipendenti u jkollhom biżżejjed riżorsi, għarfien u esperjenza sabiex iwettqu l - kompiti tagħhom fir -rigward tal-politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni. Il- funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti għandhom jikkooperaw b’mod attiv u b’mod regolari ma’ xulxin u ma’ funzjonijiet u kumitati rilevanti oħrajn fir -rigward tal-politika ta’ remunerazzjoni u tar- riskji li jistgħu jirriżultaw mill -politiki ta’ remunerazzjoni.

196.Ir-remunerazzjoni tal-persunal fil-funzjonijiet ta’ kon troll indipendenti għandha tippermetti lill - istituzzjoni sabiex timpjega persunal ikkwalifikat u bl -esperjenza f’dawn il-funzjonijiet. Ir-remunerazzjoni tal- funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti għandha tiġi stabbilita b’mod predominanti, sabiex tirriflet ti n-natura tar- responsabbiltajiet tagħhom.

197.Il- metodi użati għall -istabbiliment tar-remunerazzjoni varjabbli tal-funzjonijiet ta’ kontroll, jiġifieri l - immaniġġjar tar -riskju, il-konformità u l- uffiċċju tal - awditjar intern, m’għandhomx jikkompromettu l- oġġ ettività u l-indipendenza tal-persunal.

Titolu IV - Politika ta’ remunerazzjoni, għoti u ħlas tar - remunerazzjoni varjabbli għall -persunal identifikat

Titolu IV - Politika ta’ remunerazzjoni, għoti u ħlas tar - remunerazzjoni varjabbli għall -persunal identifikat

13. Politika ta’ remunerazzjoni għall -persunal identifikat

198.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -polit ika ta’ remunerazzjoni għall -persunal identifikat hija konformi mal - prinċipji kollha stabbiliti fl -Artikoli 92 u 94 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 93 tad-Direttiva 2013/36/UE u li hija newtrali għall - ġeneru.

199.L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw, għal kategoriji differenti ta’ persunal identifikat, politiki ta’ remunerazzjoni speċifiċi u mekkaniżmi tal -allinjament tar- riskju kif xieraq biex jiżguraw li l -impatt tal-kategorija tal- persunal identifikat fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni huwa allinjat b’mod xieraq mar - remunerazzjoni tagħhom.

200.Meta l- istituzzjonijiet jikkunsidraw li jħallsu inqas minn 100 % tal-komponent fiss tar-remunerazzjoni fi flus, din id- deċiżjoni għandha tkun raġunata sew u approvata bħala parti mill - politika ta’ remunerazzjoni.

201.Meta istituzzjoni fil- forma ġuridika ta’ kumpanija b’ishma u b’mod partikolari istituzzjoni elenkata tapplika rekwiżit ta’ parteċipazzjoni azzjonarja għal ċerti kategoriji ta’ persunal identifikat, sabiex tikseb allinjament aħjar tal - inċentivi pprovduti għall -persunal bil-profil tar-riskju tal-istituzzjoni fit-tul, l- ammont għandu jkun dokumentat b’mod ċar fil -politiki tal-istituzzjoni. Meta jiġi applikat rekwiżit ta’ parteċipazzjoni azzjonarja, il - persunal għandu jżomm ċertu numru ta’ ishma jew ammont nominali ta’ ishma sakemm dan huwa impjegat fl -istess kariga jew f’kariga ta’ anzjanità ekwivalenti jew ogħla.

13.1 Politika kompletament flessibbli dwar ir-remunerazzjoni varjabbli

202.L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politika kompletament flessibbli dwar ir -remunerazzjoni varjabbli għall -persunal identifikat, skont l-Artikolu 94(1)(f) tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont tar- remunerazzjoni varjabbli mogħti għandu jirreaġixxi kif xieraq għall -bidliet fil-prestazzjoni tal-membru tal-persunal, tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tispeċifika kif ir - remunerazzjoni varjabbli tirreaġixxi għal bidliet fil -prestazzjoni u l-livelli tal- prestazzjoni. Dan għandu jinkludi l -livelli tal-prestazzjoni meta r-remunerazzjoni varjabbli tinżel għal żero. Imġiba li mhux etika jew mhux konformi għandha twassal għal tnaqqis sinifikanti fir-remunerazzjoni varjabbli tal-membru tal-persunal.

203.Ir- remunerazzjoni fissa u newtrali għall - ġeneru tal - persunal identifikat għandha tirrifletti l - esperjenza professjonali u r- responsabbiltà organizzazzjonali tiegħu b’kont meħud tal -livell ta’ edukazzjoni, il-grad tal-anzjanità, il- livell ta’ kompetenza u ta’ ħiliet, ir - restrizzjonijiet (eż. soċjali, ekonomiċi, kulturali jew fatturi rilevanti oħrajn) u l - esperjenza tax - xogħo l, l-attività tan-negozju rilevanti u l-livell tar-remunerazzjoni tal- post ġeografiku.

204.L-ammont tar- remunerazzjoni fissa għandu jkun għoli biżżejjed sabiex jiżgura li t - tnaqqis għal żero fir -remunerazzjoni varjabbli tkun possibbli. Il- persunal m’għandux ikun dipendenti fuq l - għoti tar - remunerazzjoni varjabbli peress li dan inkella jista’ joħloq inċentivi għat - teħid tar -riskju eċċessiv orjentat għal terminu qasir, inkluż il - bejgħ inadatt ta’ prodotti, fejn mingħajr teħid ta’ riskju għal terminu qasir bħal da n, il-prestazzjoni tal-istituzzjoni jew tal- persunal ma tippermettix għall - għoti tar -remunerazzjoni varjabbli.

205.Il- ħlas tar - remunerazzjoni fissa fi strumenti, jekk isir, m’għandux ixekkel il - ħila tal -istituzzjoni li tapplika politika kompletament flessibbli fuq ir -remunerazzjoni varjabbli.

13.2 Proporzjon bejn remunerazzjoni fissa u varjabbli

206.Fil- politika ta’ remunerazzjoni tagħhom l - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bil - quddiem il - livell xieraq tal -proporzjon massimu bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali għall -persunal identifikat, skont il-limiti u l- proċeduri pprovduti fl -Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE u l- liġi nazzjonali, filwaqt li jitqiesu l -attivitajiet tan-negozju, tar-riskji u tal-impatti li għandhom kategor iji differenti tal- persunal fuq il -profil tar-riskju. L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu proporzjonijiet differenti għal ġurisdizzjonijiet differenti, unitajiet tan - negozju, funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll intern differenti u kategoriji differenti tal-persunal identifikat. Il- proporzjon stabbilit huwa l -proporzjon bejn il-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li jista’ jingħata bħala massimu għall -perjodu ta’ prestazzjoni li jsegwi u l-komponent fiss tar- remunerazzjoni għall -perjodu tal-prestazzjoni li jsegwi.

207.Il- proporzjon massimu għandu jiġi kkalkolat bħala s -somma tal- komponenti varjabbli kollha tar - remunerazzjoni li tista’ tingħata bħala massimu fis -sena tal- prestazzjoni partikolari, inkluż l - ammont li għandu jitqies għall - bonus ta’ żamma, diviż bis -somma tal- komponenti fissi kollha tar - remunerazzjoni li sejra tingħata fir -rigward tal-istess sena tal- prestazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il - komponenti kollha tar - remunerazzjoni għandhom jiġu allokati b’mod korrett jew għar - remunerazzjoni varjabbl i jew għar -remunerazzjoni fissa f’konformità ma’ dawn il-linji gwida. L-istituzzjonijiet jistgħu jħallu barra xi wħud mill -komponenti fissi tar-remunerazzjoni fejn mhumiex materjali, eż. fejn jingħataw benefiċċji mhux monetarji proporzjonati.

208. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati b’mod korrett, il -politika ta’ remunerazzjoni tista’ tipprovdi għal proporzjon differenti għall -membri tal- persunal identifikati individwali li jappartjenu għal ċertu kategorija tal - persunal meta mqabblin ma’ membri tal -persunal o ħrajn inklużi fl -istess kategorija tal-persunal.

209.Il-proporzjonijiet stabbilliti bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar- remunerazzjoni għal kategoriji ta’ membri tal-persunal jew membri tal- persunal individwali għandhom jiġu approvati mill- korp maniġerjal i fil- funzjoni superviżorja tiegħu jew, fejn meħtieġ, mil - laqgħa tal -azzjonisti. Il-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar- remunerazzjoni għandu jiġi stabbilit indipendentement minn kwalunke aġġustamenti tar -riskju ex post potenzjali futuri jew minn kwalunkwe fluttwazzjoni fil-prezz tal-istrumenti.

210.Il- proporzjon effettiv għandu jiġi kkalkolat bħala s -somma tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni kollha li ngħatat għall - aħħar sena tal -prestazzjoni kif stabbilit f’dawn il-linji gwida, inklużi l- ammonti mogħtijin għall -perjodi tad- dovuti multiannwali, diviża bis -somma tal-elementi fissi tar- remunerazzjoni mogħtija għall -istess sena tal- prestazzjoni. Għall -perjodi tad-dovuti multiannwali li ma jiċċirkolawx kull sena, minflok l -istituzzjonijiet j istgħu jqisu f’kull sena tal-perjodu tal-prestazzjoni l- ammont massimu ta’ remunerazzjoni varjabbli li jista’ jingħata fl - aħħar tal -perjodu tal- prestazzjoni diviż bin -numru ta’ snin tal-perjodu tal-prestazzjoni.

211.Il-proporzjon effettiv bejn ir-remunerazzjon i varjabbli mogħtija u r -remunerazzjoni fissa għandu jiżdied skont il - prestazzjoni miksuba u għandu jinkludi l - livelli ta’ għotjiet li jistgħu biss jinkisbu għall - prestazzjoni li hija “lil hinn mill - mira” jew “eċċezzjonali”. Il -proporzjon effettiv ma jista x jaqbeż il -proporzjon massimu stabbilit skont l-Artikolu 94(1)(g) tad-Direttiva 2013/36/UE, il- liġi nazzjonali u l -politika tar-remunerazzjoni tal-istituzzjoni.

212. Meta jiġi kkalkolat il -proporzjon massimu jew effettiv, l- istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-linji gwida tal- EBA fuq ir - rata ta’ skont nozzjonali applikabbli għar -remunerazzjoni varjabbli skont l-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE biss meta l-Istati Membri jkunu implimentaw l-Artikolu 94(1)(g)(iii) tad-Direttiva 2013/36/UE jew meta l- proporzjon jiġi kkalkolat għall - persunal identifikat ta’ istituzzjoni li tinsab f’pajjiż terz li hija sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE.

14. Proċess ta’ allinjament tar -riskju

213.Il- proċess ta’ allinjament tar -riskju jinkludi l- proċess ta’ kejl tal -prestazzjoni u tar-riskju (it-Taqsima 14.1); il- proċess tal - għoti (it - Taqsima 14.2); u l- proċess ta’ ħlas (it - Taqsima 15). F’kull stadju tal- proċess tal -allinjament tar-riskju, ir-remune razzjoni varjabbli għandha tiġi aġġustata għar - riskji kollha attwali u futuri meħudin. L - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - inċentivi għat - teħid tar - riskji huma bbilanċjati minn inċentivi għall - immaniġġjar tar -riskju.

214.L- istituzzjonijiet għandhom jalli njaw il- perjodu ta’ żmien tal -kejl tar-riskju u tal-prestazzjoni maċ - ċiklu tan -negozju tal- istituzzjoni f’qafas multiannwali. L - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l -perjodu tad-dovuti u l-perjodi tal- ħlas għar - remunerazzjoni b’data xierqa, billi jagħm lu distinzjoni bejn ir- remunerazzjoni li għandha titħallas bil - quddiem u r -remunerazzjoni li għandha titħallas wara l - perjodi ta’ differiment u ta’ żamma. Il -perjodi tad-dovuti u tal- ħlas għandhom iqisu l -attività tan-negozju u l-kariga tal-kategorija tal-persunal identifikat jew, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ membru tal -persunal identifikat uniku.

215.Fil- proċess tal -allinjament tar- riskju, għandha tintuża taħlita xierqa ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi fil-forma ta’ kriterji assoluti u relattivi fl-is tadji kollha sabiex jiġi żgurat li jkunu riflessi r-riskji, il-prestazzjoni u l- aġġustamenti għar - riskju neċessarji kollha. Il - miżuri tal -prestazzjoni assoluti għandhom jiġu stabbiliti mill - istituzzjoni fuq il - bażi tal - istrateġija tagħha stess, inklużi l - profil tar-riskju u l- aptit għar - riskju tagħha. Għandhom jiġu stabbilliti miżuri tal -prestazzjoni relattivi sabiex il - prestazzjoni titqabbel ma’ pari, jew “interni” (jiġifieri fl -organizzazzjoni) jew “esterni” (jiġifieri istituzzjonijiet simili). Il -kriterji kwantitattivi u kwalitattivi u l- proċessi applikati għandhom ikunu trasparenti u, kemm jista’ jkun, predifiniti. Kemm il -kriterji kwantitattivi kif ukoll dawk kwalitattivi jistgħu jiddependu b’mod parzjali fuq il - ġudizzju.

216. Meta jintużaw approċċi ta’ ġudi zzju, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw livell suffiċjenti ta’ trasparenza u ta’ oġġettività meta jagħmlu l - ġudizzji billi:

  • a. jistabbilixxu politika ċara bil -miktub li tiddeskrivi l-parametri u l-kunsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom sejjer ikun ibbażat i l- ġudizzju;
  • b. jipprovdu dokumentazzjoni ċara u kompluta tad - deċiżjoni finali rigward il -kejl tar-riskju u tal-prestazzjoni jew l- aġġustamenti għar -riskji applikati;
  • c. jinvolvu l-funzjonijiet ta’ kontroll rilevanti;
  • d. iqisu l - inċentivi personali tal- persunal li jagħmel il - ġudizzju u kwalunkwe kunflitt ta’ interess;
  • e. jimplimentaw verifiki u bilanċi xierqa, inkluż li jsiru aġġustamenti bħal dawn f’panel li jinvolvi persunal minn unitajiet tan- negozju, funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll, eċċ.;
  • f. japprovaw il- valutazzjoni magħmula minn funzjoni ta’ kontroll jew f’livell ġerarkiku xieraq ogħla mill - funzjoni li tagħmel il - valutazzjoni, eż. fil - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali jew superviżorja tiegħu jew fil -kumitat tar-remunerazzjoni.

217.L-istit uzzjonijiet għandhom jagħmlu l - proċess ta’ allinjament tar - riskju trasparenti għall - persunal identifikat, inkluż kwalunkwe element li huwa bbażat fuq il - ġudizzju aktar milli fuq il - fatti jew data oġġettiva. 218.L- istituzzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjo ni dettaljata lill-kumitat tar-remunerazzjoni jew lill- funzjoni superviżorja jekk l - eżitu finali wara l -applikazzjoni tal- miżuri ta’ ġudiżżju jkun differenti b’mod sinifikanti mill- eżitu inizjali bl - użu ta’ miżuri predefiniti.

14.1 Proċess ta’ kejl tar -riskju u tal-prestazzjoni

219.Ir-remunerazzjoni varjabbli tal- persunal identifikat għandha tkun allinjata mar - riskji kollha u mal-prestazzjoni tal-istituzzjoni, mal-unità tan-negozju u mal-individwu. L-importanza relattiva ta’ kull livell tal-kriterji ta’ prestaz zjoni għandha tiġi stabbilita minn qabel fil -politiki ta’ remunerazzjoni u tiġi bbilanċjata b’mod adegwat biex tqis l -objettivi f’kull livell, il- pożizzjoni jew ir- responsabbiltajiet miżmuma mill -membru tal-persunal, l-unità tan- negozju li huwa jew hija at tiv/attiva fiha u r -riskji attwali u futuri.

14.1.1 Valutazzjonijiet tar-riskju

220.L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -objettivi tal-istituzzjoni, tal-unitajiet tan-negozju u tal-persunal. Dawn l- objettivi għandhom jiġu derivati mill - istrateġija tan -negozju u tar-riskju, mill-valuri korporattivi, mill- aptit għar -riskju u mill-interessi fit-tul tal- istituzzjoni u għandhom iqisu wkoll il-kost tal-kapital u l-likwidità tal-istituzzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - kisbiet tal-membri tal-persunal identifikat u tal-unitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet matul il-perjodu tad- dovuti billi jqabbluhom mal - objettivi tagħhom.

221.L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riskji attwali u futuri kollha, kemm jekk fil - karta bilanċjali jew barra minn din, b’distinzjoni bejn ir- riskji rilevanti għall - istituzzjoni, għall -unitajiet tan-negozju u għall - individwi. Għalkemm l - istituzzjonijiet normalment iġarrbu t - tipi kollha ta’ riskju f’livell tal - istituzzjoni sħiħa, fil -livell tal-membri tal-persunal identifikati individwali jew tal-unitajiet tan-negozju, ċerti tipi ta’ riskju biss jistgħu jkunu rilevanti.

222.L- istituzzjonijiet għandhom jużaw ukoll miżuri għall -allinjament tar-riskju tar-remunerazzjoni meta jkun diffiċli li ssir kwanfitikazzjoni eżatta tal -iskopertura għar - riskju, bħal riskju għar - reputazzjoni u operazzjonali. F’każijiet bħal dawn, il -valutazzjoni tar- riskju għandha tkun ibbażata fuq indikaturi xierqa, inklużi indikaturi tar - riskju, rekwiżiti tal - kapital jew analiżi tax - xenarji.

223. Sabiex iqisu b’mod konse rvattiv ir- riskji materjali kollha fil -livelli tal-istituzzjoni u tal-unità tan-negozju, l- istituzzjonijiet għandhom jużaw l -istess metodi tal-kejl tar- riskju bħal dawk użati għall - finijiet tal-kejl tar- riskju intern, eż. fil - Proċess ta’ Valutazzjoni Inter na dwar l-Adegwatezza tal-Kapital (ICAAP) u fil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità individwali tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu t - telf mistenni u mhux mistenni u l -kundizzjonijiet ta’ stress. Pereżempju, jekk istituzzjoni tuża Approċċ ta’ Kejl A vvanzat (AMA) sabiex tikkalkula r - rekwiżiti ta’ kapital operazzjonali tagħha, din il - metodoloġija diġà sejra tinkludi telf sever ħafna u analiżi tax - xenarju. B’mod simili, ir -riskju ta’ kreditu u r-riskju tas- suq tal -istituzzjonijiet jew il-mudelli tal-kapital ekonomiku se jinkorporaw ukoll il-kundizzjonijiet ta’ stress. 224.L- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru lill -awtorità kompetenti kif il-kalkoli tar-riskju huma mqassmin skont l -unitajiet tan-negozju u t-tipi differenti ta’ riskji. Il-limitu u l-kwalità tal-metodi u tal- mudelli użati fl - ICAAP għandhom jiġu riflessi mill -istituzzjoni b’mod proporzjonat fil-politika ta’ remunerazzjoni. Metodi tal- ICAAP iktar sofistikati għandhom iwasslu għal politika ta’ remunerazzjoni varjabbli iktar sofistikata, inklużi tekniki ta’ aġġustament sensittivi għar - riskju.

14.1.2 Kriterji tal- prestazzjoni sensittivi għar -riskju

225.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jiddokumentaw kriterji tal -prestazzjoni, kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, in klużi finanzjarji u mhux finanzjarji għall - individwi, għall - unitajiet tan- negozju u għall -istituzzjoni. Il-kriterji tal- prestazzjoni m’għandhomx jinċentivaw teħid ta’ riskju eċċessiv jew bejgħ inadatt tal -prodotti.

226.L- istituzzjonijiet għandhom jużaw bilanċ xieraq bejn il -kriterji kwantitattivi u kwalitattivi kif ukoll bejn dawk assoluti u relattivi.

227.Il- kriterji użati sabiex ikejlu r -riskju u l- prestazzjoni għandhom ikunu marbutin kemm jista’ jkun mill- qrib mad - deċiżjonijiet meħudin mill -membru tal-persunal identifikat u mal-kategorija tal-membri tal- persunal li hija soġġetta għall -kejl tal- prestazzjoni u għandhom jiżguraw li l - proċess tal- għoti għandu impatt xieraq fuq l - imġiba tal -persunal.

228.Il-kriterji tal- prestazzjoni għandhom jinkludu objettivi u miżuri li jistgħu jinkisbu li fuqhom il - membru tal- persunal identifikat għandu xi influwenza diretta. Pereżempju, fatturi varjabbli f’livell individwali għal uffiċjal tas - self jistgħu jkunu l - prestazzjoni ta’ self oriġinat jew issorveljat minn dik il-persuna , filwaqt li għall - maniġer ta’ unità tan - negozju jistgħu jkunu l -prestazzjoni tat-tim maniġerjali ta’ dik l - unità. Meta tiġi vvalutata l - prestazzjoni, għandhom jitkejlu r - riżultati u l - eżiti attwalment realizzati.

229.Il- kriterji kwantitattivi għandhom ikopru perjodu li huwa twil biżżejjed sabiex ikopru kif suppost ir- riskju meħud mill -membri tal-persunal identifikati, mill-unitajiet tan-negozju u mill-istituzzjoni u għandhom ikunu aġġustati għar - riskju u jinkludu miżuri ekonomiċi tal - effiċjenza. Eżempji ta’ kriterji tal- prestazzjoni huma dħul aġġustat għar - riskju minn kapital (RAROC), dħul minn kapital aġġustat għar -riskju (RORAC), profitt ekonomiku, kapital ta’ riskju ekonomiku intern, kontribuzzjoni ekonomika netta, il-kost tal- finanzjament aġġustat għar -riskju, il-figuri ta’ riskju derivati mill- proċess ta’ valutazzjoni tal -adegwatezza tal-kapital intern jew il-figuri finanzjarji relatati mal- baġit tal - funzjonijiet (eż. għal funzjoni korporattiva, inklużi r - riżorsi legali u umani) jew mal-profil tar-riskju operazzjonali, jew mal- aġġustamenti ta’ kontabilità pura tagħhom.

230.Indikaturi tal- effiċjenza operattiva (eż. profitti, dħul, produttività, kostijiet u metriċi ta’ volum) jew xi kriterji tas - suq (eż. prezz tal - ishma u r -ritorn totali tal-azzjonist) ma jinkorpo rawx aġġustament tar - riskju espliċitu u huma għal żmien qasir ħafna u għaldaqstant mhumiex biżżejjed sabiex ikopru r - riskji kollha tal -attivitajiet tal-membru tal-persunal identifikat. Kriterji tal- prestazzjoni bħal dawn jeħtieġu aġġustamenti għar -riskju addizzjonali. 231. Kriterji kwalitattivi (bħall - kisba ta’ riżultati, konformità mal - istrateġija fl - aptit għar -riskju u rekord tal- konformità) għandhom ikunu rilevanti fil -livell ta’ istituzzjoni, ta’ unità tan-negozju jew individwali. Eżempji ta’ kriterji kwalitattivi huma l - kisbiet ta’ miri strateġiċi, is -sodisfazzjon tal-klijenti, l-aderenza mal-politika dwar l- immaniġġjar tar -riskji, il-konformità mar-regoli interni u esterni, it- tmexxija, il - ħidma f’tim, il -kreattività, il-motivazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ unitajiet tan- negozju oħrajn, ma’ funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll intern.

14.1.3 Kriterji speċifiċi għall -funzjonijiet ta’ kontroll

232.Meta persunal tal- funzjonijiet ta’ kontroll jirċievi remunerazzjoni varjabbli, din għandha tiġi evalwata u l-parti varjabbli tar- remunerazzjoni għandha tiġi stabbilita b’mod separat mill - unitajiet tan- negozju li hu jikkontrolla inkluża l - prestazzjoni li tirriżulta minn deċiżjonijiet tan - negozju (eż. approvazzjoni ta’ prodott ġdid) fejn tkun involuta l -funzjoni ta’ kontroll.

233.Il- kriterji użati għall -valutazzjoni tal-prestazzjoni u tar- riskji għandhom ikunu bbażati b’mod predominanti fuq l -objettivi tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern. Ir- remunerazzjoni varjabbli għall - funzjonijiet ta’ kontroll għandha ssegwi b’mod predominanti minn objettivi ta’ kontroll, eż. il - proporzjon ta’ Grad 1, il-proporzjon tas-self improduttiv, ir-rata ta’ rkupru tas-self improduttiv jew sejbiet tal-awditjar. Ir- remunerazzjoni varjabbli tagħhom tista’ tkun ibbażata wkoll sa ċertu punt fuq il -prestazzjoni tal- istituzzjoni kollha kemm hi. L - istituzzjoni għandha tikkunsidra li tistabbilixxi proporzjon aktar baxx b’mod sinifikanti bejn il -komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni għall - funzjonijiet ta’ kontroll meta mqabblin mal -unitajiet tan-negozju li jikkontrollaw.

234.Jekk il-kap tal-funzjoni tal- immaniġġjar tar - riskji (Uffiċjal Kap tar - Riskji jew CRO) huwa wkoll membru tal- korp maniġerjali, il - prinċipji stabbiliti fil -paragrafi 232 u 233 għandhom japplikaw ukoll għar -remunerazzjoni tas-CRO.

14.2 Il- proċess tal - għoti

235.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu aggregazzjoni ta’ bonusijiet. Meta jistabbilixxu aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet jew għotjiet individwali, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskji attwali, it-telf mistenni, it-telf stmat m hux mistenni u l - kundizzjonijiet ta’ stress kollha assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni.

236.Ir- remunerazzjoni varjabbli għandha tingħata wara tmiem il -perjodu tad-dovuti. Il-perjodu tad-dovuti għandu jkun minn tal - inqas sena. Meta jintużaw perjodi itwa l, perjodi differenti tad-dovuti jistgħu jidħlu ġo xulxin, pereżempju jekk ta’ kull sena jibda perjodu multiannwali ġdid.

237.Wara l-perjodu tad-dovuti, l- istituzzjoni għandha tistabbilixxi r -remunerazzjoni varjabbli tal-membri individwali tal-persunal identif ikat billi tittraduċi l -kriterji ta’ prestazzjoni u l-aġġustamenti tar - riskju f’għotjiet tar -remunerazzjoni attwali. Matul dan il- proċess tal - għoti, l - istituzzjoni għandha taġġusta r - remunerazzjoni għal żviluppi avversi potenzjali fil - ġejjieni (“aġġustament għar -riskju ex ante ”).

14.2.1 L-istabbiliment ta’ aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet

238.L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu aggregazzjoni ta’ bonusijiet waħda jew iżjed għall - perjodu li għalih tingħata r -remunerazzjoni varjabbli u jikkalkolaw l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali tal- istituzzjoni kollha bħala somma ta’ dawn l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet.

239. Meta jistabbilixxu l -aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remu nerazzjoni totali applikabbli għall - kategoriji ta’ persunal identifikat, il- kriterji ta’ prestazzjoni u ta’ riskju definiti għall -istituzzjoni sħiħa, l -objettivi ta’ kontroll u s-sitwazzjoni finanzjarja tal- istituzzjoni, inklużi l - bażi kapitali u l - likwidi tà tagħha. L -indikaturi tal- prestazzjoni użati għall -kalkolu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet għandhom jinkludu l -indikaturi tal-prestazzjoni fit- tul u jqisu r - riżultati finanzjarji miksubin. Għandu jkun hemm fis - seħħ użu prudenti ta’ metodi kontabilistiċi u ta’ valutazzjoni li jiżgura evalwazzjoni vera u ġusta tar - riżultati finanzjarji, tal - bażi kapitali u tal -likwidità.

240.L- aggregazzjonijiet ta’ bonusijiet m’għandhomx jiġu stabbiliti f’ċertu livell sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet tar-remunerazzjoni.

241.L-isti tuzzjonijiet għandu jkollhom proċessi u kontrolli xierqa fis - seħħ meta jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali.

242.Meta l- istituzzjonijiet jużaw approċċ minn fuq għal isfel, għandhom jistabbilixxu l -ammont tal-aggregazzjoni tal-bonusijiet fil-livell tal- istituzzjoni, li mbagħad jiġi distribwit għalkollox jew parzjalment bejn l-unitajiet tan-negozju u l-funzjonijiet tal-kontroll wara l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom. Sussegwentement l - għotjiet individwali għandhom ikunu bbażati fuq il - valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu.

243.Meta l- istituzzjonijiet jistabbilixxu l - aggregazzjoni ta’ bonusijiet f’approċċ minn isfel għal fuq, il - proċess għandu jibda fil -livell tal-membru tal-persunal individwali. Skont il-kriterji tal-prestazzjoni li fuqhom huwa vvalutat il - persunal, għandha ssir allokazzjoni tal -aggregazzjoni ta’ bonusijiet għall -membru tal-persunal; l-aggregazzjoni ta’ bonusijiet tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni hija daqs is -somom tal- għotjiet potenzjali allokati għal -livelli subordinati rispettivi. L-istituzzjoni għandha tiżgura li l -prestazzjoni globali tal- istituzzjoni titqies b’mod xieraq.

244. Meta tiġi distribwita l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet fil-livel tal-unità tan-negozju jew lill-membru tal-persunal individwali, l-allokazzjoni għandha tkun ibbażata kif xieraq fuq il -formuli predefiniti u fuq l - approċċi ta’ ġudizzju. L - istituzzjonijiet jistgħu jużaw sistemi ta’ punteġġ jew metodi xierqa oħrajn sabiex jgħaqqdu approċċi differenti.

245. Meta jagħżlu l - approċċ, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li ġej: il - formuli huma iktar trasparenti u, għalhekk, iwasslu għal inċentivi iktar ċari, peress li l -membru tal-persunal jaf il-fatturi kollha li jiddeterminaw ir - remunerazzjoni varjabbli tiegħu jew tagħha. Madanakollu, il - formuli jistgħu ma jkoprux l - objettivi kollha, speċjalment dawk kwalitattivi, li jistgħu jkunu koperti aħjar minn approċċi tal - ġudizzju. L - approċċ tal - ġudizzju jagħti aktar flessibilità lill - maniġment u, għalhekk, jista’ jdgħajjef l -effett tal- inċentiv ibbażat fuq ir -riskju tar-remunerazzjoni varjabbli bbażata fuq il - prestazzjoni. Għalhekk, għandu jiġi applikat b’kontrolli xierqa u fi proċess dokumentat sew u trasparenti.

246. Fatturi bħal -limitazzjonijiet tal- baġit, iż - żamma tal -persunal u l-konsiderazzjonijiet tar-reklutaġġ, is -sussidju fost l-unitajiet tan- negozju eċċ. m’għandhomx jiddominaw id -distribuzzjoni tal- aggregazzjoni ta’ bonusijiet għaliex dawn jistgħu jdgħajfu r -relazzjoni bejn il-prestazzjoni, ir-riskju u r-remunerazzjoni.

247.L- istituzzjonijiet għandhom iżommu rekords dwar kif ġew stabbiliti l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet u r-remunerazzjoni tal- persunal, inkluż kif ingħaqdu flimkien stimi bbażati fuq approċċi differenti.

14.2.2 L- aġġustament għar -riskju ex ante fil- proċess tal - għoti

248.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet u r-remunerazzjoni varjabbli li se jingħataw fuq il - bażi ta’ valutazzjoni tal -prestazzjoni u r- riskji meħudin. L - aġġustament għar - riskji qabel ma ssir l - għotja (“aġġustament għar -riskju ex ante ”) għandu jkun ibbażat fuq l -indikaturi tar- riskju u jiżgura li r - remunerazzjoni varjabbli mogħtija hija allinjata b’mod sħiħ mar - riskji meħudin. Il - kriterji użati għall - aġġustament tar -riskju ex ante għandhom ikunu granulari biżżejjed biex jirri flettu r- riskji rilevanti kollha.

249.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu f’liema livell japplikaw l - aġġustamenti tar -riskju ex ante għall -kalkolu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet, skont id-disponibbiltà tal-kriterji tal- aġġustament tar- riskju. Dan għand u jsir fil-livell tal-unità tan-negozju jew fil-livell tas-sottostrutturi organizzazzjonali tagħha, eż. il -post tan-negozjar jew il-membru tal-persunal individwali.

250.L-allinjament tar- riskju għandu jinkiseb bl - użu ta’ kriterji ta’ prestazzjoni aġġustati għa r-riskju, inklużi l -kriterji tal- prestazzjoni li huma aġġustati għal riskju abbażi ta’ indikaturi tar -riskju separati. Għandhom jintużaw kriterji kwantitattivi u kwalitattivi.

251.L- aġġustamenti tar -riskju ex ante , imwettqa mill - istituzzjonijiet, meta bbażati fuq kriterji kwantitattivi, għandhom jiddependu l - aktar fuq miżuri eżistenti fl - istituzzjonijiet użati għal skopijiet ta’ mmaniġġjar tar - riskju oħrajn. Meta jsiru aġġustamenti għal miżuri bħal dawn f’proċessi ta’ mmaniġġjar tar -riskju, l-istituzzjonijiet g ħandhom jagħmlu wkoll bidliet konsistenti fil- qafas tar -remunerazzjoni. Il- kriterji kwantitattivi jinkludu:

  • a. il-kapital ekonomiku, il-profitt ekonomiku, id- dħul fuq assi mwieżna għar -riskju u d- dħul fuq l -ekwità allokata;
  • b. il-kost u l-kwantità tal-kapital me ħtieġa għar -riskji tal- attivitajiet tiegħu, filwaqt li d - distribuzzjoni tal-kostijiet tal- kapital għandha tirrifletti l -profil tar-riskju tal-istituzzjoni u l-ewkità kollha tal - istituzzjoni għandha tiġi allokata u ddebitata bis - sħiħ;
  • c. il-kost u l-kwantità tar-riskju tal- likwidità maħsuba fil -perkors tan-negozju;
  • d. il-kostijiet tal- likwidità indiretti (jiġifieri kostijiet ta’ spariġġ tal -likwidità, il-kost ta’ riskju tal- likwidità kontinġenti u skoperturi oħrajn ta’ riskju tal - likwidità li jista’ jkollha istituzzjoni).

252.Meta titkejjel il-profittabilità tal-istituzzjoni u tal-unitajiet tan- negozju tagħha, il - kejl għandu jkun ibbażat fuq l - introjtu nett, fejn jiġu inklużi l - kostijiet diretti u indiretti kollha relatati mal - attività. L- istituzzjonijiet m’għandhomx j eskludu l- kostijiet ta’ funzjonijiet korporattivi, eż spejjeż tal-IT, kostijiet indiretti tal- grupp jew negozji li ma tkomplewx.

253.L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti tar -riskju kwalitattivi ex ante meta jistabbilixxu l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet u r-remunerazzjoni tal-persunal identifikat permezz ta’, pereżempju, l - użu ta’ tabelli tal - punteġġ ibbilanċjati li jinkludu b’mod espliċitu kunsiderazzjonijiet ta’ riskju u kontroll bħall -ksur ta’ konformità, il-ksur tal-limitu ta’ riskju u indikaturi tal- kontroll intern (eż. ibbażati fuq riżultati ta’ awditjar intern) jew metodi simili oħrajn.

15. Il- proċess tal - ħlas għar -remunerazzjoni varjabbli

254.L- istituzzjonijiet għandhom iħallsu r -remunerazzjoni varjabbli parzjalment bil- quddiem u parzjalment differ ita u b’bilanċ xieraq bejn strumenti ta’ ekwità, marbutin mal -ekwità u strumenti eliġibbli oħrajn u flus skont l -Artikolu 94 tad-Direttiva 2013/36/UE. Qabel ma titħallas il-parti differita tal-flus jew il-vestiment tal- istrumenti differiti, għandhom jiġu a pplikati rivalutazzjoni tal- prestazzjoni u, jekk meħtieġ, aġġustament tar -riskju ex post biex tiġi allinjata r - remunerazzjoni varjabbli mar- riskji addizzjonali li ġew identifikati jew li mmaterjalizzaw wara l - għotja. Dan japplika wkoll meta jintużaw perjod i tad-dovuti multiannwali.

15.1 Remunerazzjoni differita u mhux differita

255.L- istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw skeda differita li tallinja b’mod xieraq ir - remunerazzjoni tal-persunal mal- attivitajiet, maċ - ċiklu tan -negozju u mal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u l-attivitajiet tal-membri tal- persunal identifikati, sabiex parti suffiċjenti tar - remunerazzjoni varjabbli tista’ tkun aġġustata għall - eżiti tar - riskju matul iż - żmien permezz ta’ aġġustamenti tar -riskju ex post .

256. Skeda ta’ differiment hija definita minn komponenti differenti:

  • a. il-proporzjon tar- remunerazzjoni varjabbli li qiegħda tiġi differita (it - Taqsima 15.2);
  • b. it-tul tal-perjodu ta’ differiment (it- Taqsima 15.2);
  • c. il- veloċità li biha tvesti r - remunerazzjoni differita, inkluża l - medda ta’ żmien minn tmiem il-perjodu tad-dovuti sal-vestiment tal-ewwel ammont differit (it- Taqsima 15.3).

257.L- istituzzjonijiet għandhom iqisu fl -iskeda ta’ differiment il- forma li fiha tingħata r - remunerazzjoni varjabbli differita u, fejn xieraq, għandhom jiddifferenzjaw l-iskedi ta’ differiment tagħhom billi jvarjaw dawn il - komponenti għall -kategoriji differenti ta’ persunal identifikat. It- taħlita ta’ dawn il - komponenti għandha twassal għal skeda ta’ differiment effettiva, li fiha jiġu pprovduti inċentivi ċari għat - teħi d ta’ riskju orjentat fit-tul permezz ta’ proċeduri trasparenti ta’ allinjament tar -riskju.

15.2 Il-perjodu ta’ differiment u l-proporzjon tar-remunerazzjoni differita

258.Il-perjodu ta’ differiment jibda wara li ssir l- għotja (eż. fil - mument li fih titħallas il -parti bil-quddiem tar -remunerazzjoni varjabbli). Id- differiment jista’ jiġi applikat għaż - żewġ tipi ta’ remunerazzjoni varjabbli: flus u strumenti.

259. Meta jistabbilixxu l -perjodu ta’ differiment attwali u l-proporzjon li se jkun differit skont ir-rekwiżiti minimi skont l -Artikolu 94(1)(m) u l-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu:

  • a. ir-responsabbilitajiet u l-awtoritajiet tal-persunal identifikat u l- kompiti li wettqu;
  • b. iċ - ċiklu tan -negozju u n-natura tal-attivitajiet tal-istituzzjoni;
  • c. il-fluttwazzjonijiet mistennijin fl-attività ekonomika u l-prestazzjoni u r-riskji tal-istituzzjoni u l-unità tan-negozju u l-impatt tal- persunal identifikat fuq dawn il - fluttwazzjonijiet;
  • d. il-proporzjon approvat bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali u l-ammont assolut tar-remunerazzjoni varjabbli.

260.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu għal liema kategoriji ta’ persunal identifikat, billi jqisu wkoll ir-rwolijiet u r- responsabbiltajiet tagħhom, għandhom jiġ u applikati perjodi ta’ differiment itwal mill- perjodu minimu meħtieġ ta’ mill - inqas erbgħa sa ħames snin, sabiex jiżguraw li r - remunerazzjoni varjabbli hija allinjata mal -profil tar-riskju fit- tul. Meta jintużaw perjodi tad - dovuti multiannwali itwal, u meta l-perjodu tad- dovuti itwal jipprovdi iktar ċertezza dwar ir -riskji li mmaterjalizzaw sa mill-bidu tal-perjodu tad-dovuti, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu dan il -fatt meta jistabbilixxu l - perjodi ta’ differiment u ta’ żamma u, fejn xieraq, jistgħu jintroduċu perjodi ta’ differiment li huma iqsar mill - perjodi ta’ differiment li jkunu xierqa meta jintuża perjodu tad - dovuti ta’ sena. Fi kwalunkwe każ japplika r - rekwiżit minimu ta’ perjodu ta’ differiment ta’ erba’ snin u perjodu ta’ differiment ta’ ħames snin għal membri tal - korp maniġerjali u l - maniġment superjuri f’istituzzjonijiet sinifikanti.

261. Għal membri tal - korp maniġerjali u l - maniġment superjuri, istituzzjonijiet sinifikanti li ma jibbenefikawx mill - eżenzjoni fl -Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/ UE għandhom jiddifferixxu porzjon ogħla b’mod sinifikanti minn 50 % tar- remunerazzjoni varjabbli mħallsa fi strumenti.

262.L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu porzjon xieraq tar - remunerazzjoni li għandu jiġi differit għal kategorija ta’ persunal identifi kat jew ta’ membru tal-persunal identifikat uniku fil-proporzjon minimu ta’ 40 % jew iktar. F’każ ta’ ammonti ta’ remunerazzjoni varjabbli partikolarment ogħla, il - proporzjon ta’ differiment għal membri tal - persunal bħal dawn għandu jkun tal- inqas 60 %.

263.L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu liema livell ta’ remunerazzjoni varjabbli jikkostitwixxi ammont partikolarment għoli billi jqisu r - remunerazzjoni medja mħallsa fl -istituzzjoni, ir-rapport ta’ valutazzjoni komparattiva tar-remunerazzjoni tal-EBA u, fejn disponibbli, ir- riżultati tal - valutazzjoni komparattiva tar- remunerazzjoni nazzjonali u oħrajn u l -livelli limitu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti. Meta jimplimentaw il-linji gwida, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu livell limitu assolut jew relattiv, billi jqisu l - kriterji t’hawn fuq. Remunerazzjoni f’dak il- livell limitu jew ogħla minnu dejjem għandha tiġi meqjusa bħala ammont partikolarment għoli.

264.Meta l- istituzzjonijiet jistabbilixxu l - proporzjon li huwa differit permezz ta’ ka skata ta’ ammonti assoluti (eż. parti bejn 0 u 100: 100 % bil- quddiem; parti bejn 100 u 200: 50 % bil- quddiem u l - bqija differit; u parti ’l fuq minn 200: 25 % bil- quddiem u l - bqija huwa differit), l -istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juri lill -awtorit à kompetenti li fuq bażi medja ponderata għal kull membru tal-persunal identifikat, l-istituzzjoni tirrispetta l-livell limitu minimu ta’ differiment ta’ 40 % sa 60 % u li l- porzjon differit huwa xieraq u allinjat kif suppost man -natura tan-negozju, mar-ri skji tiegħu u mal -attivitajiet tal-membru tal-persunal identifikat inkwistjoni.

265.Meta l- prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali u tal- liġi tax - xogħol jipprevjenu t - tnaqqis sostanzjali tar- remunerazzjoni varjabbli fejn isseħħ prestazzjoni finanzjarja mhux ottimali jew negattiva tal-istituzzjoni, l- istituzzjonijiet għandhom japplikaw skema ta’ differiment u jużaw l - istrumenti għall - għoti tar - remunerazzjoni varjabbli li jiżguraw li l - aġġustamenti għar -riskju ex post huma applikati kemm jista’ jkun. Dan jista’ jinkludi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

  • a. l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ differiment itwal;
  • b. jiġi evitat l - użu ta’ vestiment pro rata f’sitwazzjonijiet fejn jista’ jiġi applikat il - malus , imma l-applikazzjoni tal- irkupru tkun soġġetta għal impedimen ti legali;
  • c. jingħata porzjon ogħla ta’ remunerazzjoni varjabbli fi strumenti li huma allinjati mal - prestazzjoni tal- istituzzjoni u soġġetti għal perjodi twal bizzejjed ta’ żamma u ta’ differiment.
15.3 Vestiment ta’ remunerazzjoni differita

266.L-ewwel porzjon differit m’għandux jiġi vestit iktar kmieni minn 12 -il xahar wara l -bidu tal-perjodu ta’ differiment. Il- perjodu ta’ differiment jispiċċa meta r -remunerazzjoni varjabbli mogħtija tkun vestiet jew fejn l - ammont tnaqqas għal żero hekk kif ġie applikat il - malus .

267.Ir- remunerazzjoni differita għandha tvesti bis - sħiħ fi tmiem il - perjodu ta’ differiment jew tiġi mifruxa fuq diversi ħlasijiet matul il -perjodu ta’ differiment skont l-Artikolu 94(1)(m) tad-Direttiva 2013/36/UE. 268. Vestiment pro rata tfisser eż. perjodu t a’ differiment ta’ erba’ snin li fi tmiem is-snin n+1, n+2, n+3 u n+4, kwart tar-remunerazzjoni differrita tvesti, bl- n li hija l - mument li fih titħallas il -parti bil- quddiem tar - remunerazzjoni varjabbli mogħtija.

269.Il- vestiment m’għandux iseħħ iktar spiss minn fuq bażi annwali sabiex tiġi żgurata valutazzjoni korretta tar- riskji qabel l - applikazzjoni ta’ aġġustamenti ex post .

15.4 L- għoti ta’ remunerazzjoni varjabbli fi strumenti

270.L- istrumenti użati għall - għoti tar - remunerazzjoni varjabbli għandhom jikkontribwixxu għall - allinjament tar-remunerazzjoni varjabbli mal-prestazzjoni u r-riskji tal-istituzzjoni.

271.Fejn l- istrumenti maħruġin minn istituzzjoni fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidament taħt il-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 94(1)(l) tas- CRD huma disponibbli, ir -remunerazzjoni varjabbli għandha tikkonsisti minn bilanċ tat - tipi differenti ta’ strumenti. Meta jkun hemm strumenti disponibbli, l- istituzzjonijiet għandhom jagħtu prijorità lill - użu ta’ strumenti soġġetti għal rikapitalizzazzjoni interna, f’konformità mal-istrumenti stabbiliti fl- RTS fuq strumenti u ishma, aktar milli l- użu ta’ oġġetti bbażati fuq il - valur bħal strumenti marbutin mal - ishma.

272.Id-disponibbiltà ta’ strumenti skont l-Artikolu 94(l)(i) tas- CRD tiddependi fuq il - forma ġuridika ta’ istituzzjoni:

  • a. Għal istituzzjonijiet li huma kumpaniji b’ishma (kemm elenkati u mhux elenkati), isiru disponibbli ishma jew strumenti marbutin mal - ishma.
  • b. Għal istituzzjonijiet li mhumiex kumpaniji b’ish ma, isiru disponibbli l-interessi proprjetarji li huma ekwivalenti għall - ishma jew strumenti mhux fi flus li huma ekwivalenti għall - istrumenti marbutin mal- ishma.

273.Strumenti marbutin mal- ishma jew strumenti oħra ekwivalenti mhux tal - flus (eż. drittijiet fuq iż - żieda fl - istokks, tipi ta’ ishma sintetiċi) huma dawk l - istrumenti jew obbligi kuntrattwali, inklużi strumenti bbażati fuq il -flus li l- valur tagħhom huwa bbażat fuq il -prezz tas- suq jew, fejn prezz tas- suq mhuwiex disponibbli, il - valur ġust tal -istokk jew dritt proprjetarju ekwivalenti u jittraċċaw il -prezz tas- suq jew valur ġust. L - istrumenti bħal dawn kollha għandu jkollhom l -istess effett f’termini ta’ assorbiment tat- telf bħala ishma jew interessi proprjetari ekwivalenti.

274.Id-disponibbiltà ta’ “stru menti oħrajn” skont l -Artikolu 94(1)(l)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE tiddependi fuq jekk istituzzjoni jew istituzzjoni fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni kinitx diġà ħarġet strumenti bħal dawn u fuq jekk humiex disponibbli ammonti suffiċjenti t a’ strumenti bħal dawn. Fejn l - istituzzjonijiet huma primarjament iffinanzjati mill -operatur, jew jiddependu fil- biċċa l - kbira fuq dejn addizzjonali ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 jew li jista’ jsirlu rikapitalizzazzjoni interna biex jissodisfaw ir - rekwiżiti tal -k apital tagħhom, strumenti bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall -finijiet ta’ remunerazzjoni varjabbli, sakemm dawn “l-istrumenti l- oħrajn” jikkonformaw mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014. 275. Fejn ma hemmx fatturi speċifiċi jew liġij iet nazzjonali li jipprevjenu l- użu ta’ “strumenti oħrajn” skont l-Artikolu 94(1)(l)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE, jew fatturi li jipprevjenu lill-istituzzjonijiet milli joħorġu strumenti f’konformità mar -Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/ 2014, fejn ikunu disponibbli għandhom jintużaw strumenti bħal dawn għall - għoti tar - remunerazzjoni varjabbli.

276. Meta huma disponibbli kemm strumenti ta’ ekwità jew marbutin mal -ekwità u strumenti eliġibbli oħrajn definiti fir -Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 527/2014, huwa possibbli li titħallas ir - remunerazzjoni varjabbli bħala bilanċ ta’ strumenti differenti. F’dak il - każ, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -porzjon tar- remunerazzjoni varjabbli li hija mħallsa fi strumenti jinkludi bilanċ xieraq ta’ strumenti skont il -punt (i) u l-punt (ii) tal-Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li huma qiesu l -interessi tal-azzjonisti, tal-kredituri, tad-detenturi tal- bonds u ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn meta stabbilixxew l - bilanċ bejn strumenti differenti.

277.L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li meta r - remunerazzjoni varjabbli mogħtija fi strumenti tvesti, huma għandhom l - istrumenti mogħtija disponibbli L - istituzzjonijiet jistgħu jiddeċiedu li m a jżommux l - istrumenti waqt il - perjodu ta’ differiment iżda, f’ dak il - każ, għandhom iqisu r - riskji tas- suq rilevanti.

278.L- istrumenti għandhom jiġu pprezzati bil -prezz tas- suq jew bil - valur ġust tagħhom fid -data tal-għoti ta’ dawn l -istrumenti. Dan il-prezz huwa l - bażi għall -istabbiliment tan-numru inizjali tal-istrumenti u għal aġġustamenti ex post ta’ aktar tard fin-numru ta’ strumenti jew fil-valur tagħhom. Valutazzjonijiet bħal dawn għandhom isiru wkoll qabel il - vestiment sabiex jiġi żgurat li l- aġġustamenti għar -riskju ex post huma applikati b’mod korrett u qabel ma jintemm il -perjodu ta’ żamma. Istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet kbar u li mhumiex elenkati jistgħu jistabbilixxu l -valur tal-interessi proprjetarji u l-istrumenti marbutin ma’ inter ess proprjetarju fuq il- bażi tal - aħħar riżultati finanzjarji annwali.

279.L- istituzzjonijiet jistgħu jagħtu numru fiss jew ammont nominali ta’ strumenti differiti bl - użu ta’ tekniki differenti, inklużi faċilitajiet ta’ depożitu tal - fiduċjarji u kuntratt bil -ku ndizzjoni li f’kull każ in-numru jew l-ammont nominali tal- istrumenti mogħtijin huwa provdut lill -persunal identifikat fil-vestiment, sakemm in-numru jew l- ammont nominali ma jitnaqqasx bl -applikazzjoni tal-malus . L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - istrumenti mogħtija huma disponibbli għall - ħlasijiet tal - persunal mhux aktar tard minn meta jsir il -vestiment.

280.L- istituzzjonijiet m’għandhom iħallsu l - ebda interess jew dividend fuq l -istrumenti li jkunu ngħataw bħala remunerazzjoni varjabbli skont l -arran ġ amenti ta’ differiment lill-persunal identifikat; dan ifisser ukoll li l-interess u d-dividendi pagabbli matul il-perjodu ta’ differiment m’għandhomx jitħallsu lill -persunal wara li jintemm il- perjodu ta’ differiment. Ħlasijiet bħal dawn għandhom jiġu trattati bħala riċevuti mill - istituzzjoni u bħala proprjetà tagħha. 281.L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jillimitaw il - possibbiltà li jużaw l -istrumenti skont l-Artikolu 94(1)(l) tant li l- istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jistabbilixxu bilanċ xieraq bejn l - istrumenti skont il-punt (i) u l-punt (ii) tal-Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE.

15.5 Il-porzjon minimu ta’ strumenti u d- distribuzzjoni tagħhom matul iż - żmien

282.Fejn japplika, ir- rekwiżt li jitħallas, skont l -Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE, f’minimu 50 % ta’ kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli fi strumenti, għandu jiġi applikat b’mod ugwali għall - parti differita u mhux differita u ż - żewġ partijiet għandhom jikkonsistu f’bilanċ ta’ strumenti f’konformità mal-linji gwida fit- Taqsima 15.4.

283.L- istituzzjonijiet għandhom jagħtu prijorità lill - użu tal - istrumenti minflok ma jagħtu r - remunerazzjoni varjabbli fi flus. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l - perċentwal li għandu jingħata f’bilanċ ta’ strumenti għal 50 % jew ogħla b’mod separat għall - partijiet differiti u mhux differiti tar-remunerazzjoni varjabbli. Meta l- istituzzjonijiet jagħtu porzjon ogħla minn 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli fi strumenti, għandhom jagħtu prijorità lil sehem ogħla ta’ strumenti fil-porzjon differit tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni

284.Il-proporzjon tar- remunerazzjoni varjabbli li jitħallas fi strumenti għandu jiġi kalkolat bħala l - kwozjent bejn l-ammont tar- remunerazzjoni varjabbli mogħti fi strumenti u s -somma tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija fi flus, fi strumenti u f’benifiċċji oħrajn. L - ammonti kollha għandhom jiġu vvalutati fil -punt tal- għotja sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dawn il -linji gwida.

15.6 Politika ta’ żamma

285.Il- perjodu ta’ żamma applikat għar - remunerazzjoni varjabbli mħallsa fi strumenti għandu jiġi stabbilit f’tul xieraq sabiex l - inċentivi jiġu allinjati mal -interessi fit-tul tal-istituzzjoni.

286.L- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jispjegaw kif il - politika ta’ żamma hija relatata ma’ miżuri oħrajn ta’ allinjament tar -riskju u kif jagħmlu distinzjoni bejn l - istrumenti mħallsin bil - quddiem u l -istrumenti differiti.

287. Meta jistabbilixxu l - perjodu ta’ żamma, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu t -tul globali tal-perjodu ta’ differiment u l- perjodu ta’ żamma ppjanat u l -impatt tal-kategorija tal-persunal identifikat fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet u t- tul taċ - ċiklu tan - negozju rilevanti għall -kategorija tal-persunal.

288. Perjodu ta’ żamma itwal kif applikat b’mod ġenerali għall - persunal identifikat għandu jiġi meqjus f’każijiet fejn ir -riskji li jsejsu l- prestazzjoni jistgħu jimmaterjalizzaw lil hinn minn tmiem il-perjodu ta’ differiment u l- perjodu ta’ żamma standard, għall - inqas għall -persunal bl- ogħla impatt fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet. 289. Għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ żamma ta’ mill - inqas sena għall - istrumenti mogħtijin. Għandhom jiġu stabbiliti perjodi itwal b’mod partikolari fejn l - aġġustamenti tar -riskju ex post jkunu jiddependu l- iktar fuq bidliet fil -valur tal- istrumenti li jkunu ngħataw. Meta l-perjodu ta’ differiment ikun tal- inqas ħames snin, jista’ jiġi impost perjodu ta’ żamma għall -parti differita ta’ mill- inqas sitt xhur għall - persunal identifikat għajr il -membri tal- korp maniġerjali u l - maniġment superjuri li għalihom għandu jiġi applikat perjodu ta’ żamma minimu ta’ sena.

15.7 Aġġustament għar -riskju

15.7 Aġġustament għar -riskju

15.7.1 Malus u rkupru

290.L- arranġamenti tal - malus u ta’ rkupru huma mekkaniżmi ta’ aġġustament għar -riskju ex post espliċiti fejn l - istituzzjoni nnifisha taġġusta r -remunerazzjoni tal-membru tal-persunal identifikat fuq il - bażi ta’ mekkaniżmi bħal dawn (eż. billi tbaxxi r - remunerazzjoni fi flus mogħtija jew billi tnaqqas in -numru jew il-valur tal- istrumenti mogħtija).

291. Mingħajr preġudizzju għall - prinċipji ġenerali tal -kuntratt nazzjonali jew tal- liġi tax - xogħol, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi japplikaw l - arranġamenti tal - malus jew ta’ rkupru sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli totali skont l-Artikolu 94(1)(n) tad-Direttiva 2013/36/UE, irrispettivament mill- metodu użat għall - ħlas, inklużi l - arranġamenti ta’ differiment jew ta’ żamma.

292. Aġġustamenti għar -riskju ex post għandhom ikunu dejjem relatati mar -riskju jew mal-prestazzjoni. Għandhom iwieġbu għall - eżiti tar - riskju attwali jew għal bidliet fir -riskji persistenti tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, tal-linja ta’ negozju u tal- persunal. M’għandhomx ikunu bbażati fuq l - ammont ta’ dividenti mħallsa jew fuq l -evoluzzjoni tal-prezz tas- sehem.

293.L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw jekk l - aġġustamenti għar -riskju inizjali ex ante tagħhom kinux biżżejjed, eż. jekk ir - riskji tħallewx barra jew jekk ġewx sottovalutati jew jekk ġewx identifikati riskji ġodda jew jekk seħħx telf mhux mistenni. Kemm hemm bżonn ta’ aġġustament għar -riskju ex post jiddependi mill- preċiżjoni tal - aġġustament għar -riskju ex ante u għandu jiġi stabbilit mill- istituzzjoni fuq il - bażi ta’ ttestjar retrospettiv.

294. Meta jistabbilixxu l - kriterji għall -applikazzjoni tal- malus u ta’ rkupru skont l-Artikolu 94(1)(n) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu wkoll perjodu li matulu jiġu applikati l- malus jew l- irkupru għall -persunal identifikat. Dan il- perjodu għandu jkopri tal - inqas il- perjodi ta’ differiment u ta’ żamma. L - istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kriterji għall -applikazzjoni tal- malus u ta’ rkupru. L- irkupru għandu jiġi applikat b’mod partikolari fil - każ ta’ frodi jew imġiba oħra b’intenzjoni jew negliġenza severa li wasslet għal telf sinifikanti.

295.L- istituzzjonijiet għandhom jużaw tal - inqas il -kriterji ta’ prestazzjoni u tar-ris kju użati inizjalment sabiex jiżguraw ir -rabta bejn il-kejl tal-prestazzjoni inizjali u l-ittestjar retrospettiv tiegħu. Minbarra l -kriterji stabbiliti fl-Artikolu 94(1)(n)(i) u (ii) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterji speċifiċi li jinkludu:

  • a. evidenza ta’ mġiba ħażina jew ta’ żball serju mill -membru tal- persunal (eż. ksur tal - kodiċi ta’ kondotta u ta’ regoli interni oħrajn, speċjalment dawk li jikkonċernaw ir -riskji);
  • b. jekk l-istituzzjoni u/jew l-unità tan-negozju sussegwentem ent iġġarrab tnaqqis sinifikanti fil- prestazzjoni finanzjarja tagħha (eż. indikaturi tan - negozju speċifiċi);
  • c. jekk l-istituzzjoni u/jew l-unità tan- negozju li fiha jaħdem il -membru tal-persunal identifikat iġġarrab nuqqas sinifikanti ta’ mmaniġġjar tar -riskju;
  • d. żidiet sinifikanti fil - bażi kapitali regolatorja jew ekonomika tal -istituzzjoni jew tal-unità tan-negozju;
  • e. kwalunkwe sanzjoni regolatorja, eż. li tikkastiga, amministrattiva, dixxiplinarja jew oħrajn, fejn l- imġiba tal -membru tal-persunal identifikat ikkontribwixxiet għas -sanzjoni.

296.Fejn il- malus jista’ jiġi applikat biss fil - ħin tal -vestiment tal- ħlasijiet differiti, l -istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu, fejn possibbli, li japplikaw l -irkupru wara l- ħlas jew il -vestiment tar-remunerazzjoni varjabbli. L-applikazzjoni tal- malus tista’ ma tkunx possibbli meta tapplika d - deroga skont l-Artikolu 94(3) tad-Direttiva 2013/36/UE minħabba li r - rekwiżit biex tiġi differita r- remunerazzjoni varjabbli ma japplikax; l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l- irkupru jista’ jiġi applikat.

297. Fejn hu xieraq, l - arranġamenti tal - malus jew ta’ rkupru għandhom iwasslu għal tnaqqis tar - remunerazzjoni varjabbli. Taħt l - ebda ċirkostanza l - aġġustament tar - riskju espliċitu ex post m’għandu jwassal għal żieda tar -remuneraz zjoni varjabbli mogħtija inizjalment jew, meta l - malus jew l- irkupru diġà kienu ġew applikati fl - imgħoddi, għal żieda tar -remunerazzjoni varjabbli mnaqqsa.

15.7.2 Aġġustamenti impliċiti

298.L- istituzzjonijiet għandhom jużaw strumenti għar -remunerazzjoni varjabbli fejn il-prezz jirreaġixxi għal bidliet fir -riskju jew fil-prestazzjoni tal-istituzzjoni. L-evoluzzjoni tal-prezz tal-istokk jew tal- prezz ta’ strumenti oħrajn m’għandhiex titqies bħala sostitut għall - aġġustamenti għar - riskju espliċiti ex post .

299.Meta l-i strumenti jkunu ngħataw u l -persunal, wara l- perjodi ta’ differiment u ta’ żamma, ibigħ dawn l-istrumenti jew l- istrument jitħallas fi flus fil - maturità finali tiegħu, il - persunal għandu jkun jista’ jiriċevi l -ammont dovut. L- ammont jista’ jkun ogħla mill - ammont mogħti inizjalment meta jkun żdied il -prezz tas- suq jew il - valur ġust tal -istrumenti.

Titolu V - Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent tal-gvern

Titolu V - Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent tal-gvern

16. Appoġġ mill -istat u remunerazzjoni

300.F’konformità mat- Taqsima 6 ta’ dawn il-linji gwida, meta l-istituzzjonijiet jibbenefikaw minn intervent eċċezzjonali tal -gvern, l-awtoritajiet kompetenti u l- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu kuntatti regolari sabiex jistabbilixxu aggregazzjoni ta’ remunerazzjoni varjabbli possibbli u tal- għotja ta’ remunerazzjoni varjabbli sabiex jiżguraw konformità mal -Artikoli 93 u 141 tad-Direttiva 2013/36/UE. Kwalunkwe ħlas tar - remunerazzjoni varjabbli m’għandux jipperikola l-konformità mal- pjan ta’ ta’ rkupru u ta’ ħruġ stabbilit mill - intervent eċċezzjonal i tal-gvern.

301.Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l- għajnuna mill - istat sabiex jiġu appoġġati miżuri favur il -banek fil-kuntest tal- kriżi finanzjarja (2013/C 216/01) għandha tiġi applikata fil -politiki ta’ remunerazzjoni. Kwalunkwe kundizzjoni fir-rigward tar- remunerazzjoni imposta fuq l -istituzzjonijiet meta l- għajnuna mill - istat tkun ġiet approvata mill - Kummissjoni u tingħata u fi kwalunkwe att relatat għandha tiġi riflessa kif xieraq fil -politika ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet.

302.Ir-remunerazzjoni varjabbli tal- persunal ta’ istituzzjoni, inklużi l -membri tal- korp maniġerjali, m’għandhiex tipprevjeni ħlas lura ordinat u puntwali tal - intervent eċċezzjonali tal -gvern jew il-ksib ta’ objettivi stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturar.

303.L- istituzzjoni għandha tiżgura li l -aggregazzjoni ta’ bonusijiet jew il-vestiment u l- ħlas tar - remunerazzjoni varjabbli ma joħolqux detriment għat -tiswir puntwali tal- bażi kapitali tagħha u tnaqqis fid -dipendenza tag ħha fuq l - intervent eċċezzjonali tal -gvern.

304. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni eżistenti imposta mill -Istat Membru jew mill-Unjoni fir-rigward tar-remunerazzjoni, l- awtorità kompetenti rilevanti għandha tistabbilixxi, għall -istituzzjonijiet li ngħataw intervent eċċezzjonali mill -gvern, il- perċentwal tad - dħul nett skont il-punt (a) tal-Artikolu 93 tad-Direttiva 2013/36/UE li jista’ jintuża għar -remunerazzjoni varjabbli u tivvaluta jekk ir- remunerazzjoni varjabbli hijiex allinjata ma’ mmaniġġjar tar-riskji sod u ma’ tkabbir fit- tul u tieħu miżuri għar -ristrutturar tar- remunerazzjoni, fejn ikun hemm bżonn.

305. Għandhom jiġu applikati limiti stretti għar -remunerazzjoni varjabbli tal-membri tal-korp maniġerjali fil -kuntest tar-ristrutturar tar-remunerazzjoni skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 93 tad-Direttiva 2013/36/UE meta:

  • a. L-awtorità kompetenti rilevanti tirrikjedi lill- istituzzjoni biex ma tħallasx ir -remunerazzjoni varjabbli għall -membri tal- korp maniġerjali mid - data li fiha ġie riċevut l -intervent eċċezzjonali tal -gvern jew li tapplika l- malus u l- irkupru għar -remunerazzjoni varjabbli b’kont meħud tal -fallimenti potenzjali tal- korp maniġerjali.
  • b. L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tirrikjedi lill- istituzzjoni sabiex ma tagħti l -ebda remunerazzjoni varjabbli lill-membri tal- korp maniġerjali sakemm ma jkunx għadu tħallas lura l-intervent tal- gvern eċċezzjonali, jew sakemm jiġi implimentat jew jitlesta pjan ta’ ristrutturar għall - istituzzjoni. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu ta’ żmien limitat. Il-perjodu li matulu japplikaw il-limiti jew il- kriterji għall - applikazzjoni ta’ limiti bħal dawn għandhom jiġu rreġistrati b’mod ċar u jiġu kkomunikati lill - istituzzjoni meta jingħata l - appoġġ mill -gvern.

306. Sabiex jirristrutturaw ir -remunerazzjoni skont l-Artikolu 93(b) tad-Direttiva 2013/36/UE b’mod allinjat mal- immaniġġjar tar -riskju sod u ma’ tkabbir fit-tul, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu:

  • a. fejn xieraq, il -limitazzjoni tar- remunerazzjoni varjabbli għall -membri tal- korp maniġerjali għal ammonti sa żero sabiex ir - remunerazzjoni varjabbli ma jkollha l -ebda impatt konsiderevoli fuq l -irkupru tal-istituzzjoni;
  • b. l-allinjament tal- miżuri ta’ prestazzjoni użati għad -determinazzjoni tar-remunerazzjoni varjabbli mal-progress tal-irkupru tal-istituzzjoni u l-kontribuzzjoni tal-persunal identifikat, inkluż il - korp maniġerjali f’dan ir -rigward;
  • c. l-applikazzjoni tal-irkupru u l- malus għall -perjodi tal- għotjiet aktar bikrija kif xieraq, b’mod partikolari għal persunal li kkontribwixxa b’mod sinifikanti għas -sit wazzjoni li fiha dik l - istituzzjoni kellha bżonn għajnuna mill -Istat;
  • d. iż - żieda fil - perċentwal tar - remunerazzjoni varjabbli li hija differita sa 100 %;
  • e. l-allinjament tal-perjodu tad-dovuti u ta’ differiment mal-pjanijiet u l- fażijiet ta’ ristrutturar u rkupru.

307.L-istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu li jista’ jkun hemm bżonn li jipprovdu għall - għoti possibbli tar -remunerazzjoni varjabbli lill- membri maħturin ġodda tal -korp maniġerjali li jinħatru matul il - fażi ta’ ristrutturar jew ta’ r kupru tal- istituzzjoni sabiex jiżguraw li l- membri xierqa tal - korp maniġerjali jkunu jistgħu jinħatru matul dik il - fażi.

Titolu VI - Awtoritajiet kompetenti

Titolu VI - Awtoritajiet kompetenti

17. Politiki ta’ remunerazzjoni

308.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, filwaqt li jqisu dawn il-linji gwida, il-linji gwida tal-EBA dwar ir-rata ta’ skont nozzjonali applikabbli u l-linji gwida tal- EBA fuq il - proċess ta’ rieżami superviżorju, li l -istituzzjonijiet jikkonformaw mar- rekwiżiti dwar il -politiki ta’ remunerazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE, fir-Regolament (UE) 575/2013 u d-dispożizzjonijiet dwar l - RTS dwar persunal identifikat, inkluż li jkollhom politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru xierqa għall - persunal kollu u għall -persunal identifikat. L-awtoritajiet komp etenti għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq ir -riskju meta jissorveljaw il-politiki ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet. 309. Mingħajr preġudizzju għal miżuri u sanzjonijiet superviżorji u dixxiplinari oħrajn, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l- istituzzjonijiet jieħdu azzjonijiet adegwati sabiex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas identifikat. Meta l - istituzzjonijiet ma jikkonformawx ma’ talbiet bħal dawn, għandhom jittieħdu miżuri superviżorji xierqa.

310.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l i l-istituzzjonijiet jallinjaw il-prattiki u l-politika ta’ remunerazzjoni tagħhom mal - istrateġija tan -negozju u l-interess fit-tul tal- istituzzjoni filwaqt li jqisu l - istrateġija tan -negozju u tar-riskju, il-kultura korporattiva u l-valuri, u l-profil tar-riskju tagħha.

311.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -politiki, il-prattiki u l- proċessi tar - remunerazzjoni tal- istituzzjonijiet huma xierqa u jirrieżaminaw, minbarra r - rieżamijiet meħtieġa skont il-linji gwida tal-EBA dwar il- proċess ta’ rieżami superviżorju, b’mod partikolari:

  • a. l- arranġamenti ta’ governanza u l - proċessi għat -tfassil u l- monitoraġġ tal -politika ta’ remunerazzjoni;
  • b. li jitwettaq l - iskambju xieraq ta’ informazzjoni bejn il -korpi u l- funzjonijiet interni kollha, inkluż fil -grupp, involut fit-tfassil, l- eżekuzzjoni u l - monitoraġġ tal -politika ta’ remunerazzjoni;
  • c. il- proċess żviluppat għat - twettiq tar - rieżami annwali tal -politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni u r- riżultati ewlenin tiegħu, inkluż jekk il - politika ta’ remunerazzjoni hijiex newtrali għall - ġeneru;
  • d. li, meta jkun hemm bżonn, jiġi stabbilit kumitat tar - remunerazzjoni b’biżżejjed setgħat u riżorsi sabiex iwettaq il - funzjonijiet tiegħu;
  • e. l-impatt tal-politika u tal- prattiki ta’ remunerazzjoni fuq it - tmexxija tan - negozju, inklużi l-pariri u l- bejgħ tal -prodotti lil gruppi ta’ klijenti differenti;
  • f. li l- politiki ta’ remunerazzjoni jiġu meqjusa matul il - proċess ta’ valutazzjoni tal - adegwatezza tal-kapital interna u l-ippjanar tal- likwidità u viċi versa.

312. Bħala parti mir - rieżamijiet t’hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari, iżda mhux biss:

  • a. jużaw il -minuti tad-deliberazzjoni tal- funzjoni superviżorja dwar il -politiki ta’ remunerazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar- riżultati tas - sorveljanza fuq it -tfassil u l-proċessi tas -sistema ta’ remunerazzjoni tal-istituzzjoni u l- kompiti mwettqin mill -kumitat tar-remunerazzjoni;
  • b. jużaw il -minuti tal-kumitat tar- remunerazzjoni u kumitati oħrajn, inkluż il -kumitat tar-riskji, involuti fis- sorveljanża tad -disinn u l-operazzjoni tas-sistema tar-remunerazzjoni;
  • c. jorganizzaw laqgħat ma’ membri tal - korp maniġerjali tal -istituzzjoni u ma’ funzjonijiet rilevanti oħrajn.

313.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - istituzzjonijiet sorveljati fuq bażi konsolidata u subkonsolidata stabbilixxew politika ta’ remunerazzjoni fil -livell tal-grupp u fil-livell subkonsolidat, inklużi – sakemm huwa meħtieġ mill -implimentazzjoni nazzjonali tal-Artikoli 109(4) sa (6) tad-Direttiva 2013/36/UE – is- sussidjarji li huma stess mhumiex soġġetti għa d-Direttiva 2013/36/UE, li hija implimentata b’mod konsistenti fil - grupp, inkluż għall - iskopijiet tal-istabbiliment ta’ persunal identifikat.33

314.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - proċess ta’ identifikazzjoni tal- istituzzjonijiet:

  • a. jinkludi l-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl-RTS dwar il- persunal identifikat u, fejn meħtieġ, il -kriterji addizzjonali definiti mill-istituzzjoni;
  • b. jiġi applikat kif xieraq fuq livell individwali, konsolidat u subkonsolidat; u
  • c. jiżgura li t - talbiet għal approvazzjoni minn qabel skont l -RTS dwar il-persunal identifikat jiġu proċessati f’konformità ma’ dawn il -linji gwida.

315.L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti bl -e żitu globali tal - proċess ta’ identifikazzjoni u għandhom jivvalutaw jekk il - membri kollha tal -persunal li l-attivitajiet tagħhom għandhom jew jista’ jkollhom impatt materajli fuq il -profil tar-riskju tal-istituzzjoni ġewx identifikati u li kwalunkwe eskluż joni tal-persunal mill-kategorija tal-persunal identifikat, fejn il-persunal kien identifikat biss bil-kriterji kwantitattivi skont l-Artikolu 92 tad-Direttiva 2013/36/UE u fl- RTS, huma raġunati sew u li hemm konformità mar - rekwiżiti skont l - Artikolu 92 tad-Direttiva 2013/36/UE u l- proċessi rispettivi stabbiliti f’dawn il -linji gwida u fl-RTS.


33 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida fil-paragrafi 74 u 75 ta’ dawn il-linji gwida.

18. Forom speċifiċi ta’ remunerazzjoni

316.Fir- rigward ta’ forom speċifiċi ta’ remunerazzjoni skont it - Taqsima 8 ta’ dawn il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr preġudizzju għat - Taqsima 19:

  • a. jirrevedu kwalunke arranġamenti garantiti ta’ remunerazzjoni varjabbli (ammont, durata, kundizzjonijiet, eċċ.);
  • b. jikkontrollaw jekk istituzzjoni għandhiex qafas fis - seħħ sabiex tistabbilixxi u tapprova ħlasijiet ta’ terminazzjoni;
  • c. jivvalutaw jekk l- objettivi għall -persunal tal- funzjoni ta’ kontroll humiex speċifiċi għall - funzjoni;
  • d. jirrevedu r-remunerazzjoni tal-membri tal- funzjoni maniġerjali u superviżorja tal -korp maniġerjali.
19. Remunerazzjoni varjabbli

317.L-awtorit ajiet kompetenti għandhom jirrevedu:

  • a. il- proċess ta’ allinjament u ta’ valutazzjoni tar -riskju u tal-prestazzjoni u l-adegwatezza tal-perjodu ta’ żmien tiegħu;
  • b. it- taħlita xierqa ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi użati għall -kejl tal-prestazzjoni u tar-riskju u jiddeterminaw jekk:
  • ii. il- kriterji humiex allinjati mal -objettivi tal-istituzzjonijiet;
  • iii. humiex realistiċi meta mqabblin mal -objettivi tal-individwu, tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni;
  • iv. il- kriterji individwali humiex xierqa biex ikejlu l -prestazzjoni tal-individwu;
  • c. jekk il-funzjonijiet ta’ kontroll intern, b’mod partikolari l-funzjoni tal- immaniġġjar tar - riskju, humiex involuti b’mod xieraq fl -istabbiliment tal- aġġustamenti għar -riskju ex ante ;
  • d. l-adegwatezza tal- approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq użati għall -kalkolu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet;
  • e. jekk l- istituzzjoni hijiex konformi mal -limitazzjoni tal-proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni totali u mal-limitu tal-aggregazzjoni ta’ bonusijiet globali tagħha għal -limiti stabbliti mill-Artikoli 141 u 141b tad-Direttiva 2013/36/UE u mill-Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE;
  • f. il- perjodu ta’ żmien tal - iskedi ta’ differiment u ta’ żamma applikabbli u kif dan jirrelata maċ - ċiklu tan -negozju ta’ istituzzjoni;
  • g. it- taħlita ta’ ishma jew ta’ interessi proprjetarji ekwivalenti jew marbutin mal - ishma u strumenti mhux fi flus ekwivalenti li l - istituzzjoni tuża sabiex tissodisfa l -livell limitu ta’ 50 % imsemmi fl-Artikolu 94(1)(l) tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex tiżgura li tirrifletti b’mod adegwat l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni;
  • h. jekk l- aġġustamenti għar - riskju espliċiti ex post humiex ibbażati fuq il -valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-membru tal-persunal, tal-unità tan-negozju u tal-istituzzjoni u l-kriterji użati sabiex ikejlu l -prestazzjoni tal-membru tal-persunal;
  • i. jekk il- malus u l- irkupru ġewx applikati kif xieraq kemm għall - parti fi flus kif ukoll għall - parti ta’ ekwità tar- remunerazzjoni varjabbli differita u mhux differita u għall -kriterji li fuqhom jiddependu l - malus u l-irkupru;
  • j. li r- remunerazzjoni varjabbli mhijiex imħallsa permezz ta’ veikoli jew metodi li huma mmirati lejn jew iwasslu b’mod effettiv għal nuqqas ta’ konformità mar - rekwiżiti tar - remunerazzjoni kif speċifikat f’dawn il- linji gwida għall -persunal identifikat jew, fejn applikabbli, għall -persunal kollu.
20. Divulgazzjonijiet

318.L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu d - divulgazzjonijiet pubbliċi dwar ir - remunerazzjoni magħmulin mill -istituzzjonijiet skont l-Artikolu 96 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 450 tar-Regolament (UE) 575/2013, u għandhom jistabbilixxu għal liema istituzzjonijiet għandu jsir rieżami regolari tad -divulgazzjonijiet.

319.Minbarra l-valutazzjoni komparattiva tal- prattiki ta’ remunerazzjoni meħtieġ a skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u l- eżerċizzju tal - ġbir ta’ data rigward dawk li jaqilgħu ħafna skont l -Artikolu 75(3) ta’ dik id-Direttiva, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu rapportar superviżorju (jew ad hoc ) perjodiku dwar id-divulgazzjonijiet tar-remunerazzjoni kif xieraq sabiex jissorveljaw l - iżvilupp tal -prattiki tar-remunerazzjoni fl-istituzzjonijiet u b’mod partikolari fl-istituzzjonijiet sinifikanti.

21. Kulleġġi tas - superviżuri

320.Il- kulleġġi tas - superviżuri stabbiliti sko nt l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jiddiskutu l-kwistjonijiet tar-remunerazzjoni f’konformità mal- proċess tar - rieżami superviżorju, billi jqisu l - oqsma addizzjonali tar - rieżami superviżorju meħtieġa skont dawn il -linji gwida.

Anness 1 - IMMAPPJAR TAR- REKWIŻITI TAR -REMUNERAZZJONI

Anness 1 - IMMAPPJAR TAR- REKWIŻITI TAR -REMUNERAZZJONI

INKLUŻI FID -DIRETTIVA 2013/36/UE U R-REGOLAMENT

INKLUŻI FID -DIRETTIVA 2013/36/UE U R-REGOLAMENT

(UE) 575/2013 U L- KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAGĦHOM
Rekwiżiti tar - remunerazzjoni: l - Artikoli 74 u 92 sa 96 tad - DIRETTIVA 2013/3 6/UE Art. 74 Art. 92 Art. 93 Art. 94(1)(a) Art. 94(1)(b) Art. 94(1)(c) Art. 94(1)(d) Art. 94(1)(e)Il - persunal kollu Obbligatorji għall - (tal - istituzzjoni persunal identifikat; l - kollha inkluż il - istituzzjonijiet għandhom persunal jikkunsidraw japplikaw identifikat) ir - rekwiżiti għall - persunal kollu x x x x x x x xKummenti

Art. 94(1)(f) x Art. 94(1)(g)(i) x Art. 94(1)(g)(ii) x

Art. 94(1)(g)(iii)xL-applikazzjoni tar-rata ta’ skont mhijiex obbligatorja
Art. 94(1)(h) Art. 94(1)(i) Art. 94(1)(j) Art. 94(1)(k)x x x x

Art. 94(1)(l) x Art. 94(1)(m) x Art. 94(1)(n) x Art. 94(1)(o) x Art. 94(1)(p) x

Art. 94(1)(q)xId- dispożizzjonijiet ta’ ċirkomvenzjoni għandhom jiġu applikati għall -persunal kollu fir-rigward tar- rekwiżiti u d- dispożizzjonijiet li huma applikati għall - persunal kollu
Art. 95Obbligatorji għall -istituzzjonijiet sinifikanti; istituzzjonijiet oħrajn għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxukumitat bħal dan
Art. 96x
Rekwiżiti tar - remunerazzjoni: l - Artikoli 74 u 92 sa 96 tad - DIRETTIVA 2013/3 6/UE Art. 109Il - persunal kollu Obbligatorji għall - (tal - istituzzjoni persunal identifikat; l - kollha inkluż il - istituzzjonijiet għandhom persunal jikkunsidraw japplikaw identifikat) ir - rekwiżiti għall - persunal kollu L- arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi tal -istituzzjonijiet/applikazzjoni gruppKummenti ta’
Art. 141 Art. 141bLimitazzjoni ta’ distribuzzjonijiet Limitazzjoni ta’ distribuzzjonijiet
Anness 2 - Informazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ proporzjonijiet

Anness 2 - Informazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ proporzjonijiet

ogħla

Isem l - istituzzjoni

test

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika

test

Numru ta’ persunal (fi tmiem is - sena

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/