+5.6 Kumitati kkombinati
---+65. Meta jkun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall -kompiti …
---+66. Skont id-Direttiva 2006/43/KE , fejn stabbilit, il-kumitat tal- awditjar għandu, fost oħrajn …
---+67. Skont l-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu …

5.6 Kumitati kkombinati

5.6 Kumitati kkombinati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
65. Meta jkun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall -kompiti …

Meta jkun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu, mingħajr preġudizzju għall -kompiti tal-kumitat tar-remunerazzjoni, j eżamina jekk l - inċentivi pprovduti mill -politiki u mill-prattiki ta’ remunerazzjoni jqisux ir -riskju, il-kapital u l-likwidità u l-probabbiltà u t- twaqqit tal - qligħ tal - istituzzjoni.

66. Skont id-Direttiva 2006/43/KE , fejn stabbilit, il-kumitat tal- awditjar għandu, fost oħrajn …

Skont id-Direttiva 2006/43/KE20 , fejn stabbilit, il-kumitat tal- awditjar għandu, fost oħrajn:

  • a. jimmonitorja l- effikaċja tas -sistema ta’ kontroll intern tal-kwalità u tal- ġestjoni tar - riskju tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, l- uffiċċju tal - awditjar intern tagħha, fir -rigward tar-rapportar finanzjarju tal- istituzzjoni awditjata, mingħajr ma jikser l -indipendenza tiegħu;
  • b. jissorvelja l- istabbiliment ta’ politiki kontabilistiċi mill -istituzzjoni;
  • c. jimmonitorja l- proċess ta’ rapportar finanzjarju u jippreżenta r -rakkomandazzjonijiet bil- għan li tiġi żgu rata l- integrità tiegħu;
  • d. jirrieżamina u jimmonitorja l -indipendenza tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar skont l-Artikoli 22, 22a, 22b, 24a u 24b tad-Direttiva 2006/43/UE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 537/201421 , u b’mod partikolari l-adegwatezza tal-provvista ta’ servizzi mhux tal -awditjar lill-istituzzjoni awditjata skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament;
  • e. jimmonitorja l-awditjar statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati, b’mod partikolari l- prestazzjoni tiegħu, filwaqt li titqies kwalunkwe sejba u konklużjoni mill - awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;
  • f. ikun responsabbli mill- proċedura għall - għażla ta’ awditur(i) statutorju/statutorji estern(i) jew ta’ ditta/ditti tal- awditjar u jippreżenta rakkomandazzjoni lill -korp kompetenti tal- istituzzjoni għall - approvazzjoni tiegħu dwar il - ħatra (skont l -Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 ħlief meta jiġi applikat l -Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014), il-kumpens u t- tkeċċija tagħhom;
  • g. jirrieżaminal -kamp ta’ applikazzjoni tal-awditjar u l-frekwenza tal-awditjar statutorju tal-kontijiet annwali jew konsolidati;
  • h. skont l-Artikolu 39(6)(a) tad-Direttiva 2006/43/UE, jgħarraf lill -korp amministrattiv jew superviż orju tal-entità awditjata bir- riżultat tal -awditjar statutorju u jispjega kif l-awditjar statutorju kkontribwixxa għall -integrità tar- rapportar finanzjarju u x’kien ir - rwol tal-kumitat tal-verifika f’dak il- proċess; u
  • i. jilqa’ u jqis ir -rapporti tal-awditjar.

20 Direttiva 2006/43/KE tal -Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal- Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id -Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87) kif l- aħħar emendata bid -Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -16 ta’ April 2014.

21 Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas -16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l- awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id - Deċiżjoni tal - Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).

67. Skont l-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu …

Skont l-Artikolu 76(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li istituzzjonijiet li mhumiex meqjusa sinifikanti jgħaqqdu l -kumitat tar-riskju ma’, fejn ikun stabbilit, il-kumitat tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2006/43/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/