+17 Qafas ta’ ġestjoni tar -riskju
---+152. Il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jivverifikaw li l -politiki, il- mekkaniżmi u l …
---+153. Il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jippreżentaw regolarment rapporti bil -miktub …
---+154. Bħala parti mill - qafas ġenerali ta’ kontroll intern, l -istituzzjon ijiet għandu jkollhom …
---+155. Qafa s ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ istituzzjoni għandu jinkludi politiki, proċeduri, limiti …
---+156. Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ istituzzjoni għandu jipprovdi gwida speċifika dwar l - …
---+157. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jkun soġġett għal rieżami intern indipendenti eż. …
---+158. Meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta r-riskji, istituzzj oni għandha tiżviluppa …
---+159. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li r- riżultati tal - metodoloġiji ta’ valutazzjoni …
---+160. Ir- responsabbiltà aħħarija mill -valutazzjoni tar- riskju hija unikament tal -istituzzjoni …
---+161. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji sew mil -limitazzjonijiet tal-mudelli u tal- metriċi …
---+162. Minbarra l-valutazzjonijiet proprji tal-istituzzjonijiet, l- istituzzjonijiet jistgħu jużaw …

17 Qafas ta’ ġestjoni tar -riskju

17 Qafas ta’ ġestjoni tar -riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
152. Il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jivverifikaw li l -politiki, il- mekkaniżmi u l …

Il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jivverifikaw li l -politiki, il- mekkaniżmi u l - proċeduri stabbiliti fil - qafas ta’ kontroll intern jiġu implimentati b’mod korrett fl - oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom.

153. Il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jippreżentaw regolarment rapporti bil -miktub …

Il- funzjonijiet ta’ kontroll intern għandhom jippreżentaw regolarment rapporti bil -miktub dwar nuqqasijiet kbar identifikati lill - korp ta’ ġestjoni. Dawn ir - rapporti għandhom jinkludu, għal kull nuqqas kbir identifikat ġdid, ir -riskji rilevanti involuti, valutazzjoni tal-impatt, rakkomandazzjonijiet u miżuri korrettivi li għandhom jittieħdu. Il - korp ta’ ġestjoni għandu jsegwi s-sejbiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern b’mod effettiv u f’waqtu u jeħtieġ azzjonijiet ta’ rimedju adegwati. Għandha tiddaħħal fis - seħħ proċedura ta’ segwitu formali dwar is -sejbiet u l- miżuri korrettivi.

154. Bħala parti mill - qafas ġenerali ta’ kontroll intern, l -istituzzjon ijiet għandu jkollhom …

Bħala parti mill - qafas ġenerali ta’ kontroll intern, l -istituzzjon ijiet għandu jkollhom qafas olistiku ta’ ġestjoni tar -riskju madwar l- istituzzjoni kollha li jkopri l -linji operatorji u l-unitajiet interni kollha tagħhom, inkluż il - funzjonijiet ta’ kontroll intern, filwaqt li jirrikonoxxu bis - sħiħ is - sustanza ekonomika tal- iskoperturi kollha għar - riskju tagħhom. Il - qafas ta’ ġestjoni tar -riskju għandu jippermetti lill - istituzzjoni tieħu deċiżjonijiet infurmati sew dwar it - teħid ta’ riskji. Il - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jinkludi riskji li jidhru fil - karta bilanċjali u dawk li ma jidhrux fil- karta bilanċjali kif ukoll riskji attwali u riskji futuri li tista’ tkun esposta għalihom l -istituzzjoni. Ir- riskji għandhom jiġu vvalutati minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel, fi ħdan u bejn il -linji operatorji, bl- użu ta’ terminoloġija konsistenti u metodoloġiji kompatibbli fl - istituzzjoni kollha u f’livell konsolidat jew subkonsolidat. Ir- riskji rilevanti kollha għandhom jiġu inklużi fil - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju b’kunsiderazzjoni xierqa kemm għar -riskji finanzjarj i kif ukoll dawk mhux finanzjarji, inklużi riskji ta’ kreditu, tas - suq, ta’ likwidità, ta’ konċentrazzjoni, operazzjonali, tal - IT, ta’ reputazzjoni, legali, ta’ kondotta, ta’ konformità mal- AML/CTF u reati finanzjarji oħra, tal - ESG, u dawk strateġiċi.

155. Qafa s ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ istituzzjoni għandu jinkludi politiki, proċeduri, limiti …

Qafa s ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ istituzzjoni għandu jinkludi politiki, proċeduri, limiti ta’ riskju u kontrolli tar- riskji li jiżguraw identifikazzjoni, kejl jew valutazzjoni, monitoraġġ, ġestjoni, mitigazzjoni u rapportar adegwati, f’waqthom u kontinwi tar -riskji fil-linja operatorja, fl-istituzzjoni u fil-livell konsolidat jew dak subkonsolidat.

156. Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ istituzzjoni għandu jipprovdi gwida speċifika dwar l - …

Qafas ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ istituzzjoni għandu jipprovdi gwida speċifika dwar l - implimentazzjoni tal- istrateġiji tagħha. Fejn xieraq, din il - gwida għandha tistabbilixxi u żżomm limiti interni konsistenti mal- predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni u proporzjonati mal-operat sod, mas- saħħa finanzjarja, mal - bażi kapitali u mal - għanijiet strateġiċi tagħha. Il -profil tar- riskju ta’ istituzzjoni għandu jinżam m f’dawn il-limiti stabbiliti. Il- qafas ta’ ġestjoni tar -riskju għandu jiżgura li, kull meta jkun hemm ksur tal -limiti tar- riskju, ikun hemm proċess definit biex dawn jiġu riferuti u indirizzati bi proċedura ta’ segwitu xierqa.

157. Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jkun soġġett għal rieżami intern indipendenti eż. …

Il- qafas ta’ ġestjoni tar - riskju għandu jkun soġġett għal rieżami intern indipendenti eż. Imwettaq mill - uffiċċju tal - awditjar intern, u jerġa’ jiġi vvalutat b’mod regolari fl -isfond tal-predispożizzjoni għar -riskju tal- istituzzjoni, filwaqt li titqies l -informazzjoni mill-funzjoni ta’ ġestjoni tar -riskju u, fejn stabbilit, mill-kumitat tar-riskju. Il- fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu żviluppi interni u esterni, fosthom il - karta bilanċjali u tibdil fid - dħul; kwalunkwe żieda fil-kumplessità tal-ku mmerċ, tal -profil tar-riskju jew tal-istruttura operatorja tal-istituzzjoni; espansjoni ġeografika; fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet; u l -introduzzjoni ta’ prodotti jew ta’ linji operatorji ġodda.

158. Meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta r-riskji, istituzzj oni għandha tiżviluppa …

Meta tidentifika u tkejjel jew tivvaluta r-riskji, istituzzj oni għandha tiżviluppa metodoloġiji xierqa li jinkludu kemm għodod li jħarsu ’l quddiem kif ukoll dawk li jħarsu lura. Il - metodoloġiji għandhom jippermettu l -aggregazzjoni tal- iskoperturi għar -riskju fost il-linji operatorji u jappoġġjaw l -identifikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet tar -riskju. L- għodod għandhom jinkludu l - valutazzjoni tal-profil tar-riskju attwali kontra l- predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni, kif ukoll l-identifikazzjoni u l- valutazzjoni ta’ skoperturi għar - riskju potenzjali u taħt kriżi taħt firxa ta’ ċirkostanzi negattivi preżunti kontra l - kapaċità għar -riskju tal-istituzzjoni. L- għodod għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe aġġustament fil -profil tar-riskju li jista’ jkun meħtieġ. L - istituzzjonijiet għandhom jagħmlu suppożizzjonijiet konservattivi xierqa meta jibnu xenarji ta’ kriżi.

159. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li r- riżultati tal - metodoloġiji ta’ valutazzjoni …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatt li r- riżultati tal - metodoloġiji ta’ valutazzjoni kwantitattiva, inkluż l -ittestjar tal-istress, jiddependu ferm mill-limitazzjonijiet u s-suppożizzjoni jiet tal- mudelli (inkluż is -severità u t- tul tax - xokk u r -riskji sottostanti). Pereżempju, il - mudelli li juru redditi għolja ħafna fuq il - kapital ekonomiku jistgħu jirriżultaw minn dgħjufija fil - mudelli (eż. l - esklużjoni ta’ xi riskji rilevanti) pjuttost milli strateġija superjuri jew eżekuzzjoni superjuri ta’ strateġija min - naħa tal - istituzzjoni. Għalhekk id -determinazzjoni tal- livell ta’ riskju meħud ma għandhiex tkun ibbażata biss fuq informazzjoni kwantitattiva jew fuq riżultati ta’ mudelli; għandha tinkludi wkoll approċċ kwalitattiv (li jinkludi ġudizzju espert u analiżi kritika). Ix - xejriet u d - data dwar l- ambjent makroekonomiku rilevanti għandhom jiġu indirizzati b’mod espliċitu biex jiġi identifikat l - impatt potenzjali tagħhom fuq l - iskoperturi u fuq il-portafolli.

160. Ir- responsabbiltà aħħarija mill -valutazzjoni tar- riskju hija unikament tal -istituzzjoni …

Ir- responsabbiltà aħħarija mill -valutazzjoni tar- riskju hija unikament tal -istituzzjoni, li, għaldaqstant, għandha tivvaluta r - riskji tagħha b’mod kritiku u ma għandhiex toqgħod esklużivament fuq valutazzjonijiet esterni. Pereżempju, istituzzjoni għandha tivvalida mudell tar- riskju mixtri u tikkalibrah skont iċ - ċirkostanzi individwali tagħha biex jiġi żgurat li l -mudell jaqbad u janalizza r - riskju b’mod preċiż u komprensiv.

161. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji sew mil -limitazzjonijiet tal-mudelli u tal- metriċi …

L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji sew mil -limitazzjonijiet tal-mudelli u tal- metriċi u ma jużawx biss għodod kwantitattivi ta’ valutazzjoni tar - riskju iżda wkoll dawk kwalitattivi (inkluż ġudizzju espert u analiżi kritika).

162. Minbarra l-valutazzjonijiet proprji tal-istituzzjonijiet, l- istituzzjonijiet jistgħu jużaw …

Minbarra l-valutazzjonijiet proprji tal-istituzzjonijiet, l- istituzzjonijiet jistgħu jużaw valutazzjonijiet tar- riskju esterni (inkluż klassifikazzjonijiet tal -kreditu esterni jew mudelli tar-riskji mixtrija esternament). L - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji sew mill -kamp ta’ applikazzjoni eżatt ta’ dawn il -valutazzjonijiet u l-limitazzjonijie t tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/