|
Dawn il-linji gwida jispeċifikaw, f’konformità mal -Artikolu 9(2) tad-Directtiva 2014/59/UE P1F2 P , il-lista minima ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi tal- pjan ta’ rkupru, li għandha tkun inkluża fil -pjanijiet ta’ rkupru żviluppati u vvalutati f’konformità mal -Artikoli 5 sa 9 ta’ dik id- Direttiva kif speċifikat ulterjorment fl-Artikoli 3 sa 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 P2F3 P , l-arranġamenti xierqa għall - monitoraġġ regolari ta’ tali indikaturi, il - punti fejn jistgħu jittieħdu l - azzjonijiet imsemmija fil-pjan ta’ rkupru, l- azzjoni li għandha tittieħed fir -rigward ta’ dawn l-indikaturi u kwalunkwe kundizzjoni meħtieġa għall -applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/59/UE b’rabta ma’ dawn l-indikaturi.
2 Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall -irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d -Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190). 3 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1075 tat-23 ta’ Marzu 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir- rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il -kontenut tal-pjanijiet ta’ rkupru, il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l - pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tal -grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti trid tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta’ rkupru u l-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, il- kundizzjonijiet għall - appoġġ finanzjarju tal -grupp, ir- rekwiżiti għall - valutaturi indipendenti, ir- rikonoxximent kuntrattwali tas - setgħat ta’ valwazzjoni negattiva u konverżjoni u l - avviż tas - sospensjoni u l-funzjonament operattivi tal- kulleġġi ta’ riżoluzzjoni (ĠU L 184, 8.7.2016, p. 1).
|