+Indikaturi tal-kapital
---+40. L-indikaturi tal- kapital għandhom jidentifikaw kwalunkwe deterjorament konsiderevoli attwali …
---+41. Meta tkun qed tagħżel l -indikaturi tal-kapital, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra modi kif …
---+42. L-indikaturi tal- kapital għandhom ukoll ikunu integrati fil - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna …
---+43. Il- livelli limiti għal indikaturi bbażati fuq rekwiżiti regolatorji ta’ kapital għandhom ikunu …
---+44. F’konformità mal- għan tal - proċess ta’ rkupru u l - flessibilità mogħtija lill - istituzzjoni …
---+45. Ġ eneralment, l-indikaturi tal- kapital għandhom ikunu kkalibrati ’l fuq mir - rekwiżit ta’ …
---+46. Il- livelli limiti għall -indikaturi relatati mar- rekwiżiti stipulati fl -Artikoli 45c u 45d …
---+47. Il-livell limitu tal- indikatur għandu jikkunsidra l -profil ta’ maturità tal- …
---+48. Il-kalibrazzjoni tal- livell limitu għal MREL għandu jiġi maqbul mill -awtorità kompetenti …
|
Indikaturi tal-kapital
Indikaturi tal-kapital
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
40. L-indikaturi tal- kapital għandhom jidentifikaw kwalunkwe deterjorament konsiderevoli attwali …
|
L-indikaturi tal- kapital għandhom jidentifikaw kwalunkwe deterjorament konsiderevoli attwali jew possibbli fil-futur fil-kwantità u l-kwalità tal- kapital f’negozju avvjat, inkluż livell dejjem akbar ta’ ingranaġġ.
|
|
41. Meta tkun qed tagħżel l -indikaturi tal-kapital, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra modi kif …
|
Meta tkun qed tagħżel l -indikaturi tal-kapital, l- istituzzjoni għandha tikkunsidra modi kif tindirizza l - kwistjonijiet li jinħolqu mill -fatt li l- kapaċità ta’ tali indikaturi li jippermettu reazzjoni f’waqtha tista’ tkun inqas minn dik ta’ tipi oħrajn ta’ indikaturi, u ċerti miżuri biex tiġi rest awrata l- pożizzjoni ta’ kapital ta’ istituzzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal perjodi ta’ eżekuzzjoni itwal jew għal sensittività akbar għas - suq u kundizzjonijiet oħrajn. B’mod partikolari, dan jista’ jinkiseb permezz tal - istabbiliment ta’ projezzjonijiet l i jħarsu ’l quddiem, li għandhom jikkunsidraw maturitajiet kuntrattwali materjali relatati ma’ strumenti kapitali.
|
|
42. L-indikaturi tal- kapital għandhom ukoll ikunu integrati fil - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna …
|
L-indikaturi tal- kapital għandhom ukoll ikunu integrati fil - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l - Adegwatezza tal-Kapital (ICAAP) tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
43. Il- livelli limiti għal indikaturi bbażati fuq rekwiżiti regolatorji ta’ kapital għandhom ikunu …
|
Il- livelli limiti għal indikaturi bbażati fuq rekwiżiti regolatorji ta’ kapital għandhom ikunu kkalibrati mill - istituzzjoni f’livelli adegwati sabiex tiżgura distanza suffiċjenti minn ksur tar - rekwiżit i ta’ kapital applikabbli għall - istituzzjoni (inklużi r - rekwiżiti ta’ fondi proprji minimi kif speċifikati fl -Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 575/2013 u rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali applikati skont l -Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
44. F’konformità mal- għan tal - proċess ta’ rkupru u l - flessibilità mogħtija lill - istituzzjoni …
|
F’konformità mal- għan tal - proċess ta’ rkupru u l - flessibilità mogħtija lill - istituzzjoni biex taġixxi b’mod indipendenti fil-ksur tal-indikaturi, l-indikaturi tal- kapital regolatorji għandhom jitqiegħdu fuq livell ogħla minn dawk li jippermettu intervent superviżorju.
|
|
45. Ġ eneralment, l-indikaturi tal- kapital għandhom ikunu kkalibrati ’l fuq mir - rekwiżit ta’ …
|
Ġ eneralment, l-indikaturi tal- kapital għandhom ikunu kkalibrati ’l fuq mir - rekwiżit ta’ bafer tal -kapital kombinat. Fejn istituzzjoni tikkalibra l-indikaturi tal- kapital tagħha fi ħdan il - bafers, għandha turi biċ - ċar fil - pjan ta’ rkupru tagħ ha li l- opzjonijiet ta’ rkupru tagħha jistgħu jiġu implimentati f’sitwazzjoni fejn il- bafers ikunu ġew użati bis - sħiħ jew b’mod parzjali.
|
|
46. Il- livelli limiti għall -indikaturi relatati mar- rekwiżiti stipulati fl -Artikoli 45c u 45d …
|
Il- livelli limiti għall -indikaturi relatati mar- rekwiżiti stipulati fl -Artikoli 45c u 45d tad-Direttiva 2014/59/UE (re kwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli – MREL) u l-Artikolu 92a jew 92b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ( TLAC), espressi bħala perċentwali tal -iskopertura totali għar -riskju (TREA) u l-kejl tal-iskopertura totali ( TEM), għandhom ik unu allinjati mal-kalibrazzjoni tal-indikaturi tal-pjan ta’ rkupru tal- kapital regolatorju u għandhom ikunu stabbiliti f’livell ’il fuq minn dak li jippermetti l-intervent tal- awtorità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal -Artikolu 16a tad-Direttiva 2014/59/UE [kif introdott mid-Direttiva (UE) 2019/879] u l-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE [kif emendat mid-Direttiva (UE) 2019/878]. Il- livell limitu ġeneralment għandu jkun ikkalibrat mill- istituzzjoni ’l fuq mir - rekwiżit ta’ bafer kombinat meta jitqies flim kien ma’ (i) ir- rekwiżit minimu tat-TLAC u (ii) l-MREL finali jew il-livelli ta’ mira intermedjarji vinkolanti tal-MREL (jekk differenti) espressi bħala perċentwali tat -TREA. L- istituzzjoni għandha tikkunsidra wkoll kwalunkwe element addizzjonali meqjus rilevanti meta jiġu determinati dawk ir - rekwiżiti, inkluż ir - rekwiżit ta’ subordinazzjoni, fejn applikabbli. Jekk istituzzjoni jkollha tiddeċiedi li tikkalibra l -indikaturi relatati mal-MREL u t- TLAC fi ħdan il - bafers, teħtieġ li turi biċ - ċar fil -pjan ta’ rk upru tagħha li l -opzjonijiet ta’ rkupru tagħha jistgħu jiġu implimentati f’sitwazzjoni fejn il - bafers ikunu ġew użati bis - sħiħ jew b’mod parzjali.
|
|
47. Il-livell limitu tal- indikatur għandu jikkunsidra l -profil ta’ maturità tal- …
|
Il-livell limitu tal- indikatur għandu jikkunsidra l -profil ta’ maturità tal- obbligazzjonijiet eliġibbli u l - kapaċità tal - istituzzjoni li tipposponihom. Għal gruppi bi strateġija ta’ riżoluzzjoni ta’ MPE, fejn il -kamp ta’ applikazzjoni prudenzjali u dak ta’ riżoluzzjoni jistgħu jkunu differenti, l - istituzzjoni għandha tikkalibra l-livell konsolidat tal-indikaturi MREL/TLAC għal kull wieħed u waħda mill -entitajiet/gruppi ta’ riżoluzzjoni.
|
|
48. Il-kalibrazzjoni tal- livell limitu għal MREL għandu jiġi maqbul mill -awtorità kompetenti …
|
Il-kalibrazzjoni tal- livell limitu għal MREL għandu jiġi maqbul mill -awtorità kompetenti b’konsultazzjoni mal- awtorità ta’ riżoluzzjoni waqt il -valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru. M alli tiġi nnotifikata mill-istituzzjoni bi ksur tal-indikatur MREL, l- awtorità kompetenti għandha tinforma lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni u tikkoopera magħha filwaqt li tqis l -importanza tal- MREL għall -objettivi tar-riżoluzzjoni skont l -Artikolu 31 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|