+44. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - possibbiltà li istituzzjoni ta’ kreditu twettaq …

44. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - possibbiltà li istituzzjoni ta’ kreditu twettaq …

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - possibbiltà li istituzzjoni ta’ kreditu twettaq attivitajiet stabbiliti fl - Anness I tas - CRD u skont il - liġi nazzjonali. Il - valutazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju għandha għalhekk tkopri l - attivitajiet kollha previsti mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti fil - programm ta’ operazzjonijiet, inklużi dawk li jmorru lil hinn mit - teħid ta’ depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il -pubbliku u l- għoti ta’ krediti f’isimha stess, irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti fl - Anness I tas - CRD, jew attivitajiet ulterjuri skont il - liġi nazzjonali. L -awtorita jiet kompetenti għandhom jeżaminaw il - konsistenza u l - korrispondenza bejn l - attivitajiet previsti u l - organizzazzjoni interna tal - applikant, u n- nuqqas ta’ elementi li jistgħu jipprevjenu l - eżerċizzju effettiv tal - funzjonijiet superviżorji tagħhom. Fuq daw n il-linji, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċaraw li, ladarba tkun awtorizzata, l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun soġġetta għal skrutinju komprensiv tal- attivitajiet kollha mwettqa mill - istituzzjoni ta’ kreditu esklussivament għall -finijiet tad-determinazzjoni tal - impatt ta’ tali attivitajiet kollha fuq ir - regolamentazzjoni prudenzjali u s - superviżjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu kollha kemm hi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/