+5.1 Attivitajiet li jeħtieġu l - applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
---+42. Skont id-Direttiva 2013/36/UE, il- protezzjoni tat -tfaddil u tal- istabbiltà finanzjarja …
---+43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw li l - applikant jissodisfa l - elementi kollha …
---+44. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - possibbiltà li istituzzjoni ta’ kreditu twettaq …
---+45. Meta l -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-mudell tan- negozju tal - istituzzjoni ta’ …
---+46. Fin - nuqqas ta’ kunċett komuni tal -UE tal-elementi li jiffurmaw id- definizzjoni ta’ …
---+47. Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “li n - negozju tagħha” hijiex issodisfata, l …
---+48. Skont il- prinċipju ġenerali tal - protezzjoni tat -tfaddil, meta jivvalutaw jekk l- …
---+49. Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “depożiti” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet kompetenti …
---+50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnutaw ukoll li d - depożiti jistgħu jieħdu diversi …
---+51. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw ukoll, fost affarijiet oħra, li l - esklużjonijiet …
---+52. Meta jiġi vvalutat jekk l - espressjoni speċifika “fondi ripagabbli oħra” hijiex issodisfata, l …
---+53. Meta jivvalutaw jekk id - depożiti jew fondi ripagabbli oħra jittiħdux “mingħand il -pubbliku” …
---+54. Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “tagħti kreditu” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet …
---+55. Bħala parti mill - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ …
---+56. Fejn, abbażi tal - informazzjoni sottomessa mal - applikazzjoni, ma jkunx kompletament ċar li t …
|
5.1 Attivitajiet li jeħtieġu l - applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
5.1 Attivitajiet li jeħtieġu l - applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
42. Skont id-Direttiva 2013/36/UE, il- protezzjoni tat -tfaddil u tal- istabbiltà finanzjarja …
|
Skont id-Direttiva 2013/36/UE, il- protezzjoni tat -tfaddil u tal- istabbiltà finanzjarja tirrikjedi li t - twettiq tal - attività bħala istituzzjoni ta’ kreditu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill- awtorità kompetenti li tista’ tingħata biss wara l - valutazzjoni pożitt iva tal- applikazzjoni sottomessa mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti.
|
|
43. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw li l - applikant jissodisfa l - elementi kollha …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw li l - applikant jissodisfa l - elementi kollha tad - definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fil -punt (1), ittra (a) tal-Artikolu 4(1) tas - CRR – “impriża li n - negozju tagħha huwa li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il - pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess”. B’mod partikolari, huma għandhom jivvalutaw li kemm l- attività “li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il - pubbliku” kif ukoll “li tagħti krediti f’isimha stess” ser tiġi eżerċitata mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti.
|
|
44. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - possibbiltà li istituzzjoni ta’ kreditu twettaq …
|
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall - possibbiltà li istituzzjoni ta’ kreditu twettaq attivitajiet stabbiliti fl - Anness I tas - CRD u skont il - liġi nazzjonali. Il - valutazzjoni mill -awtoritajiet kompetenti tal- pjan ta’ direzzjoni tan - negozju għandha għalhekk tkopri l - attivitajiet kollha previsti mill - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti fil - programm ta’ operazzjonijiet, inklużi dawk li jmorru lil hinn mit - teħid ta’ depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il -pubbliku u l- għoti ta’ krediti f’isimha stess, irrispettivament minn jekk ikunux stabbiliti fl - Anness I tas - CRD, jew attivitajiet ulterjuri skont il - liġi nazzjonali. L -awtorita jiet kompetenti għandhom jeżaminaw il - konsistenza u l - korrispondenza bejn l - attivitajiet previsti u l - organizzazzjoni interna tal - applikant, u n- nuqqas ta’ elementi li jistgħu jipprevjenu l - eżerċizzju effettiv tal - funzjonijiet superviżorji tagħhom. Fuq daw n il-linji, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċaraw li, ladarba tkun awtorizzata, l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun soġġetta għal skrutinju komprensiv tal- attivitajiet kollha mwettqa mill - istituzzjoni ta’ kreditu esklussivament għall -finijiet tad-determinazzjoni tal - impatt ta’ tali attivitajiet kollha fuq ir - regolamentazzjoni prudenzjali u s - superviżjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu kollha kemm hi.
|
|
45. Meta l -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-mudell tan- negozju tal - istituzzjoni ta’ …
|
Meta l -awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-mudell tan- negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu ap plikanti ma jissodisfax l - elementi kollha tad - definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbiliti fil-punt (1), l-ittra (a) tal-Artikolu 4(1) tas - CRR, huma jirrifjutaw li jagħtu l - awtorizzazzjoni.
|
|
46. Fin - nuqqas ta’ kunċett komuni tal -UE tal-elementi li jiffurmaw id- definizzjoni ta’ …
|
Fin - nuqqas ta’ kunċett komuni tal -UE tal-elementi li jiffurmaw id- definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbilit fil -punt (1), l-ittra (a) tal-Artikolu 4(1) tas - CRR, dawn il -Linji Gwida jindikaw lill-awtoritajiet kompetenti aspetti ewlenin ta’ tali elementi kif ukoll oqsma li jeħtieġu attenzjoni speċjali mil l-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw l- applikazzjoni.
|
|
47. Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “li n - negozju tagħha” hijiex issodisfata, l …
|
Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “li n - negozju tagħha” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivvalutaw li l - kombinazzjoni taż - żewġ attivitajiet li “tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il - pubbliku” u “tagħti krediti f’isimha stess” titwettaq fuq bażi regolari u sistematika.
|
|
48. Skont il- prinċipju ġenerali tal - protezzjoni tat -tfaddil, meta jivvalutaw jekk l- …
|
Skont il- prinċipju ġenerali tal - protezzjoni tat -tfaddil, meta jivvalutaw jekk l- espressjoni “‘tieħu’ depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il - pubbliku” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, fost affarijiet oħra, li l - mudell kummerċjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (u b’hekk l - istruttura ta’ finanzjament tagħha) ikopri r - riċeviment u/jew iż - żamma ta’ tali depożiti u fondi oħra ripagabbli sakemm jitħallsu lura kompletament. Ir - ripagament sħiħ huwa relatat mal - ammont kapitali bi kwalunkwe imgħax dovut, jekk ikun hemm.
|
|
49. Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “depożiti” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet kompetenti …
|
Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “depożiti” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiffukaw l - attenzjoni tagħhom tal - anqas fuq l - iżgurar li dawn ikunu: - a. somma ta’ munita ta’ kors legali fi kwalunkwe forma (bħal muniti, karti tal - flus, flus skritturali, eċċ.);
- b. ripagabbli fuq talba jew f’punt fiż - żmien miftiehem kuntrattw alment u bl- imgħax jew primjum jew mingħajru;
- c. riċevuti minn partijiet terzi (persuni ġuridiċi jew fiżiċi);
- d. riċevuti matul it - twettiq tal - attività bħala negozju.
|
|
50. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnutaw ukoll li d - depożiti jistgħu jieħdu diversi …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinnutaw ukoll li d - depożiti jistgħu jieħdu diversi forom, j istgħu jkunu trasferibbli, jew depożiti oħra, inklużi depożiti ta’ tfaddil, depożiti għal terminu fiss jew ċertifikati ta’ depożitu mhux negozjabbli.
|
|
51. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw ukoll, fost affarijiet oħra, li l - esklużjonijiet …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw ukoll, fost affarijiet oħra, li l - esklużjonijiet tal - kunċett ta’ depożitu eliġibbli u l -obbligu ta’ ripagament mill- iskema ta’ garanzija tad - depożiti kif stabbilit fl -Artikolu 5(1) tad- Direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta’ garanzija tad - depożiti (“DGSD”) ma jaffettwawx il - kunċett ta’ “depożiti” għall -finijiet tal- għoti tal- awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
52. Meta jiġi vvalutat jekk l - espressjoni speċifika “fondi ripagabbli oħra” hijiex issodisfata, l …
|
Meta jiġi vvalutat jekk l - espressjoni speċifika “fondi ripagabbli oħra” hijiex issodisfata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għal “strumenti finanzjarji li għandhom il-karatteristika intrinsika tal - ħlas lura” kif ukoll “dawk li, għalkemm ma għandhomx dik il - karatteristika, huma s - suġġett ta’ ftehim kuntrattwali biex jitħallsu lura l - fondi mħallsa”7 . Huma għandhom iqisu wkoll li tali kunċett għandu jinkludi bonds u titoli komparabbli oħra bħal ċertifikati negozjabbli (mhux nominattivi) ta’ depożitu, dment li dawn jinħarġu kontinwament mill- istituzzjoni ta’ kreditu8 .
7 Il-Qorti tal- Ġustizzja, 12 ta’ Frar 1999, C -366/97, Romanelli . 8 Il- premessa 14 tas - CRD taqra “L -ambitu tal- miżuri li jikkoordinaw is - superviżjoni tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għalhekk għandu jkun kemm jista’ jkun wiesa’, u jkopri l - istituzzjonijiet kollha li n -nego zju tagħhom huwa li jirċievu fondi ripagabbli mill-pubbliku, kemm fil- forma ta’ depożiti jew f’forom oħrajn bħall - ħruġ kontinwu ta’ bonds u titoli oħrajn komparabbli [...]” (enfasi miżjuda).
|
|
53. Meta jivvalutaw jekk id - depożiti jew fondi ripagabbli oħra jittiħdux “mingħand il -pubbliku” …
|
Meta jivvalutaw jekk id - depożiti jew fondi ripagabbli oħra jittiħdux “mingħand il -pubbliku”, l-awtorita jiet kompetenti għandhom jiffokaw b’mod partikolari fuq jekk “depożiti jew fondi ripagabbli oħra” jiġux riċevuti bħala negozju minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi għajr l - istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
54. Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “tagħti kreditu” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet …
|
Meta jivvalutaw jekk l - espressjoni “tagħti kreditu” hijiex issodisfata, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw b’mod partikolari fuq jekk l - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti hijiex ser tikkonkludi ftehimiet għall - għoti ta’ somma ta’ flus għal skop speċifikat jew mhux speċifikat, għal perijodu ta’ żmien li għandu jiġi miftiehem, u li għandha titħallas lura f’konformità mal - kundizzjonijiet miftiehma, li normalment jipprevedu rimunerazzjoni. Fir - rigward speċifiku tal - espressjoni “f’isimha stess”, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni ta ’ kreditu applikanti tipprevedix li tkun il -kreditur tal- finanzjament mogħti.
|
|
55. Bħala parti mill - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ …
|
Bħala parti mill - valutazzjoni għall - għoti tal - awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll jekk l - għoti ta’ awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu huwiex meħtieġ mis - sitwazzjoni sottostanti u ċ - ċirkostanzi attwali tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti. Huma għandhom jivvalutaw l - adegwatezza u l - ħtieġa tal - awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu, filwaqt li jqisu l -attivitajiet li l- istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biħsiebha twettaq.
|
|
56. Fejn, abbażi tal - informazzjoni sottomessa mal - applikazzjoni, ma jkunx kompletament ċar li t …
|
Fejn, abbażi tal - informazzjoni sottomessa mal - applikazzjoni, ma jkunx kompletament ċar li t - twettiq ta’ negozju bħala istituzzjoni ta’ kreditu jkun l - intenzjoni kummerċjali att wali tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l - livell ta’ skrutinju tal- applikazzjoni. Dan huwa il - każ partikolarment fejn jidentifikaw konformità limitata jew formali mal-komponenti individwali tad- definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. F’ċirkostanzi bħal dawn l - awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw ir - raġunijiet kummerċjali addizzjonali possibbli tal - istituzzjoni ta’ kreditu applikanti li jappoġġaw is - sottomissjoni tal - applikazzjoni, bħall - benefiċċji li jirriżultaw mill - istatus ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’termini ta’ reputazzjoni, aċċess għal sistemi ta’ pagament u saldu u finanzjament orħos. L - awtoritajiet kompetenti għandhom, fost affarijiet oħra, jagħmlu enfasi partikolari fuq il- livell ta’ riskju tal - attivitajiet maħsuba u l -vijabbiltà tal- mudell kummerċjali, filwaqt li jqisu wkoll, fost affarijiet oħra, l - effetti negattivi potenzjali fuq l - iskemi ta’ garanzija tad - depożiti u l - ammont u l-kwalità tal- kollateral maħżun fil - banek ċ entrali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|