+167. Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta …

167. Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta …

Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ir - riskji ewlenin għad - ditta tal - investiment f’każ ta’ stralċ. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - aspetti li ġejjin: sa fejn ikunu rilevanti għad - ditta tal - investiment u l - informazzjoni tkun disponibbli:

52

  • a. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li tkopri l - kostijiet operatorji tagħha, inklużi l - kostijiet taż - żamma tal - proċess intern jew esternalizzat ewlieni tagħha u tas - sistemi tal - IT, li jippermettulha tkompli tiffunzjona f’livell li jippermetti stralċ ordnat;
  • b. il- kapaċità tad -di tta tal - investiment li tiddisponi f’waqtha mill - assi fissi tagħha u tassorbi t - telf assoċjat;
  • c. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li timmaniġġa/tkeċċi l - impjegati tagħha, filwaqt li tqis ir - rekwiżiti tal - leġiżlazzjoni rilevanti dwar l - impjiegi, speċjalment f’każijiet li fihom id - ditta tal - investiment ikollha entitajiet transfruntiera, u l - kostijiet li tista’ tinvolvi (b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal - ħlasijiet potenzjali ta’ terminazzjoni);
  • d. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li żżomm lill - impjegati ewlenin biex iwettqu l - istralċ u l - kostijiet li tista’ tinvolvi; u
  • e. kwalunkwe kost jew riskju operazzjonali ieħor li jista’ jirriżulta matul il - proċess ta’ stralċ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/