+6.2 Valutazzjoni ta’ stralċ ordnat tad - ditta tal - investiment
---+158. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jivvalutaw il - proċess għall - istralċ …
---+159. Hemm ħafna xenarji li d - ditta tal - investiment tista’ tagħlaq taħthom. Filwaqt li jwettqu …
---+160. Biex jistabbilixxu xenarji adegwati skont il - paragrafu 159, l- awtoritajiet kompetenti …
---+161. Meta jkun disponibbli pjan ta’ rkupru, jekk ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+162. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - perjodu ta’ żmien adegwat għall - …
---+163. Biex jiġi ddeterminat il - perjodu ta’ żmien mistenni ta’ stralċ ordnat, l - awtoritajiet …
---+164. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id - diversi partijiet ikkonċernati li …
---+165. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq il - …
---+166. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq is - …
---+167. Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta …

6.2 Valutazzjoni ta’ stralċ ordnat tad - ditta tal - investiment

6.2 Valutazzjoni ta’ stralċ ordnat tad - ditta tal - investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
158. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jivvalutaw il - proċess għall - istralċ …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u jivvalutaw il - proċess għall - istralċ ordnat tad - ditta tal - investiment f’xenarji plawżibbli li jirriflettu l - mudell tan - negozju u l - istrateġija tad - ditta tal - investiment. Il - livelli ta’ dettalji ta’ tali valutazzjoni inkluż in - numru ta’ xenarji kkunsidrati għandu jiġi ddeterminat filwaqt li jitqiesu l - mudell tan - negozju, l -

50 iskala u l - kumplessità tal - attivitajiet imwettqa m id- ditta tal - investiment. Il - valutazzjoni għandha tinkludi tal - inqas l - elementi li ġejjin:

  • a. l- identifikazzjoni ta’ xenarji ta’ stralċ;
  • b. l- identifikazzjoni tal - perjodu ta’ żmien realistiku għall - istralċ tad - ditti tal - investiment; u
  • c. il- valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ ta’ ditta tal - investiment fuq il - klijenti, il - kontropartijiet u s - swieq tagħha, u fuq id - ditta tal - investiment stess.

6.2.1 Identifikazzjoni ta’ xenarji ta’ stralċ

159. Hemm ħafna xenarji li d - ditta tal - investiment tista’ tagħlaq taħthom. Filwaqt li jwettqu …

Hemm ħafna xenarji li d - ditta tal - investiment tista’ tagħlaq taħthom. Filwaqt li jwettqu l- analiżi tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq xenarju wieħed jew aktar li fih id - ditta tal - investiment ma tibqax vijabbli u tkun obbligata li tagħlaq in - negozju tagħha. Xi xenarji tipiċi li jistgħu jitqiesu mill- awtoritajiet kompetenti huma:

  • a. it - telf finanzjarju sinifikanti minħabba ċaqliq ekonomiku sever; u
  • b. it - telf ta’ infrastruttura kritika li huwa impossibbli li tiġi sostitwita fil - ħin.
160. Biex jistabbilixxu xenarji adegwati skont il - paragrafu 159, l- awtoritajiet kompetenti …

Biex jistabbilixxu xenarji adegwati skont il - paragrafu 159, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta rilevanti, l - informazzjoni li ġejja, filwaqt li jibnu fuq l - analiżi mwettqa skont it - Titolu 4 (Analiżi tal - Mudell tan - Negozju):

  • a. il- forma ġuridika tad - ditta tal - investiment u r - rekwiżiti ta’ insolvenza applikabbli relatati;
  • b. il- mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment u l - vulnerabbiltajiet relatati;
  • c. il- motivaturi ewlenin tad - dħul u tal - kostijiet tad - ditta tal - investiment;
  • d. id- dħul u l - ħruġ ta’ flus ewlenin;
  • e. l- għodod u l - proċessi operatorji interni jew esternalizzati ewlenin (sistemi tal -IT essenzjali); u
  • f. l- attivitajiet kummerċjali ewlenin, speċjalment dawk li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu stralċati jew li huma soġġetti għal interkonnettività interna/esterna għolja.
161. Meta jkun disponibbli pjan ta’ rkupru, jekk ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta jkun disponibbli pjan ta’ rkupru, jekk ikun xieraq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw fuq ix - xenarji tal - pjan ta’ rkupru billi jkomplu jisħquhom biex jilħqu stralċ (jiġifieri sitwazzjonijiet meta l - għażliet ta’ rkupru ma jkunux disponibbli).

6.2.2 Identifikazzjoni tal- perjodu ta’ żmien adegwat għall - istralċ

162. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - perjodu ta’ żmien adegwat għall - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - perjodu ta’ żmien adegwat għall - istralċ ordnat tad - ditta tal - investiment. B’mod partik olari, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ikunx meħtieġ perjodu ta’ żmien itwal minn tliet xhur għall - istralċ ordnat tan - negozji tad - ditti tal - investiment.

51

163. Biex jiġi ddeterminat il - perjodu ta’ żmien mistenni ta’ stralċ ordnat, l - awtoritajiet …

Biex jiġi ddeterminat il - perjodu ta’ żmien mistenni ta’ stralċ ordnat, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - aspetti dettaljati fil - paragrafi 165 sa 167 , li jista’ jkollhom impatt fuq id - durata ta’ stralċ. L - awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw ukoll fuq il - perjodu medju ta’ żmien ta’ stralċ ordnat li jkun twettaq qabel għal ditti tal - investiment b’karatteristiċi simili fil - ġuriżdizzjoni tagħhom.

6.2.3 Valutazzjoni tal- impatt ta’ stralċ fuq il -klijenti, il-kontropartijiet, u s- swieq

164. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id - diversi partijiet ikkonċernati li …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw id - diversi partijiet ikkonċernati li jistgħu jiġu affettwati mill - istralċ tad - ditta tal - investiment, fix - xenarji analizzati. Filwaqt li jwettqu l - valutazzjoni tal - impatt tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal - inqas il - klijenti ewlenin, il - kontropartijiet u s - swieq l - oħrajn tad - ditta tal - investiment.

165. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq il - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq il - klijenti tad - ditta tal - investiment. Tali valutazzjoni għandha tinkludi tal - inqas l - aspetti li ġejjin, sa fejn tkun disponibbli l - informazzjoni rilevanti:

  • a. il- kapaċità tad - ditti ta l- investiment li jagħlqu t - tranżazzjoni pendenti u l - konsegwenzi li tali għeluq jista’ jkollu fuq il - klijenti u fuq id - ditta tal - investiment stess (jiġifieri jekk id - ditta tal - investiment hijiex se ssofri minn penali ta’ terminazzjoni, jew tariffi legali);
  • b. meta l - kuntratti ma jkunux kanċellabbli, il - kapaċità tad - ditta tal - investiment li tittrasferihom kollha lil istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u b’liema kostijiet; u
  • c. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li tirritorna f’waqtha il - flus tal - klijenti miżmum a u l - assi taħt il - kustodja tad - ditta tal - investiment, f’konformità mar - regoli introdotti skont id - Direttiva 2014/65/UE.
166. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq is - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjoni tal - impatt ta’ stralċ fuq is - swieq li d - ditta tal - investiment tkun qed topera fuqhom. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw b’mod partikolari fuq is - sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. meta sehem għoli tan - negozju tad - ditta tal - investiment jitwettaq f’suq wieħed jew f’xi swieq speċifiċi; u
  • b. meta d - ditta tal - investiment tkun fornitur ewlieni tan - negozju f’suq speċifiku.

6.2.4 Valutazzjoni tal- impatt ta’ stralċ fuq id -ditta tal-investiment

167. Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta …

Abbażi tal - analiżi tal - istruttura organizzazzjonali u tal - mudell operattiv tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ir - riskji ewlenin għad - ditta tal - investiment f’każ ta’ stralċ. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - aspetti li ġejjin: sa fejn ikunu rilevanti għad - ditta tal - investiment u l - informazzjoni tkun disponibbli:

52

  • a. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li tkopri l - kostijiet operatorji tagħha, inklużi l - kostijiet taż - żamma tal - proċess intern jew esternalizzat ewlieni tagħha u tas - sistemi tal - IT, li jippermettulha tkompli tiffunzjona f’livell li jippermetti stralċ ordnat;
  • b. il- kapaċità tad -di tta tal - investiment li tiddisponi f’waqtha mill - assi fissi tagħha u tassorbi t - telf assoċjat;
  • c. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li timmaniġġa/tkeċċi l - impjegati tagħha, filwaqt li tqis ir - rekwiżiti tal - leġiżlazzjoni rilevanti dwar l - impjiegi, speċjalment f’każijiet li fihom id - ditta tal - investiment ikollha entitajiet transfruntiera, u l - kostijiet li tista’ tinvolvi (b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal - ħlasijiet potenzjali ta’ terminazzjoni);
  • d. il- kapaċità tad - ditta tal - investiment li żżomm lill - impjegati ewlenin biex iwettqu l - istralċ u l - kostijiet li tista’ tinvolvi; u
  • e. kwalunkwe kost jew riskju operazzjonali ieħor li jista’ jirriżulta matul il - proċess ta’ stralċ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/