+31. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li …

31. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li …

L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li jidentifikaw l - oġġetti li għandhom jiġu inklużi fil -perimetru tat- trasferiment sabiex ikunu jaqblu mal - karatteristiċi tal -kumpanija tal- immaniġġjar tal - assi (KMA) kif definiti mill -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. F’dan ir -rigward, skont l-Artikolu 42(5), punt (c), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk it - trasferiment huwiex meħtieġ biex jimmassimizzaw ir-rikavat tal- likwidazzjoni, għalhekk il -mudell ta’ negozju tal- KMA u l - istrateġija tal - ħruġ m’għandhomx jiġu injorati. B’mod partikolari, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li:

  • - il-perimetru tat-trasferiment ikun konformi mal-mudell ta’ negozju tal- KMA, jekk ikun diġà twaqqaf, jew iqisu l -mudell ta’ negozju tal- KMA li għandu jiġi s tabbilit. Il-kumpaniji tal-immaniġġjar tal - assi jistgħu jiġu ddisinjati biex ikunu ffukati fuq assi wieħed jew speċjalizzati f’żona ġeografika;
  • - speċjalment fil - każ tal - KMA li hija mistennija li tassorbi portafolli u attivitajiet minn istituzzjonijiet differenti, ikun hemm koerenza bejn il-perimetru tat-trasferiment u l-istrateġija tad - disponiment li tiżgura l -massimizzazzjoni tar-rikavati minn likwidazzjoni, tevita l- qerda tal -valur u tiskatta effetti ta’ skala;
  • - kemm jista’ jkun, il-perimetru tat-trasferiment jippermetti lill- KMA tilħaq daqs kritiku sabiex tibbenefika minn ekonomiji ta’ skala. Idealment, id- daqs kritiku jenħtieġ li jibqa’ fi ħdan il -proporzjonijiet tas- suq li topera fih;
  • - il-perimetru tat- trasferiment ipoġġi lill - KMA f’pożizzjoni li tirkupra valur fit-tul akbar mill-valur tas- suq fid -data tal-valutazzjoni f’konformità mal-paragrafu 32 ta’ dawn il-linji gwida, li jfisser li portafolli bi prospetti negattivi fit- tul jenħtieġ li jitqiesu bir - reqqa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/