+4.1 Konsiderazzjonijiet speċifiċi għal kull għodda ta’ trasferiment
---+16. Jekk strateġija ta’ riżoluzzjoni tinkludi l - għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, l -awtoritajiet ta’ …
---+17. Għal ftehim ta’ negozju dwar l -ishma, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw kif il …
---+18. Għal ftehimiet ta’ negozju dwar l -assi, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw sa liema …
---+19. F’konformità mal-paragrafu 11 ta’ dawn il-linji gwida, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jgħinu …
---+20. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw ukoll il - kapaċità tas - suq biex jassorbu l …
---+21. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jingranaw fuq l - eżerċizzju deskritt fil …
---+22. Safejn ikun possibbli u sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet …
---+23. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - għanijiet u l - istrateġija ta’ ħruġ tal …
---+24. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill -awtoritajiet t a’ riżoluzzjoni billi …
---+25. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw il -profil tar-riskju tal-assi, id-drittijiet u …
---+26. Jekk l- Istituzzjoni Tranżitorja tkun iddisinjata biex tappoġġja istituzzjoni waħda biss, l …
---+27. Sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill …
---+28. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - kundizzjonijiet li taħthom it …
---+29. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu jekk huwiex fattibbli li jitħaddem ftehim …
---+30. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -informazzjoni kkomunikata mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni …
---+31. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li …
---+32. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jistabbilixxu metodoloġija għall -istituzzjonijiet …
---+33. Sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill …
---+34. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - kundizzjonijiet li taħthom it …

4.1 Konsiderazzjonijiet speċifiċi għal kull għodda ta’ trasferiment

4.1.1 Bejgħ ta’ Negozju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
16. Jekk strateġija ta’ riżoluzzjoni tinkludi l - għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, l -awtoritajiet ta’ …

Jekk strateġija ta’ riżoluzzjoni tinkludi l - għodda ta’ bejgħ ta’ negozju, l -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jevalwaw, bħala parti mill - ippjanar ta’ riżoluzzjoni, ir -riskju ta’ eżekuz zjoni ta’ ftehimiet ta’ negozju dwar l-assi u l-ishma5 u jqisu t - tranżazzjoni l - inqas intrużiva li tilħaq l - aħjar l - għanijiet ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal -paragrafi 10 sa 15.


5 Il-ftehim ta’ negozju dwar l-ishma jikkonsisti fi trasferiment (kif definit fl-Artikolu 63(1), punt (c), tad-Direttiva 2014/59/UE) ta’ strumenti ta’ sjieda (kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (61), id-Direttiva 2014/59/UE) lil riċevitur (kif definit fl-Artikolu 2(1), punt (80), id-Direttiva 2014/59/UE), filwaqt li l -ftehim ta’ negozju dwar l-assi huwa trasferiment (kif definit fl-Artikolu 63(1), punt d, tad-Direttiva 2014/59/UE) ta’ assi, drittijiet u/jew obbligazzjonijiet lil riċevitur (kif definit fl -Artikolu 2(1), punt (80), tad-Direttiva 2014/59/UE).

17. Għal ftehim ta’ negozju dwar l -ishma, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw kif il …

Għal ftehim ta’ negozju dwar l -ishma, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw kif il -perimetru tat-trasferiment jattira l-interess tas- suq minħabba l - għan li jimmassimizza l -prezz tal-bejg ħ għall - perimetru tat- trasferiment sa fejn ikun possibbli, b’kunsiderazzjoni għax - xogħol ta’ ppjanar ta’ rkupru, tranżazzjonijiet komparabbli, referenzi ta’ valutazzjoni jew xejriet tas - suq. L - istituzzjonijiet jenħtieġ li mbagħad jikkomunikaw l - eżitu ta’ d in l- analiżi lill -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, sabiex dawn iqisuh fil -valutazzjoni tat- trasferibbiltà tagħhom fil -kuntest tal-ippjanar ta’ riżoluzzjoni. Din il - valutazzjoni jenħtieġ li tqis, meta jkunu disponibbli, l -attivitajiet, il-mudell ta’ negozju, il-prestazzjonijiet finanzjarji, ir-relazzjonijiet mal-klijenti, il-kanali tad-distribuzzjoni u t- tqassim ġeografiku tal -perimetru tat-trasferiment.

18. Għal ftehimiet ta’ negozju dwar l -assi, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw sa liema …

Għal ftehimiet ta’ negozju dwar l -assi, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw sa liema punt il - perimetru tat-trasferiment jattira l-interess tas- suq, billi jqisu oġġetti addizzjonali li jagħmlu l - perimetru aktar attraenti għax - xerrej, inklużi l - flus kontanti, assi likwidi oħra u self produttiv. Imbagħad huma jenħtieġ li jikkomunikaw l - eżitu ta’ din l - analiż i lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, sabiex dawn iqisuh fil -valutazzjoni tat- trasferibbiltà tagħhom fil -kuntest tal-ippjanar ta’ riżoluzzjoni.

19. F’konformità mal-paragrafu 11 ta’ dawn il-linji gwida, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jgħinu …

F’konformità mal-paragrafu 11 ta’ dawn il-linji gwida, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jgħinu fl - identifikazzjoni ta’ opportunitajiet disponibbli biex itejbu d-definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment bil- għan li tiġi ffaċilitata l -implimentazzjoni tat-trasferiment. B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jqisu jekk il -perimetru tat- trasferiment jistax jiġi ssimplifikat sabiex jitnaqqsu r - riskji ta’ eżekuzzjoni fir - riżoluzz joni. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jqisu wkoll l - għażliet li għandhom jiġu applikati għad -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment sabiex jimmassimizzaw is- suċċess tat - trasferiment bħal garanziji fuq portafoll ta’ assi (Artikolu 101(1), punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE) jew “carve- outs” ta’ ċerti assi, drittijiet u/jew obbligazzjonijiet mhux mixtieqa li mhumiex meħtieġa għall - kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi u/jew linji ta’ negozju ewlenin, li jingranaw l-identifikazzjoni ta’ unitajiet tal-perimetru tat-trasferiment skont il-paragrafu 21.

20. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw ukoll il - kapaċità tas - suq biex jassorbu l …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw ukoll il - kapaċità tas - suq biex jassorbu l -perimetru tat-trasferiment, billi jivvalutaw l- eżistenza ta’ investituri terzi b’fondi suffiċjenti, fil - każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’kapital żejjed u/jew aċċess suffiċjenti għas - suq, esperjenza ta’ integrazzjoni preċedenti u xierqa fir -rigward tal- kompetizzjoni u konsiderazzjonijiet strateġiċi. Imbagħad l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jikkomunikaw l - eżitu ta’ din l - analiżi lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

21. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jingranaw fuq l - eżerċizzju deskritt fil …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jingranaw fuq l - eżerċizzju deskritt fil -paragrafi 18 u 25 tal- linji gwida ta’ hawn fuq biex iqisu l -possibbiltà ta’ akkwirenti potenzjali differenti g ħal partijiet differenti tal-perimetru tat-trasferiment skont is- swieq ikkonċernati, il - kapaċità ta’ assorbiment tagħhom jew il - ġeografija tal - attivitajiet, sabiex jimmassimizzaw iċ - ċansijiet ta’ suċċess tal - istrateġija tat - trasferiment u jappoġġjaw ir - riżolvibbiltà. Fejn meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu d - diviżjoni tal -perimetru tat-trasferiment f’unitajiet sabiex l- istrateġija ta’ riżoluzzjoni tiġi adattata aħjar għall -kun dizzjonijiet imprevedibbli ta’ riżoluzzjoni u biex jiġu ttestjati x -xenarji differenti possibbli.

22. Safejn ikun possibbli u sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet …

Safejn ikun possibbli u sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li janalizzaw iċ - ċaqliq potenzjali tal - perimetru li jista’ jinqala’ waqt li n -negozju tal-istituzzjoni jkun qed jevolvi u l - kundizzjonijiet ekonomiċi jkunu qed jinbidlu, u jikkomunikaw l - eżitu ta’ din l - analiżi lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. Il -bidliet strutturali u l- impatti prevedibbli jenħtieġ li jitqiesu kemm jista’ jkun. Bħala minimu, jenħtieġ li jitqies l -impatt tal- għażliet ta’ rkupru fuq l - assi, id-drittijiet u/jew l- obbligazzjonijiet eliġibbli għall -perimetru tat-trasferiment ewlieni (l-ewwel saff) ibbażat fuq il -paragrafi 13.a, 19 u 20 ta’ hawn fuq ta’ dawn il -linji gwida.

4.1.2 Istituzzjoni Tranżitorja

23. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - għanijiet u l - istrateġija ta’ ħruġ tal …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - għanijiet u l - istrateġija ta’ ħruġ tal -Istituzzjoni Tranżitorja, meta wieħed iqis ix -xenarju kkunsidrat, meta jistabbilixxu l- metodoloġija għad - definizzjoni tal- perimetru li għandu jiġi trasferit għal Istituzzjoni Tranżitorja, soġġett għall - paragrafi 10 sa 13 ta’ dawn il-linji gwida. B’mod partikolari, il-perimetru tat-trasferiment ewlieni (l-ewwel saff) jista’ jiġi definit b’mod differenti jekk l - Istituzzjoni Tranżitorja tkun stabbilita biex timplimenta aktar is- separazzjoni meħtieġa fi ħdan l - istituzzjoni, jew biex tiġbor assi, drittijiet u obbligazzjonijiet minn istituzzjonijiet differenti soġġetti għal riżoluzzjoni skont l -Artikolu 40 (1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jew jekk l- Istituzzjoni Tranżitorja għandha tinbiegħ kollha kemm hi jew f’biċċiet skont l -artikolu 41(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

24. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill -awtoritajiet t a’ riżoluzzjoni billi …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill -awtoritajiet t a’ riżoluzzjoni billi jittestjaw l - applikabbiltà (skont il-paragrafu 12(b) u l-paragrafu 15 ta’ dawn il-linji gwida) tad-definizzjoni tal-perimetru tat- trasferiment, billi jappoġġjaw il -valutazzjoni tar-riskju tal- eżekuzzjoni, jagħtu pariri dwar titjib potenzjali tal-perimetru tat-trasferiment u jivvalutaw il- ħajra tas - suq u l - kapaċità li jassorbu l -perimetru tat-trasferiment. Dan jikkontribwixxi biex l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jimmassimizzaw il - kummerċjabbiltà tal - Istituzzjoni Tranżitorja u jappoġġjaw l - għażla ta’ din l - għodda ta’ riżoluzzjoni fil - pjanijiet ta’ riżoluzzjoni.

25. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw il -profil tar-riskju tal-assi, id-drittijiet u …

L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw il -profil tar-riskju tal-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal -perimetru tat- trasferiment u jappoġġjaw l -evalwazzjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal - kompatibbiltà tagħhom mal -vijabbiltà tal- Istituzzjoni Tranżitorja, li hija maħsuba biex tkompli l-forniment ta’ funzjonijiet kritiċi. Finalment, il -profil tar- riskju (inklużi r -riskji ta’ kreditu, ir-riskji tas- suq jew ir -riskji operattivi) tal-perimetru tat- trasferiment m’għandux jipperikola l-vijabbiltà tal- Istituzzjoni Tranżitorja qabel ma tkun soġġetta għal l- proċess tal - bejgħ.

26. Jekk l- Istituzzjoni Tranżitorja tkun iddisinjata biex tappoġġja istituzzjoni waħda biss, l …

Jekk l- Istituzzjoni Tranżitorja tkun iddisinjata biex tappoġġja istituzzjoni waħda biss, l -istituzzjoni jenħtieġ li tappoġġja lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni meta tivvaluta l -kalibrazzjoni tal- pożizzjoni tal - kapital u tal-likwidità tal-perimetru tat- trasferiment, filwaqt li tiżgura li l -valur tal-obbligazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 40(3) tad-Direttiva 2014 /59/UE, ma jaqbiżx il -valur tal-assi trasferiti mill- istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ipprovduti minn sorsi oħra, u l -awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tivvaluta l -impatt tal-perimetru tat- trasferiment fuq il - pożizzjonijiet ta’ kapital u likwidità tal- Istituzzjoni Tranżitorja. Bl - istess mod, sabiex tiġi żgurata pożizzjoni ta’ likwidità bilanċjata tal - Istituzzjoni Tranżito rja, il-profil tal-maturità tal- assi jenħtieġ li jkun konformi mal-maturità tal- obbligazzjonijiet u jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lill - piż totali tar-rata tal- imgħax fuq l - obbligazzjonijiet meta mqabbel mar -rata totali tal- imgħax li ġejja mill-assi.

27. Sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill …

Sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jivvalutaw iċ - ċaqliq potenzjali tal - perimetru b’mod simili għall - prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 22 ta’ dawn il-linji gwida li x’aktarx jaffettwa l-perimetru tat-trasferiment kif definit fil-paragrafi 13.a u 23 sa 26 ta’ dawn il-linji gwida.

28. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - kundizzjonijiet li taħthom it …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - kundizzjonijiet li taħthom it -trasferimenti lura lill-istituzzjoni jkunu meħtieġa u/jew vantaġġużi fir -rigward tal- istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Din il - konsiderazzjoni jenħtieġ li tapplika fil -livell tal-unità tal-perimetru tat-trasferiment.

29. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu jekk huwiex fattibbli li jitħaddem ftehim …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu jekk huwiex fattibbli li jitħaddem ftehim ta’ negozju dwar l- ishma taħt l - eżerċizzju tal - Istituzzjoni Tranżitorja. 4.1.3 Għodda tas - Separazzjoni tal -Assi

30. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -informazzjoni kkomunikata mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni …

L- istituzzjonijiet, abbażi tal -informazzjoni kkomunikata mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li jindikaw lill -awtoritajiet l-assi, id-drittijiet u/jew l-obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 42(5) tad-Direttiva 2014/59/UE u l- prinċipji stabbiliti fil -linji gwida tal-EBA dwar l- għ odda tas-separazzjoni tal-assi6 sabiex jiġi eżaminat sa liema punt l - għodda tas - separazzjoni tal- assi tista’ tiġi applikata skont l -Artikolu 12(3), punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE.


6 Linji gwida tal-EBA dwar id-determinazzjoni ta’ meta l- likwidazzjoni ta’ assi jew obbligazzjonijiet taħt proċeduri normali ta’ insolvenza jista’ jkollha effett negattiv fuq suq finanzjarju wieħed jew aktar skont l -Artikolu 42(14) tad-Direttiva 2014/59/UE (EBA/GL/2015/05).

31. L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li …

L- istituzzjonijiet, abbażi tal -gwida mill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, jenħtieġ li jidentifikaw l - oġġetti li għandhom jiġu inklużi fil -perimetru tat- trasferiment sabiex ikunu jaqblu mal - karatteristiċi tal -kumpanija tal- immaniġġjar tal - assi (KMA) kif definiti mill -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni. F’dan ir -rigward, skont l-Artikolu 42(5), punt (c), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw jekk it - trasferiment huwiex meħtieġ biex jimmassimizzaw ir-rikavat tal- likwidazzjoni, għalhekk il -mudell ta’ negozju tal- KMA u l - istrateġija tal - ħruġ m’għandhomx jiġu injorati. B’mod partikolari, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jiżguraw li:

  • - il-perimetru tat-trasferiment ikun konformi mal-mudell ta’ negozju tal- KMA, jekk ikun diġà twaqqaf, jew iqisu l -mudell ta’ negozju tal- KMA li għandu jiġi s tabbilit. Il-kumpaniji tal-immaniġġjar tal - assi jistgħu jiġu ddisinjati biex ikunu ffukati fuq assi wieħed jew speċjalizzati f’żona ġeografika;
  • - speċjalment fil - każ tal - KMA li hija mistennija li tassorbi portafolli u attivitajiet minn istituzzjonijiet differenti, ikun hemm koerenza bejn il-perimetru tat-trasferiment u l-istrateġija tad - disponiment li tiżgura l -massimizzazzjoni tar-rikavati minn likwidazzjoni, tevita l- qerda tal -valur u tiskatta effetti ta’ skala;
  • - kemm jista’ jkun, il-perimetru tat-trasferiment jippermetti lill- KMA tilħaq daqs kritiku sabiex tibbenefika minn ekonomiji ta’ skala. Idealment, id- daqs kritiku jenħtieġ li jibqa’ fi ħdan il -proporzjonijiet tas- suq li topera fih;
  • - il-perimetru tat- trasferiment ipoġġi lill - KMA f’pożizzjoni li tirkupra valur fit-tul akbar mill-valur tas- suq fid -data tal-valutazzjoni f’konformità mal-paragrafu 32 ta’ dawn il-linji gwida, li jfisser li portafolli bi prospetti negattivi fit- tul jenħtieġ li jitqiesu bir - reqqa.
32. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jistabbilixxu metodoloġija għall -istituzzjonijiet …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jistabbilixxu metodoloġija għall -istituzzjonijiet biex jistrutturaw il-perimetru tat-trasferiment iddestinat lill- KMA skont l - għodda tas -separazzjoni tal-assi b’tali mod li l-valur fit-tul tal- perimetru jkun ogħla mill -valur tas- suq tiegħu, sabiex tiġi evitata l- qerda tal -valur, tkun minimizzata l- ispiża ta’ riżoluzzjoni u jkunu protetti l -fondi pubbliċi (l -Artikolu 31(2) tad-Direttiva 2014/59/UE). Il-valur fit- tul jista’ jiġi stmat abbażi tal - valur tas- suq kurrenti għall - portafolli produttivi. Madankollu, tqum il - kwistjoni għal portafolli indeboliti jew mhux produttivi, f’liema każijiet l - awtoritajiet jenħtieġ li jivvalutaw il -perspettivi ta’ titjib għall - portafolli kkonċernati u s - swieq derivati minn analiżi tas - suq disponibbli, jaffettwaw l- ingranaġġ fuq il -valutazzjoni tas- superviżuri u jivvalutaw il-kombinazzjonijiet potenzjali ma’ assi produttivi (kombinazzjoni ta’ unitajiet differenti skont il-paragrafu 15 ta’ dawn il-linji gwida) biex ikollhom impatt pożittiv fuq il - profil ġenerali tal -perimetru tat-trasferiment.

33. Sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill …

Sabiex tissaħħaħ aktar ir - riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jappoġġjaw lill -awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jivvalutaw iċ - ċaqliq potenzjali tal -perimetru kif stabbilit fil-paragrafu 22 ta’ dawn il-linji gwida li jkun suxxettibbli li jaffettwa l-perimetru tat-trasferiment.

34. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - kundizzjonijiet li taħthom it …

L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - kundizzjonijiet li taħthom it -trasferimenti lura lill-istituzzjoni jkunu meħtieġa u/jew vantaġġużi fir -rigward tal- istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Din il - konsi derazzjoni jenħtieġ li tapplika fil -livell tal-unità tal-perimetru tat-trasferiment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/