+38. Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà …

38. Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà …

Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà tas-servizzi finanzjarji pprovduti mill-perimetru tat-trasferiment jew (ii) jiġu limitati l -instabbiltajiet tal-finanzjament tal- attivitajiet li jridu jitkomplew (inkluż taħt l - għodda tas -separazzjoni tal- assi għall -entità ta’ qabel), il -perimetru tat- trasferiment ewlieni jenħtieġ li, meta jkun possibbli u soġġett għall - paragrafu 41 ta’ dawn il- linji gwida, jiġi ttrasferit bl -obbligi u l-protezzjonijiet finanzjarji konnessi. Għalhekk, fl - ippjanar ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet bi strateġiji ta’ trasferiment inklużi fil - pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom jenħtieġ li:

  • - jidentifikaw rabtiet finanzjarji bejn skoperturi u obbligazzjonijiet barra u fuq il -karta tal-bilanċ u, b’mod partikolari, il - garanziji (inklużi, fejn rilevanti, referenzi għal: l -ambitu8 ; it-tul ta’ żmien; id -drittijiet ta’ terminazzjoni bikrija; il- bidla ta’ kontroll jew klawżoli transversali ta’ inadempjenza; jew liġi applikabbli) mogħtija u garanziji esterni distinti riċevuti u garanziji intragrupp. Il-garanziji intragrupp9 jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod partikolari sabiex jiġi evalwat jekk għandhomx jiġu trasferiti jew ikkanċellati mingħajr ma jikkawżaw tfixkil mhu x mixtieq;
  • - jidentifikaw ħeġġijiet eżistenti li mhumiex diġà maqbuda mis -salvagwardji msemmija hawn fuq;
  • - jidentifikaw l- unitajiet organizzattivi li huma responsabbli għall -forniment tal-finanzjament u l- interkonnessjonijiet kuntrattwali tagħhom ma’ unitajiet oħra, filwaqt li jitqiesu l - dħul u l- ħruġ ta’ flus u l - kapaċità ta’ kontrobilanċ;
  • - jiżviluppaw, meta meħtieġ, arranġamenti li jiżguraw iż - żamma ta’ ftehimiet eżistenti fi u wara r- riżoluzzjoni, il -kontinwità tat- tranżazzjonijiet back -to-back tal-unitajiet separati, l-aċċess għall -muniti mill-unitajiet separati.

Interkonnessjonijiet Legali


8 Bħal, pereżempju, ittri ta’ konfort.

9 Il-garanziji intragrupp, fil-kuntest ta’ dawn il- linji gwida, għandhom jinftiehmu b’mod wiesa’ bħala mekkaniżmi ta’ trasferiment ta’ telf.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/