+4.2 Valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet
---+35. Sabiex jiġi appoġġjat ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafi 99 sa 101 tal-linji gwida dwar …
---+36. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il …
---+37. F’konformità mal-paragrafu 100 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet …
---+38. Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà …
---+39. Sabiex jappoġġjaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li …
---+40. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw kunflitti potenzjali ta’ separabbiltà relatati mal …
---+41. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt jistgħu jintużaw is - …
---+42. Minbarra l - immappjar ta’ ekwivalenti ta’ ingaġġ full -time (FTEs) mal-komponenti …
---+43. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet ta’ negozju, bħal …
---+44. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - metodoloġija għad -definizzjoni …
|
4.2 Valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet
4.2 Valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
35. Sabiex jiġi appoġġjat ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafi 99 sa 101 tal-linji gwida dwar …
|
Sabiex jiġi appoġġjat ir - rekwiżit imsemmi fil -paragrafi 99 sa 101 tal-linji gwida dwar ir-riżolvibbiltà tal - EBA u biex tiġi żgurata l -kontinwità tal-perimetru tat- trasferiment ladarba jiġi separat mill- bqija tal -grupp skont il-paragrafu 13.b ta’ dawn il-linji gwida, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jispjegaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l - analiżi tal - isfond li tappoġġja l-identifikazzjoni tal-informazzjoni koperta mill-paragrafi 15, 16 u 44 tal-linji gwida tar-riżolvibbiltà tal - EBA u li tappoġġja l - ippjanar ta’ riżoluzzjoni. B’mod partikolari, soġġetti għall - proporzjonalità, l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu: - - iqassmu l -linji ta’ negozju ewlenin u l- funzjonijiet kritiċi fi proċessi funzjonali7 u jimmappjawhom għal unitajiet organizzattivi kif rilevanti;
- - jivvalutaw ir-rwol tal-unitajiet organizzattivi u s-servizzi li jipprovdu;
- - jidentifikaw l- elementi korrispondenti, bħal assi, obbligazzjonijiet, persunal, riżorsi, sistemi u applikazzjonijiet, involuti fl-unitajiet organizzattivi kif rilevanti.
7 Il- proċessi funzjonali jistgħu jiġu definiti bħala l - attivitajiet ta’ kuljum li jappoġġjaw il -linji ta’ negozju.
|
|
36. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il …
|
L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jenfasizzaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni il -kwistjonijiet potenzjali fis-separazzjoni tal-elementi tal-unitajiet organizzattivi mill-komponenti tal-perimetru tat-trasferiment ewlenin (l- ewwel saff) (kunflitti ta’ separabbiltà), jew minħabba li ma jistgħux jiġu sostitwiti faċilment, minħabba li jistgħu jinvolvu riskji addizzjonali u sproporzjonati, jew minħabba li s -separazzj oni tagħhom tkun subottimali fir -rigward tal- għanijiet ta’ riżoluzzjoni. Il - proċess ta’ identifikazzjoni tal - kunflitti ta’ separabbiltà potenzjali jenħtieġ li jqis l -elementi stabbiliti fil-paragrafi 37 sa 49 ta’ dawn il- linji gwida u jingrana kemm jista’ jkun fuq ix - xogħol ta’ ppjanar ta’ rkupru. L- eżitu jenħtieġ li jikkontribwixxi għad -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment fil- pjan ta’ riżoluzzjoni u l -valutazzjoni tal-fattibilità tal- istrateġija ta’ riżoluzzjoni. Skont il-firxa tal-interkonnessjonijiet u l- varjetà ta’ xenarji ta’ riżoluzzjoni, il -valutazzjoni tal-interkonnessjonijiet tista’ ssir fi stadji matul iż - żmien. Interkonnessjonijiet Finanzjarji
|
|
37. F’konformità mal-paragrafu 100 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet …
|
F’konformità mal-paragrafu 100 tal-linji gwida dwar ir- riżolvibbiltà, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jipprovdu lill- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni bl -identifikazzjoni tal-konnessjonijiet salvagwardjati mill-Artikoli 76 sa 80 tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
38. Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà …
|
Sabiex (i) jiġi evitat tfixkil finanzjarju bla bżonn u tiġi żgurata l -affidabbiltà tas-servizzi finanzjarji pprovduti mill-perimetru tat-trasferiment jew (ii) jiġu limitati l -instabbiltajiet tal-finanzjament tal- attivitajiet li jridu jitkomplew (inkluż taħt l - għodda tas -separazzjoni tal- assi għall -entità ta’ qabel), il -perimetru tat- trasferiment ewlieni jenħtieġ li, meta jkun possibbli u soġġett għall - paragrafu 41 ta’ dawn il- linji gwida, jiġi ttrasferit bl -obbligi u l-protezzjonijiet finanzjarji konnessi. Għalhekk, fl - ippjanar ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet bi strateġiji ta’ trasferiment inklużi fil - pjanijiet ta’ riżoluzzjoni tagħhom jenħtieġ li: - - jidentifikaw rabtiet finanzjarji bejn skoperturi u obbligazzjonijiet barra u fuq il -karta tal-bilanċ u, b’mod partikolari, il - garanziji (inklużi, fejn rilevanti, referenzi għal: l -ambitu8 ; it-tul ta’ żmien; id -drittijiet ta’ terminazzjoni bikrija; il- bidla ta’ kontroll jew klawżoli transversali ta’ inadempjenza; jew liġi applikabbli) mogħtija u garanziji esterni distinti riċevuti u garanziji intragrupp. Il-garanziji intragrupp9 jenħtieġ li jiġu vvalutati b’mod partikolari sabiex jiġi evalwat jekk għandhomx jiġu trasferiti jew ikkanċellati mingħajr ma jikkawżaw tfixkil mhu x mixtieq;
- - jidentifikaw ħeġġijiet eżistenti li mhumiex diġà maqbuda mis -salvagwardji msemmija hawn fuq;
- - jidentifikaw l- unitajiet organizzattivi li huma responsabbli għall -forniment tal-finanzjament u l- interkonnessjonijiet kuntrattwali tagħhom ma’ unitajiet oħra, filwaqt li jitqiesu l - dħul u l- ħruġ ta’ flus u l - kapaċità ta’ kontrobilanċ;
- - jiżviluppaw, meta meħtieġ, arranġamenti li jiżguraw iż - żamma ta’ ftehimiet eżistenti fi u wara r- riżoluzzjoni, il -kontinwità tat- tranżazzjonijiet back -to-back tal-unitajiet separati, l-aċċess għall -muniti mill-unitajiet separati.
Interkonnessjonijiet Legali
8 Bħal, pereżempju, ittri ta’ konfort. 9 Il-garanziji intragrupp, fil-kuntest ta’ dawn il- linji gwida, għandhom jinftiehmu b’mod wiesa’ bħala mekkaniżmi ta’ trasferiment ta’ telf.
|
|
39. Sabiex jappoġġjaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li …
|
Sabiex jappoġġjaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet legali bejn il-perimetru tat-trasferiment ewlieni u l- bqija tal -istituzzjoni inklużi, iżda mhux limitati għal: - a. Fil-livell fost l- entitajiet: (i) strumenti ta’ sjieda bejn l -entitajiet; (ii) rabtiet tat-taxxa; (iii) obbligi lejn il-membri kooperattivi l- oħra meta jkun rilevanti; (iv) ir -relazzjoni legali bejn l-entitajiet u kwalunkwe mekkaniżmu ta’ solidarjetà jew skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali (SPI); (v) kuntratti rilevanti bi klawżoli ta’ esklużjoni, bħal impriżi konġunti jew sħubijiet oħra, pereżempju, ma’ kumpaniji tal -assigurazzjoni.
- b. Fil-livell tal- unitajiet organizzattivi: l - interkonnessjonijiet legali minħabba obbligi ta’ servizz eżistenti skont ftehimiet ta’ livell ta’ servizz jew le, il -kuntratti tal-impjegati u l-ftehim kollettiv10 , u d- dispożizzjonijiet kuntrattwali mehmuża mal -assi u l-obbligazzjonijiet ta’ kull unità.
10 Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva dwar it- Trasferimenti ta’ Impriżi 2001/23/K E (TUPE) u l-Artikolu 34(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, l- awtomatiċità tat -trasferiment tal-kuntratti tal- impjegati tista’ ma tapplikax taħt trasferiment bl - użu ta’ kwalunkwe istituzzjoni tranżitorja, bejgħ ta’ negozju, jew għodod ta’ separazzjoni tal -assi.
|
|
40. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw kunflitti potenzjali ta’ separabbiltà relatati mal …
|
L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw kunflitti potenzjali ta’ separabbiltà relatati mal -elementi msemmija qabel u jipprovdu lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni l - informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiċċaraw l -elem enti li ġejjin: - (i) il-konsegwenzi potenzjali tad-definizzjoni tal-perimetru tat- trasferiment fuq l -istruttura tas-sjieda tal- istituzzjoni u fuq l -indipendenza tal-akkwirent;
- (ii) jekk it-tieni saff tal-perimetru tat- trasferiment jistax jiġi strutturat b’tali mod li ma jwassalx għal telf bla bżonn minħabba raġunijiet ta’ taxxa;
- (iii) jekk l- arranġamenti kooperattivi humiex meħtieġa jitkomplew u jistgħux jibbenefikaw il - perimetru tat-trasferiment;
- (iv) jekk is- sħubija fl - SPI, assoċjazzjoni jew arranġamenti simili ta’ solidarjetà tistax xorta titkompla għall -perimetru tat-trasferiment u l-obbligi potenzjali relatati marbuta mal-perimetru tat-trasferiment, billi jiġi vvalutat ukoll, fejn applikabbli, jekk eżenzjonijiet għall - SPI/assoċjazzjoni (bħal dawk previsti skont l-Artikoli 113(7) u 49(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013) jitkomplewx jew jintemmu f’riżoluzzjoni u x’se jkunu l -implikazzjonijiet;
- (v) jekk u sa liema punt ir- riskji potenzjali ta’ litigazzjoni (inklużi r - riskji ta’ litigazzjoni li joħorġu mill - azzjoni ta’ ri żoluzzjoni nnifisha taħt il -gwida tal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni) jkunu ta’ piż fuq il - perimetru tat-trasferiment.
|
|
41. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt jistgħu jintużaw is - …
|
L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jivvalutaw sa liema punt jistgħu jintużaw is - setgħat skont l-Artikolu 64(1) tad-Direttiva 2014 /59/UE biex jemendaw jew jikkanċellaw il -kuntratti sabiex jiġi definit aħjar it -tieni saff tal-perimetru tat- trasferiment u jitneħħew interkonnessjonijiet mhux meħtieġa. Interkonnessjonijiet Operattivi
|
|
42. Minbarra l - immappjar ta’ ekwivalenti ta’ ingaġġ full -time (FTEs) mal-komponenti …
|
Minbarra l - immappjar ta’ ekwivalenti ta’ ingaġġ full -time (FTEs) mal-komponenti tal-perimetru tat-trasferiment (ara l-paragrafu 35 ta’ dawn il-linji gwida), l- istituzzjonijiet jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar il- kompetenza meħtieġa għat - twettiq tal - attivitajiet inklużi fil -perimetru tat-trasferiment. Finalment, huwa l-fehim tal- kompetenza li se jiddaħħal fil -valutazzjoni tas-sostituzzjoni tal-persunal u l-mitigazzjoni tal-kunflitti tas-separabbiltà. Interkonnessjonijiet ta’ Negozju
|
|
43. L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet ta’ negozju, bħal …
|
L- istituzzjonijiet jenħtieġ li jidentifikaw l - interkonnessjonijiet ta’ negozju, bħal kwalunkwe rabta ta’ unità transorganizzazzjonali fejn linja ta’negozju tkun operata permezz ta’ unitajiet organizzattivi multipli jew li d- dħul tagħ hom ikun immexxi mill- attivitajiet eżerċitati minn unitajiet organizzattivi differenti, inklużi sinerġiji jew klijenti ta’ attivitajiet inkroċjati.
|
|
44. L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - metodoloġija għad -definizzjoni …
|
L- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu l - metodoloġija għad -definizzjoni tal-perimetru tat-trasferiment fid-dawl tal-interkonnessjonijiet ta’ negozju, sabiex (i) il- perimetru li għandu jiġi ttrasferit lill- KMA ma jaffettwax b’mod negattiv il - konċessjoni ta’ negozju (inklużi l -funzjonijiet kritiċi u l - linji ta’ negozju ewlenin) li tibqa’ mal -istituzzjon i soġġetta għal riżoluzzjoni maħsuba biex titkompla, (ii) jew alternattivament li l- unitajiet li jitħallew mal - istituzzjoni soġġetti għal riżoluzzjoni ma jkunx ta’ detriment għall - konċessjoni ta’ negozju (inklużi l - funzjonijiet kritiċi u l - linji ta’ negozju ewlenin) trasferiti lill-akkwirent(i) potenzjali jew l- Istituzzjoni Tranżitorja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|