+40. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
|
40. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - Direttiva 2013/36/UE, b’relazzjoni mal -IR RBB, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej: - (a) Li l - korp maniġerjali tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB, għall - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni u għall - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjoni tal - kapital intern sabiex ir - riskji jiġu koperti adegwatament. Il - korp maniġerjali għandu jiddetermina l - istrateġija ġenerali tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB, u japprova l - politiki u l - proċessi korrispondenti. Il - korp maniġerjali jista’, madankollu, jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal - IRRBB lill - maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal - attiv u l - passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati aktar fil - paragrafu 42.
- (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tal - IRRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn sistema ta’ limiti, politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.
- (c) Li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi msemmija għall - valutazzjoni tal - IRRBB huma komprensivi u proporzjonati għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tar - riskji inerenti fil - mudell tan - negozju u fl - attivitajiet tal - istituzzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|