+Titolu VI – Immaniġġjar tal - kontinwità tan - negozju
---+155. Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti applikabbli skont id - DORA, l -emittenti tal-ARTs …
---+156. L-emittenti tal- ARTs jiddependi minn diversi riżorsi kritiċi (eż. sistemi tal - IT inklużi …
---+157. Sabiex tistabbilixxi pjan sod għall - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju, emittent tal …
---+158. Abbażi tal - analiżi msemmija hawn fuq, emittent tal - ARTs għandu jistabbilixxi: a. pjanijiet …
---+159. Il- pjanijiet ta’ kontinġenza, ta’ kontinwità tal - operat u ta’ rkupru għandhom jiġu …
|
Titolu VI – Immaniġġjar tal - kontinwità tan - negozju
Titolu VI – Immaniġġjar tal - kontinwità tan - negozju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
155. Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti applikabbli skont id - DORA, l -emittenti tal-ARTs …
|
Mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti applikabbli skont id - DORA, l -emittenti tal-ARTs jenħtieġ li jistabbilixxu, bħala parti mill - implimentazzjoni tal - politika u tal - pjanijiet tal - kontinwità tal - operat tagħhom stabbiliti f’konformità mal - Artikolu 34(9) tar -R egolament (UE) 2023/1114, ġestjoni tal - kontinwità tal - operat u pjanijiet ta’ rispons u rkupru sodi biex jiżguraw il- kapaċità tagħhom li joperaw fuq bażi kontinwa, biex jimmaniġġjaw inċidenti li jistgħu jfixklu t- twassil ta’ operazzjonijiet kritiċi f’konformità mal - predispożizzjoni għar -riskju u t- tolleranza tal-emittent tal- ARTs għat - tfixkil, u biex jillimitaw it -telf u t- tfixkil għall -forniment tas- servizz f’każ ta’ tfixkil serju fil - kummerċ. L -emittenti tal- ARTs jistgħu jistabbilixxu funzjoni ta’ kontinwi tà tan - negozju indipendenti speċifika filwaqt li jqisu l -kriterji tal- proporzjonalità elenkati fit-Titolu I.
|
|
156. L-emittenti tal- ARTs jiddependi minn diversi riżorsi kritiċi (eż. sistemi tal - IT inklużi …
|
L-emittenti tal- ARTs jiddependi minn diversi riżorsi kritiċi (eż. sistemi tal - IT inklużi servizzi ta’ cloud, sistemi ta’ komunikazzjoni, il - persunal ewlieni u bini). L - għan tal - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju huwa li jitnaqqsu l - konsegwenzi operazzjonali, finanzjarji, legali, reputazzjonali u konsegwenzi materjali oħrajn bħala riżultat ta’ diżastru jew interruzzjoni fit -tul f’dawn ir - riżorsi u t - tfixkil konsegwenti fil - proċeduri ordinarji tan - negozju tal -emittent tal-ARTs. Miżuri oħrajn ta’ ġestjoni tar - riskji jistgħu jkunu maħsuba biex titnaqqas il - probabbiltà ta’ tali inċidenti jew sabiex l - impatt finanzjarju tagħhom jiġi ttrasferit lil partijiet terzi (eż. permezz ta’ assigurazzjoni).
|
|
157. Sabiex tistabbilixxi pjan sod għall - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju, emittent tal …
|
Sabiex tistabbilixxi pjan sod għall - ġestjoni tal - kontinwità tan - negozju, emittent tal -ARTs għandu janalizza bir - reqqa fatturi tar - riskju għal, u l - iskopertura tagħha għal, tfixkil qawwi tal - operat u tivvaluta (b’mod kwantitattiv u kwalitattiv) l - impatt potenzjali tagħhom, billi tuża data interna u/jew esterna u analiżi tax - xenarji. Din l - analiżi jenħtieġ li tittestja l - kapaċità tal - emittent tal- ARTs li jwasslu operazzjonijiet kritiċi permezz ta’ tfixkil u jenħtieġ li tkopri l -linji operatorji u l -unitajiet interni kollha, inklużi l - RMF jew il - proċeduri tal - ġestjoni tar - riskju, u jenħtieġ li tqis l - interdipendenza tagħhom. Ir - riżultati tal - analiżi għandhom jikkontribwixxu għad - definizzjoni tal - prijoritajiet u tal - objettivi ta’ rkupru tal -emittent tal-ARTs.
|
|
158. Abbażi tal - analiżi msemmija hawn fuq, emittent tal - ARTs għandu jistabbilixxi: a. pjanijiet …
|
Abbażi tal - analiżi msemmija hawn fuq, emittent tal - ARTs għandu jistabbilixxi: - a. pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan - negozju biex jiġi żgurat li l -emittent tal-ARTs jirreaġixxi b’mod xieraq għal emerġenzi u jkun kapaċi jwettaq operazzjonijiet kritiċi u jżomm data essenzjali f’każ ta’ tfixkil fil - proċeduri ordinarji tal - operat tiegħu;
- b. pjanijiet ta’ rkupru għal riżorsi kritiċi u funzjonijiet kritiċi jew importanti biex jirkupraw mit- tfixkil u jippermettu lill -emittent tal- ARTs jirritorna għal proċeduri kummerċjali ordinarji f’perjodu ta’ żmien xieraq. Kwalunkwe riskju residwu minn tfixkil potenzjali tal- operat għandu jkun konsistenti mal - predispożizzjoni għar -riskju tal-emittent tal-ARTs.
- c. għal attivitajiet oħra, jew fejn il - kontinwità ta’ funzjonijiet essenzjali kritiċi hija impossibbli li tiġi żgurata, l -emittenti tal- ARTs għandu jkollhom fis - seħħ proċeduri għall - irkupru f’waqtu ta’ data u funzjonijiet u t - tkomplija f’waqtha tal - attivitajiet tagħhom.
|
|
159. Il- pjanijiet ta’ kontinġenza, ta’ kontinwità tal - operat u ta’ rkupru għandhom jiġu …
|
Il- pjanijiet ta’ kontinġenza, ta’ kontinwità tal - operat u ta’ rkupru għandhom jiġu dokumentati u implimentati bir - reqqa. Id - dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli fil -linji operatorji, l -unitajiet interni u l- RMF għall - persunal responsabbli mill - proċedur i tal- ġestjoni tar - riskju, u għandha tinħażen fuq sistemi li huma fiżikament separati u faċilment aċċessibbli f’każ ta’ kontinġenza. Għandu jingħata taħriġ xieraq. Il - pjanijiet għandhom jiġu ttestjati u aġġornati regolarment. Kwalunkwe sfida jew nuqqas li jseħħ fit - testijiet għandu jiġi dokumentat u analizzat, u l - pjanijiet għandhom jiġu rieżaminati skont dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|