+24. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
|
24. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill - esperjenza teoretika u prattika relatata ma’: - a. ir- regolamentazzjoni tas - swieq finanzjarji b’mod partikolari fir - rigward tal - istrumenti finanzjarji, kif definiti fl - Artikolu 4(1), il - punt (15) tad - Direttiva 2014/65/UE u l - istrumenti finanzjarji tad - DLT kif definiti fl - Artikolu 2(1)(11) tar - Regolament (UE) 2022/858;
- b. kriptoassi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens ta’ flus elettroniċi;
- c. il - fehim rilevanti tan - natura differenti ta’ tipi differenti ta’ kriptoassi;
- d. il - prinċipji u l - proċeduri tal - immaniġġjar tar - riskji;
- e. l - immaniġġjar tar - riskji ta’ likwidità, tas - suq u tar - riskju ta’ kreditu fir - rigward tal - attivitajiet ta’ negozju tal - emittent tal - ART jew tas - CASP;
- f. rekwiżiti skont ir - Regolament (UE) 2022/2554 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir - reżiljenza operazzjonali diġitali għas - settur finanzjarju;5
- g. rekwiżiti rigward l - użu ta’ fornituri terzi, inklużi arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni u mmaniġġjar ta’ fornituri terzi;
- h. kontabilità u awditjar;
- i. obbligi kontra l - ħasil tal - flus u l - ġlieda kontra l - finanzjament tat - terroriżmu;
- j. rekwiżiti tal - protezzjoni tad - data ;
- k. il - kapaċità li tiġi vvalutata l - effettività ta’ emittent tal - ART jew l - arranġamenti tas -CASP li jiżguraw governanza, sorveljanza u kontrolli interni effettivi;
- l. l - interpretazzjoni tal - informazzjoni finanzjarja u l - identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ewlenin ibbażati fuq din l - informazzjoni;
- m. għarfien maniġerjali, inkluż l - ippjanar strateġiku, il - fehim tal - istrateġija ta’ negozju jew tal - pjan tan - negozju ta’ istituzzjoni u t - twettiq tagħhom;
- n. il - kapaċità li jippreżentaw il - fehmiet tagħhom, jiddiskutu l - istrateġiji u l - objettivi ta’ negozju; u
- o. meta l - pożizzjoni tal - membri tkun fi ħdan emittent ta’ ART, ir - rekwiżiti ġuridiċi rilevanti għall - ħruġ ta’ ART.
5 ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1–79
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|