+C.2.2 Għarfien, ħiliet u esperjenza individwali xierqa
---+16. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim aġġornat dwar l - attivitajiet ta’ …
---+17. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim ċar tal - emittent ta’ ART jew tal - …
---+18. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom jifhmu l - kunflitti ta’ interess li jistgħu …
---+19. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - …
---+20. Il - valutazzjoni ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa għandha tikkunsidra: a. ir- rwol u d …
---+21. Għandhom jiġu kkunsidrati l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din …
---+22. Il - valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal - livell edukattiv tal - membru jew prova ta’ …
---+23. Sabiex jivvalutaw b’mod xieraq il - ħiliet tal - membri tal - korp maniġerjali, l - emittenti …
---+24. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
---+25. B’referenza għall - punt i. hawn fuq, mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad …
---+26. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …
---+27. Fejn applikabbli, il - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu …
|
C.2.2 Għarfien, ħiliet u esperjenza individwali xierqa
C.2.2 Għarfien, ħiliet u esperjenza individwali xierqa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
16. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim aġġornat dwar l - attivitajiet ta’ …
|
Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim aġġornat dwar l - attivitajiet ta’ negozju tal - emittent tal - ART jew tas - CASP u r - riskji kollha tiegħu, f’livell proporzjonali għar - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom membru individwali mhuwiex direttament responsabbli iżda huwa kollettivament responsabbli flimkien mal - membri l - oħra tal - korp maniġerjali.
|
|
17. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim ċar tal - emittent ta’ ART jew tal - …
|
Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim ċar tal - emittent ta’ ART jew tal - arranġamenti ta’ governanza tas - CASP, ir - rwol u r - responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, l - istruttura tal - grupp.
|
|
18. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom jifhmu l - kunflitti ta’ interess li jistgħu …
|
Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom jifhmu l - kunflitti ta’ interess li jistgħu jeżistu bejn l - emittent tal - ART jew tas - CASP u kwalunkwe waħda mill - partijiet ikkonċernati tiegħu.
|
|
19. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - …
|
Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - implimentazzjoni ta’ kultura korporattiva u tar - riskju, valuri korporattivi u mġiba xierqa fi ħdan il - korp maniġerjali biex iwettqu n - negozju b’mod kompetenti u responsabbli.
|
|
20. Il - valutazzjoni ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa għandha tikkunsidra: a. ir- rwol u d …
|
Il - valutazzjoni ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa għandha tikkunsidra: - a. ir- rwol u d - dmirijiet tal - pożizzjoni u l - kapaċitajiet meħtieġa;
- b. l - għarfien u l - ħiliet miksuba permezz tal - edukazzjoni, it - taħriġ u l - prattika;
- c. l - esperjenza prattika u professjonali miksuba f’pożizzjonijiet preċedenti u direttorati attwali oħra; u
- d. l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza miksuba u murija mill - kondotta professjonali tal - membru.
|
|
21. Għandhom jiġu kkunsidrati l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din …
|
Għandhom jiġu kkunsidrati l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex relatata mas - settur finanzjarju, inklużi s - swieq tal - kriptoassi, jew oqsma rilevanti oħra. B’mod partikolari, l - edukazzjoni fl - oqsma tal - finanzi, inklużi l - kriptoassi, l - ekonomija, il - liġi, il - kontabilità, l - awditjar, l - amministrazzjoni, ir - regolamentazzjoni finanzjarja, it - teknoloġija tal - informazzjoni, u l - metodi kwantitattivi, tista’ b’mod ġenerali tiġi kkunsidrata bħala rilevanti għall - entitajiet finanzjarji, inklużi l - emittenti tal - ART u tas -CASP.
|
|
22. Il - valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal - livell edukattiv tal - membru jew prova ta’ …
|
Il - valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal - livell edukattiv tal - membru jew prova ta’ ċertu perjodu ta’ servizz f’entità finanzjarja, emittent tal - ART jew tas - CASP jew ditti oħra f’oqsma relatati mas - swieq fil - kriptoassi u swieq finanzjarji oħra. Għandha titwettaq analiżi aktar dettaljata tal - esperjenza prattika tal - membru fir - rigward tal - attivitajiet tal - emittent tal - ART jew tas - CASP, peress li l - għarfien miksub minn xogħlijiet preċedenti jiddependi fuq in - natura, l - iskala u l - kumplessità tan - negozju kif ukoll il - funzjoni li l - membru wettaq fi ħdanu.
|
|
23. Sabiex jivvalutaw b’mod xieraq il - ħiliet tal - membri tal - korp maniġerjali, l - emittenti …
|
Sabiex jivvalutaw b’mod xieraq il - ħiliet tal - membri tal - korp maniġerjali, l - emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ lista mhux eżawrjenti ta’ ħiliet rilevanti stabbilita fl - Anness II għal - Linji Gwida Konġunti tal - EBA u l - ESMA dwar il - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u d - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id - Direttiva 2013/36/UE u d - Direttiva 2014/65/UE, billi jitqies ir - rwol u d - dmirijiet tal - pożizzjoni okkupata mill - membru tal - korp maniġerjali.
|
|
24. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
|
Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill - esperjenza teoretika u prattika relatata ma’: - a. ir- regolamentazzjoni tas - swieq finanzjarji b’mod partikolari fir - rigward tal - istrumenti finanzjarji, kif definiti fl - Artikolu 4(1), il - punt (15) tad - Direttiva 2014/65/UE u l - istrumenti finanzjarji tad - DLT kif definiti fl - Artikolu 2(1)(11) tar - Regolament (UE) 2022/858;
- b. kriptoassi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens ta’ flus elettroniċi;
- c. il - fehim rilevanti tan - natura differenti ta’ tipi differenti ta’ kriptoassi;
- d. il - prinċipji u l - proċeduri tal - immaniġġjar tar - riskji;
- e. l - immaniġġjar tar - riskji ta’ likwidità, tas - suq u tar - riskju ta’ kreditu fir - rigward tal - attivitajiet ta’ negozju tal - emittent tal - ART jew tas - CASP;
- f. rekwiżiti skont ir - Regolament (UE) 2022/2554 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir - reżiljenza operazzjonali diġitali għas - settur finanzjarju;5
- g. rekwiżiti rigward l - użu ta’ fornituri terzi, inklużi arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni u mmaniġġjar ta’ fornituri terzi;
- h. kontabilità u awditjar;
- i. obbligi kontra l - ħasil tal - flus u l - ġlieda kontra l - finanzjament tat - terroriżmu;
- j. rekwiżiti tal - protezzjoni tad - data ;
- k. il - kapaċità li tiġi vvalutata l - effettività ta’ emittent tal - ART jew l - arranġamenti tas -CASP li jiżguraw governanza, sorveljanza u kontrolli interni effettivi;
- l. l - interpretazzjoni tal - informazzjoni finanzjarja u l - identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ewlenin ibbażati fuq din l - informazzjoni;
- m. għarfien maniġerjali, inkluż l - ippjanar strateġiku, il - fehim tal - istrateġija ta’ negozju jew tal - pjan tan - negozju ta’ istituzzjoni u t - twettiq tagħhom;
- n. il - kapaċità li jippreżentaw il - fehmiet tagħhom, jiddiskutu l - istrateġiji u l - objettivi ta’ negozju; u
- o. meta l - pożizzjoni tal - membri tkun fi ħdan emittent ta’ ART, ir - rekwiżiti ġuridiċi rilevanti għall - ħruġ ta’ ART.
5 ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1–79
|
|
25. B’referenza għall - punt i. hawn fuq, mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad …
|
B’referenza għall - punt i. hawn fuq, mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad - Direttiva 2015/849/UE, il - membru tal - korp maniġerjali tas - CASP identifikat bħala responsabbli mill - implimentazzjoni tal - liġijiet, ir - regolamenti u d - dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall - konformità mad - Direttiva (UE) Direttiva 2015/849/UE għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza rilevanti adatti rigward l - identifikazzjoni u l - valutazzjoni tar - riskji tal - ML/TF, u l - politiki, il - kontrolli u l - proċeduri tal - AML/CFT. Din il - persuna għandu jkollha fehim tajjeb tar - riskji ta’ ML/TF li għalihom tkun esposta l - istituzzjoni abbażi tal - mudell tan - negozju tagħha.
|
|
26. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …
|
Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti, kunsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għal dawn li ġejjin: - a. in- natura tal - pożizzjoni okkupata u l - livell ġerarkiku tagħha;
- b. it - tul tas - servizz fil - pożizzjoni;
- c. l - għadd ta’ subordinati;
- d. in- natura u l - kumplessità tan - negozju fejn kienet okkupata l - pożizzjoni, inkluża l - istruttura organizzazzjonali tiegħu;
- e. l - ambitu tal - kompetenzi, is - setgħat tat - teħid tad - deċiżjonijiet, u r - responsabbiltajiet tal - membru;
- f. l - għarfien tekniku miksub permezz tal - pożizzjoni;
- g. għarfien addizzjonali miksub minn attivitajiet akkademiċi.
|
|
27. Fejn applikabbli, il - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu …
|
Fejn applikabbli, il - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu jistgħu jikkontestaw id - deċiżjonijiet tal - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u deċiżjonijiet maniġerjali rilevanti oħrajn fejn meħtieġ u jissorveljaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv it - teħid tad - deċiżjonijiet tal - maniġment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|