+12. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni …
|
12. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni …
Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni speċifika għall - istituzzjoni li tipprovdi lill - istituzzjoni b’ħarsa lejn il - materjalità finanzjarja tar - riskji tal - ESG għall - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tagħha, appoġġjata minn immappjar tal - fatturi tal - ESG u tal - kanali ta’ trażmissjoni għall - kategoriji ta’ riskji finanzjarji tradizzjonali. Il - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tkun konsistenti ma’ valutazzjonijiet oħra tal - materjalità mwettqa mill - istituzzjoni, b’mod partikolari dawk magħmula għad - divulgazzjoni tar - riskji ta’ sostenibbiltà materjali f’konformità mad - Direttiva 2013/34/UE6 u mar- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2023/27727 , fejn applikabbli, u għandha tiġi integrata fil - valutazzjoni tal - materjalità tal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital (ICAAP).
6 Id- Direttiva 2013/34/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar id- dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id - dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r - rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d - Direttiva 2006/43/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill u li tħassar id - Direttivi tal - Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p.19). 7 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal -31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d - Direttiva 2013/34/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tal - istandards tar - rapportar dwar is - sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2772, 22.12.2023).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|