+4.1 Valutazzjoni tal - materjalità
---+11. Bħala parti mill - metodoloġija ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji …
---+12. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni …
---+13. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tuża approċċ ibbażat fuq ir - …
---+14. Bil- ħsieb li jivvalutaw b’mod komprensiv il - materjalità tar - riskji tal - ESG, l - …
---+15. Fir- rigward tal - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet …
---+16. L- istituzzjonijiet għandhom jissostanzjaw u jiddokumentaw, bħala parti mill - ICAAP tagħhom …
---+17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ta’ kejl, arranġamenti tal - …
|
4.1 Valutazzjoni tal - materjalità
4.1 Valutazzjoni tal - materjalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
11. Bħala parti mill - metodoloġija ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji …
|
Bħala parti mill - metodoloġija ta’ referenza għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji tal - ESG tal - istituzzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl - istrateġiji u l- proċeduri interni tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jipprevedu l - prestazzjoni regolari ta’ valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG. Dik il - valutazzjoni għandha titwettaq mill - inqas kull sena jew, għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi (SNCIs), kull sentejn. Madankollu, l - istituzzjonijiet inklużi l - SNCIs, għandhom jaġġornaw il - valutazzjoni tagħhom b’mod aktar frekwenti f’każ li jinbidel il - materjal fl - ambjent tan - negozju tagħhom relatata mal - fatturi tal - ESG, bħal politiki pubbliċi sinifikanti ġodda jew bidliet fil - mudell tan - negozju, fil - portafolli jew fl - operazzjonijiet tal - istituzzjoni.
|
|
12. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni …
|
Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha titwettaq bħala valutazzjoni speċifika għall - istituzzjoni li tipprovdi lill - istituzzjoni b’ħarsa lejn il - materjalità finanzjarja tar - riskji tal - ESG għall - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tagħha, appoġġjata minn immappjar tal - fatturi tal - ESG u tal - kanali ta’ trażmissjoni għall - kategoriji ta’ riskji finanzjarji tradizzjonali. Il - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tkun konsistenti ma’ valutazzjonijiet oħra tal - materjalità mwettqa mill - istituzzjoni, b’mod partikolari dawk magħmula għad - divulgazzjoni tar - riskji ta’ sostenibbiltà materjali f’konformità mad - Direttiva 2013/34/UE6 u mar- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2023/27727 , fejn applikabbli, u għandha tiġi integrata fil - valutazzjoni tal - materjalità tal - proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l - adegwatezza tal - kapital (ICAAP).
6 Id- Direttiva 2013/34/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar id- dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id - dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r - rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d - Direttiva 2006/43/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill u li tħassar id - Direttivi tal - Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p.19). 7 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal -31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d - Direttiva 2013/34/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tal - istandards tar - rapportar dwar is - sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2772, 22.12.2023).
|
|
13. Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tuża approċċ ibbażat fuq ir - …
|
Il- valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji tal - ESG għandha tuża approċċ ibbażat fuq ir - riskji li jqis il- probabbiltà tal - okkorrenza u d - daqs potenzjali tal - effetti finanzjarji tar - riskji tal - ESG fuq terminu qasir u medju u fuq perjodu ta’ żmien twil ta’ mi ll- inqas 10 snin.
|
|
14. Bil- ħsieb li jivvalutaw b’mod komprensiv il - materjalità tar - riskji tal - ESG, l - …
|
Bil- ħsieb li jivvalutaw b’mod komprensiv il - materjalità tar - riskji tal - ESG, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom jirrifletti b’mod suffiċjenti n - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - attivitajiet, il - portafolli, is - servizzi u l - prodotti tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - impatt tar - riskji tal - ESG fuq il - kategoriji tradizzjonali kollha ta’ riskji finanzjarji li huma esposti għalihom, inklużi r - riskji ta’ kreditu, tas - suq, ta’ likwidità, operattivi (inkluża l - litigazzjoni), reputazzjonali, tal - mudell tan - negozju u tal - konċentrazzjoni. Id - determinazzjoni tar - riskji materjali tal -ESG għandha tqis l - impatti tagħhom fuq il - kategoriji tar - riskji finanzjarji u l - ammonti u/jew l - ishma ta’ skoperturi, ta’ dħul u ta’ profitti esposti għar - riskji.
|
|
15. Fir- rigward tal - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet …
|
Fir- rigward tal - valutazzjoni tal - materjalità tar - riskji ambjentali, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw kemm informazzjoni kwalitattiva kif ukoll dik kwantitattiva. L - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kamp ta’ applikazzjoni tal - fatturi ambjentali wiesa’ biżżejjed li jinkludi mill - inqas fatturi relatati mal - klima, id - degradazzjoni tal - ekosistemi u t - telf tal - bijodiversità. L - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw kemm il - motivaturi tar - riskji ta’ tranżizzjoni kif ukoll dawk tar - riskji fiżiċi, filwaqt li jqisu mill - inqas dan li ġej: - a) Għal riskji ta’ tranżizzjoni:
- i. is - setturi ekonomiċi ewlenin li huma appoġġjati mill - assi ffinanzjati jew dawk li l- kontroparti tal - istituzzjoni jkollha l - attivitajiet prinċipali tagħha fihom;
- ii. bidliet materjali attwali u futuri potenzjali fil - politiki pubbliċi, fit - teknoloġiji u fil - preferenzi tas - suq (eż. regolamenti ambjentali jew inċentivi fiskali ġodda, żvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal - karbonju, bidliet fid - domanda tal - konsumaturi jew tal - investituri);
- iii. fir - rigward tar - riskji relatati mal - klima:
| b) Għal riskji fiżiċi: | 1. 2. | skoperturi lejn setturi li jikkontribwixxu ħafna għat - tibdil fil - klima kif speċifikat fil - Premessa 6 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2020/1818, jiġifieri s - setturi elenkati fit - Taqsimiet A sa H u t - Taqsima L tal - Anness I tar - Regolament (KE) Nru 1893/20068 , filwaqt li tiġi mogħtija kunsiderazzjoni partikolari lill - iskoperturi lejn entitajiet tas - settur tal - fjuwils fossili; il- grad ta’ allinjament jew allinjament ħażin tal - portafolli mal - objettivi regolatorji rilevanti tal - ġuriżdizzjonijiet fejn joperaw – għal SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar mill - inqas abbażi ta’ valutazzjoni kwalitattiva ta’ livell għoli; | | i. iż - żoni produzzjoni) dawn | ikun | ġeografiċi li għandhom l - assi ewlenin tal - kontropartijiet (eż. siti ta’ u, b’mod partikolari għall - iskoperturi ta’ proprjetajiet immobbli, fihom kollateral fiżiku; | | ii. il- livell | | ta’ vulnerabbiltà għal perikli ambjentali (eż. perikli relatati mat - |
temperatura, mar - riħ, mal - ilma u mal - massa solida) assoċjati ma’ xenarji klimatiċi u perkorsi ta’ tranżizzjoni differenti jew, għal SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar, assoċjati ma’ mill - inqas xenarju avvers wieħed.
8 Ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas -17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r - Regolament (UE) 2016/1011 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tal - istandards minimi għall - Parametri Referenzjarji tat - Tranżizzjoni Klimatika tal - UE u l - Parametri Referenzjarji tal - UE allinjati mal - Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 406, 03/12/2020, p. 17) - Ir- Regolament dwar l- Istandards tal - Parametri Referenzjarji Klimatiċi - Premessa 6: Is - setturi elenkati fit - Taqsimiet A sa H u fit - Taqsima L tal - Anness I tar - Regolament (KE) Nru 1893/2006
|
|
16. L- istituzzjonijiet għandhom jissostanzjaw u jiddokumentaw, bħala parti mill - ICAAP tagħhom …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jissostanzjaw u jiddokumentaw, bħala parti mill - ICAAP tagħhom, il- valutazzjonijiet tal - materjalità tar - riskji tal - ESG tagħhom, inkluż metodoloġiji u restrizzjonijiet użati, inputs u fatturi kkunsidrati u r - riżultati u l - konklużjonijiet ewlenin milħuqa, inkluż konklużjonijiet ta’ non - materjalità.
|
|
17. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ta’ kejl, arranġamenti tal - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw metodi ta’ kejl, arranġamenti tal - ġestjoni tar - riskji u proċessi tal - ippjanar tat - tranżizzjoni, rispettivament f’konformità mat - Taqsima 4.2, it - Taqsima 5, u t - Taqsima 6, li jkunu proporzjonati mal - eżiti tal - valutazzjoni tal - materjalità u infurmati minnhom. Għal dan l - għan, l - istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti aktar estensivi u sofistikati għar - riskji tal - ESG identifikati bħala materjali. Min - naħa tagħhom, il - metodoloġiji tal - kejl tar - riskji t al- ESG u l - metriċi ta’ monitoraġġ tar - riskji tal - ESG użati mill - istituzzjonijiet għandhom jappoġġjaw u jinfurmaw l - aġġornamenti regolari tal - valutazzjoni tal - materjalità. Istituzzjonijiet iżgħar b’attivitajiet inqas kumplessi jistgħu japplikaw arranġamenti inqas estensivi u sofistikati, li madankollu għandhom ikunu proporzjonati mar - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom tar - riskji tal -ESG.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|