+30. Għal riskji ambjentali oħra (lil hinn mill - klima), għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi …
|
30. Għal riskji ambjentali oħra (lil hinn mill - klima), għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi …
Għal riskji ambjentali oħra (lil hinn mill - klima), għandhom jiġu kkunsidrati l - fatturi addizzjonali li ġejjin: - a. il- politika u r - regolamentazzjoni ambjentali, jiġifieri l - livell ta’ ambizzjoni u l - infurzar tal - politiki tal - protezzjoni ambjentali, bħall - konservazzjoni tal - bijodiversità, ir - regolamentazzjoni tal - kwalità tal -ilma u tal-arja, il- mandati tal - ekonomija ċirkolari, ir - restrizzjonijiet fuq is - sustanzi kimiċi dannużi, u l - projbizzjonijiet fuq id - deforestazzjoni. Dan jinkludi oqfsa reġjonali bħal - Liġi tal -UE dwar ir- Restawr tan -Natura jew l- Istrateġija għall - Bijodiversità għall - 2030;
- b. il- kundizzjoni tal - ekosistema, jiġifieri l - istatus u x - xejriet fil - bijodiversità, id - degradazzjoni tal- ekosistema, il - fertilità tal - ħamrija, id - disponibbiltà tal - ilma ħelu, u l -livelli tat- tniġġis. Dawn il- fatturi jiddefinixxu l - istress ambjentali tal -linj a bażi u jinfluwenzaw il - materjalizzazzjoni ta’ riskji bħall - iskarsezza tar - riżorsi, il - kollass tal - ispeċijiet, jew il - kriżi tal- ilma;
- c. il-mudelli tal- użu tal -art u tar- riżorsi, jiġifieri l - firxa u l - intensità tal - użu tal -art (l-espansjoni urbana, l - agrikoltura, it - tħaffir fil -minjieri), u l-mudelli tal- estrazzjoni tal - materja prima jew l- użu tal -ilma. L- użu mhux sostenibbli jista’ jamplifika d - degradazzjoni ambjentali u jiskatta punti kritiċi soċjali jew ekonomiċi;
- d. id- dipendenzi tal - katina tal - provvista fuq l - ekosistemi, jiġifieri l - grad sa fejn is - setturi jew ir- reġjuni jiddependu fuq servizzi tal - ekosistemi bħad - dakkir, il - filtrazzjoni tal -ilma, jew id- disponibbiltà tal -materja prima. It- tfixkil ta’ dawn is - servizzi jista’ jwassal għal telf settorjali, pereżempju fl - agrikoltura, il - forestrija, is - sajd, l - ikel, jew it - tessuti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|