+Operational conditions
---+17. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali huwiex …
---+18. Il-fergħat ta' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-assi kollha ta’ allokazzjoni kapitali …
---+19. Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jimplimentaw arranġamenti, strateġiji, proċessi u …
---+20. L-assi ta’ allokazzjoni kapitali inizjali msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) …
---+21. Il-fergħat ta' pajjiż terz għandhom jissorveljaw il-post ġeografiku tal-assi ta’ allokazzjoni …
---+22. L-assi ta’ allokazzjoni kapitali msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) …

Operational conditions

Operational conditions

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
17. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali huwiex …

Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali huwiex issodisfat, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom iqisu l-obbligazzjonijiet miżmuma fil-kotba tagħhom (obbligazzjonijiet irreġistrati fil-kotba) u rrapportati bħala tali minnhom f’konformità mal-qafas ta’ rapportar f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru.../... [għandha tiżdied ir-referenza għall-ITS dwar ir-rapportar għat-TCB].

18. Il-fergħat ta' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-assi kollha ta’ allokazzjoni kapitali …

Il-fergħat ta' pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-assi kollha ta’ allokazzjoni kapitali allokati msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) tad-Direttiva 2013/36/EU u depożitati fil-kont miżmum minn terzi huma dejjem u kontinwament disponibbli għall-użu għall-iskopijiet tal-Artikolu 96 tad-Direttiva 2014/59/UE fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-fergħa ta' pajjiż terz u għall-iskopijiet tal-istralċ tal-fergħa ta' pajjiż terz skont il-liġi nazzjonali.

19. Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jimplimentaw arranġamenti, strateġiji, proċessi u …

Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jimplimentaw arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi biex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ allokazzjoni kapitali tagħhom fuq bażi kontinwa u biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Linji Gwida.

20. L-assi ta’ allokazzjoni kapitali inizjali msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) …

L-assi ta’ allokazzjoni kapitali inizjali msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u depożitati fil-kont miżmum minn terzi ma għandhomx jitqiesu fir-rekwiżit ta' likwidità tal-Artikolu 48f ta' din id-Direttiva.

21. Il-fergħat ta' pajjiż terz għandhom jissorveljaw il-post ġeografiku tal-assi ta’ allokazzjoni …

Il-fergħat ta' pajjiż terz għandhom jissorveljaw il-post ġeografiku tal-assi ta’ allokazzjoni kapitali (jiġifieri l-post tal-emittent jew tal-fornitur tal-protezzjoni, fejn applikabbli), ir-riskju ta' konċentrazzjoni tagħhom u l-konsistenza tad-denominazzjoni tal-munita tagħhom mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-obbligazzjonijiet tal-fergħa ta' pajjiż terz, speċjalment kwalunkwe depożiti. RAPPORT FINALI RIGWARD IL-LINJI GWIDA DWAR L-ISTRUMENTI DISPONIBBLI GĦAL FERGĦAT TA’ PAJJIŻI TERZI GĦAL UŻU MHUX RISTRETT U IMMEDJAT BIEX IKOPRU R-RISKJI JEW IT-TELF SKONT L-ARTIKOLU 48E(2)(C) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE

22. L-assi ta’ allokazzjoni kapitali msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) …

L-assi ta’ allokazzjoni kapitali msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 48e(2) tad-Direttiva 2013/36/EU u depożitati fil-kont miżmum minn terzi għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe aggravar, ħlief aggravar meħtieġ biex jiġi żgurat li dawn l-assi jkunu disponibbli għall-użu għall-iskopijiet tal-Artikolu 96 tad-Direttiva 2014/59/UE fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-fergħa ta' pajjiż terz u għall-iskopijiet tal-likwidazzjoni tal-fergħa ta' pajjiż terz skont il-liġi nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/