+Artikolu 15 Aktar armonizzazzjoni tal-għodod, metodi, proċessi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT
---+Artikolu 15 (a)
---+Artikolu 15 (b)
---+Artikolu 15 (c)
---+Artikolu 15 (d)
---+Artikolu 15 (e)
---+Artikolu 15 (f)
---+Artikolu 15 (g)
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Aktar armonizzazzjoni tal-għodod, metodi, proċessi u politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT
L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, f’konsultazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji komuni sabiex:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 (a)
|
jispeċifikaw aktar elementi li jridu jiġu inklużi fil-politiki, fil-proċeduri, fil-protokolli u fl-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 9(2), bil-ħsieb li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks, jippermettu salvagwardji adegwati kontra l-intrużjonijiet u l-użu ħażin tad-data, jippreservaw id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, inkluż tekniki kriptografiċi, u jiggarantixxu trażmissjoni preċiża u fil-pront tad-data mingħajr tfixkil u dewmien żejjed;
|
|
Artikolu 15 (b)
|
jiżviluppaw aktar komponenti tal-kontrolli tad-drittijiet ta’ ġestjoni tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 9(4), il-punt (c), u l-politika assoċjata tar-riżorsi umani li tispeċifika d-drittijiet tal-aċċess, il-proċeduri għall-għoti u r-revoka tad-drittijiet, il-monitoraġġ tal-imġiba anomala b’rabta mar-riskji tal-ICT permezz ta’ indikaturi xierqa, inkluż għax-xejriet tal-użu, għas-sigħat, għall-attività tal-IT u għall-apparat mhux magħruf tan-netwerk;
|
|
Artikolu 15 (c)
|
jiżviluppaw aktar il-mekkaniżmi speċifikati fl-Artikolu 10(1) li jippermettu l-individwazzjoni fil-pront ta’ attivitajiet anomali u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10(2) li jwasslu għall-proċessi ta’ individwazzjoni u rispons tal-inċidenti relatati mal-ICT;
|
|
Artikolu 15 (d)
|
jispeċifikaw aktar il-komponenti tal-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(1);
|
|
Artikolu 15 (e)
|
jispeċifikaw aktar l-ittestjar tal-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(6) biex jiżguraw li ttestjar bħal dan iqis kif xieraq xenarji fejn il-kwalità tal-forniment ta’ funzjoni kritika jew importanti tiddeterjora għal livell inaċċettabbli jew tfalli, u jqisu kif xieraq l-impatt potenzjali tal-insolvenza, jew fallimenti oħra, ta’ kwalunkwe fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT u, fejn rilevanti, ir-riskji politiċi fil-ġuriżdizzjonijiet tal-fornituri rispettivi;
|
|
Artikolu 15 (f)
|
jispeċifikaw aktar il-komponenti tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT imsemmija fl-Artikolu 11(3);
|
|
Artikolu 15 (g)
|
jispeċifikaw aktar il-kontenut u l-format tar-rapport annwali dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(5);
|
|
Artikolu 15 2
|
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom iqisu d-daqs u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet tagħha, filwaqt li jqisu kif xieraq kwalunkwe karatteristika speċifika li tkun ir-riżultat tan-natura distinta tal-attivitajiet fost is-setturi differenti tas-servizzi finanzjarji.
|
|
Artikolu 15 3
|
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2024.
|
|
Artikolu 15 4
|
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel paragrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|