11. L-ASE għandhom, bi qbil mal-BĊE, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji konġunti f’konformità mal-qafas TIBER–EU sabiex jispeċifikaw aktar:
|
(a)
|
il-kriterji użati għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 8, it-tieni subparagrafu;
|
|
(b)
|
ir-rekwiżiti u l-istandards li jirregolaw l-użu ta’ testers interni;
|
|
(c)
|
ir-rekwiżiti fir-rigward ta’:
|
(i)
|
l-ambitu tat-TLPT imsemmi fil-paragrafu 2;
|
|
(ii)
|
il-metodoloġija u l-approċċ tal-ittestjar li għandhom jiġu segwiti għal kull fażi speċifika tal-proċess tal-ittestjar;
|
|
(iii)
|
ir-riżultati, l-istadji tal-għeluq u tar-rimedju tal-ittestjar;
|
|
|
(d)
|
it-tip ta’ kooperazzjoni superviżorja u kooperazzjoni oħra rilevanti li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-TLPT, u għall-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku ta’ dak l-ittestjar, fil-kuntest ta’ entitajiet finanzjarji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, biex ikun permess livell xieraq ta’ involviment superviżorju u implimentazzjoni flessibbli biex jiġu koperti l-ispeċifiċitajiet tas-sottosetturi finanzjarji jew tas-swieq finanzjarji lokali.
|
Meta jiżviluppaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-SE għandhom iqisu kif xieraq kwalunkwe karatteristika speċifika li tirriżulta min-natura distinta tal-attivitajiet f’setturi differenti tas-servizzi finanzjarji.
L-ASE għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Lulju 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.