4. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, u f’koordinazzjoni man-Netwerk Konġunt ta’ Sorveljanza (JON) imsemmi fl-Artikolu 34(1), is-Sorveljant Ewlieni għandu jadotta pjan ta’ sorveljanza individwali li jkun ċar, dettaljat u motivat li jiddeskrivi l-objettivi annwali tas-sorveljanza u l-azzjonijiet ewlenin ippjanati għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT. Dak il-pjan għandu jiġi kkomunikat kull sena lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ sorveljanza, is-sorveljant ewlieni għandu jikkomunika l-abbozz tal-pjan ta’ sorveljanza lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
Malli jirċievi l-abbozz tal-pjan ta’ sorveljanza, il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jista’ jippreżenta dikjarazzjoni motivata fi żmien 15-il jum kalendarji li turi l-impatt mistenni fuq il-klijenti li huma entitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u fejn xieraq, jifformula soluzzjonijiet biex jittaffew ir-riskji.