2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-sorveljant ewlieni għandu jivvaluta jekk kull fornitur terz kritiku ta’ servizz tal-ICT għandux fis-seħħ regoli, proċeduri, mekkaniżmi u arranġamenti komprensivi, sodi u effettivi għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT li jista’ joħloq għall-entitajiet finanzjarji.
Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiffoka prinċipalment fuq is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġja l-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji. Fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji rilevanti kollha, dik il-valutazzjoni għandha testendi għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet oħra għajr dawk li huma kritiċi jew importanti.