|
(d)
|
li joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma msemmija fl-Artikolu 33(3), b’mod partikolari li jikkonċerna dan li ġej:
|
(i)
|
l-użu ta’ rekwiżiti jew proċessi speċifiċi ta’ sigurtà u kwalità tal-ICT, b’mod partikolari b’rabta mal-introduzzjoni ta’ patches, aġġornamenti, kriptaġġ u miżuri ta’ sigurtà oħra li s-Sorveljant Ewlieni jqis rilevanti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ICT tas-servizzi pprovduti lill-entitajiet finanzjarji;
|
|
(ii)
|
l-użu ta’ kondizzjonijiet u termini, inkluż l-implimentazzjoni teknika tagħhom, li skonthom il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji, li s-Sorveljant Ewlieni jqis rilevanti għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ punti uniċi ta’ falliment, l-amplifikazzjoni tagħhom, jew biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku possibbli fis-settur finanzjarju kollu tal-Unjoni f’każ ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT;
|
|
(iii)
|
kwalunkwe sottokuntrattar ippjanat, fejn is-Sorveljant Ewlieni jqis li sottokuntrattar ulterjuri, inkluż arranġamenti ta’ sottokuntrattar li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jippjanaw li jidħlu fihom ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew ma’ sottokuntratturi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, jista’ jiskatta riskji għall-forniment ta’ servizzi mill-entità finanzjarja, jew riskji għall-istabbiltà finanzjarja, abbażi tal-eżaminazzjoni tal-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 37 u 38;
|
|
(iv)
|
l-astensjoni mid-dħul f’arranġament ta’ sottokuntrattar ulterjuri, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
—
|
is-sottokuntrattur previst ikun fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz;
|
|
—
|
is-sottokuntrattar jikkonċerna funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja; u
|
|
—
|
is-Sorveljant Ewlieni jqis li l-użu ta’ tali sottokuntrattar joħloq riskju ċar u serju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għall-entitajiet finanzjarji, inkluż għall-kapaċità tal-entitajiet finanzjarji li jikkonformaw mar-rekwiżiti superviżorji.
|
|
Għall-fini tal-punt (iv) ta’ dan il-punt, il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għandhom, bl-użu tal-mudell imsemmi fl-Artikolu 41(1), il-punt (b), jibagħtu l-informazzjoni rigward is-sottokuntrattar lis-Sorveljant Ewlieni.
|