+Artikolu 47 Kooperazzjoni mal-istrutturi u l-awtoritajiet stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2022/2555
---+Artikolu 47 1
---+Artikolu 47 2
---+Artikolu 47 3
---+Artikolu 47 4
|
Artikolu 47 Kooperazzjoni mal-istrutturi u l-awtoritajiet stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2022/2555
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1
|
1. Sabiex irawmu l-kooperazzjoni u jippermettu skambji superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati skont dan ir-Regolament u l-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilit bl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, l-ASE u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Kooperazzjoni għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet superviżorji tagħhom b’rabta ma’ entitajiet finanzjarji. L-ASE u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu li jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għal kwistjonijiet b’rabta mal-entitajiet essenzjali jew importanti soġġetti għad-Direttiva (UE) 2022/2555 li jkunu ġew iddeżinjati wkoll bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 47 2
|
2. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw u jikkondividu informazzjoni mal-punti uniċi ta’ kuntatt u s-CSIRTs iddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
|
Artikolu 47 3
|
3. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kwalunkwe parir u assistenza teknika rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 u jistabbilixxu arranġamenti ta’ kooperazzjoni biex jippermettu li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi u ta’ rispons rapidu.
|
|
Artikolu 47 4
|
4. L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, fost l-oħrajn, jispeċifikaw il-proċeduri għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji u ta’ sorveljanza, rispettivament, b’rabta mal-entitajiet essenzjali jew importanti soġġetti għad-Direttiva (UE) 2022/2555 li jkunu ġew iddeżinjati bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont l-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament, inkluż għat-twettiq, f’konformità mal-liġi nazzjonali, ta’ investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post, kif ukoll għal mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità ma’ dik id-Direttiva li jinkludi aċċess għall-informazzjoni mitluba mll-awtoritajiet tal-aħħar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|