+Artikolu 13 3.

Artikolu 13 3.

Il-valutazzjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà għandha tiġi ddokumentata u aġġornata kif ikun xieraq matul perjodu ta’ appoġġ li għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà għandha tinkludi mill-anqas analiżi tar-riskji għaċ-ċibersigurtà bbażata fuq l-iskop maħsub u l-użu raġonevolment prevedibbli, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-użu, tal-prodott b’elementi diġitali, bħall-ambjent operattiv jew l-assi li għandhom jiġu protetti, filwaqt li jitqies it-tul ta’ żmien li l-prodott ikun mistenni li jkun qed jintuża. Il-valutazzjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà għandha tindika jekk ir-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fil-Parti I, il-punt (2), tal-Anness I, humiex applikabbli għall-prodott rilevanti b’elementi diġitali u jekk iva b’liema mod, u kif dawk ir-rekwiżiti jiġu implimentati abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju għaċ-ċibersigurtà. Għandha tindika wkoll kif il-manifattur għandu japplika l-Parti I, il-punt (1), tal-Anness I, u r-rekwiżiti tal-ġestjoni tal-vulnerabbiltà stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit