+Artikolu 13 8.

Artikolu 13 8.

Il-manifatturi għandhom jiżguraw, meta jintroduċu prodott b’elementi diġitali fis-suq, u għall-perjodu ta’ appoġġ, li l-vulnerabbiltajiet ta’ dak il-prodott, inklużi l-komponenti tiegħu, jiġu ġestiti b’mod effettiv u f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali taċ-ċibersigurtà stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I.

Il-manifatturi għandhom jiddeterminaw il-perjodu ta’ appoġġ sabiex jirrifletti t-tul ta’ żmien li matulu l-prodott huwa mistenni li jkun qed jintuża, filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, l-aspettattivi raġonevoli tal-utenti, in-natura tal-prodott, inkluż l-iskop maħsub tiegħu, kif ukoll il-liġi rilevanti tal-Unjoni li tiddetermina t-tul tal-ħajja tal-prodotti b’elementi diġitali. Meta jiddeterminaw il-perjodu ta’ appoġġ, il-manifatturi jistgħu jqisu wkoll il-perjodi ta’ appoġġ ta’ prodotti b’elementi diġitali li joffru funzjonalità simili introdotti fis-suq minn manifatturi oħra, id-disponibbiltà tal-ambjent operattiv, il-perjodi ta’ appoġġ tal-komponenti integrati li jipprovdu funzjonijiet ewlenin u li jinkisbu minn partijiet terzi kif ukoll il-gwida rilevanti pprovduta mill-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva ddedikat (ADCO) stabbilit skont l-Artikolu 52(15) u mill-Kummissjoni. Il-kwistjonijiet li għandhom jitqiesu sabiex jiġi ddeterminat il-perjodu ta’ appoġġ għandhom jiġu kkunsidrati b’mod li jiżgura l-proporzjonalità.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, il-perjodu ta’ appoġġ għandu jkun mill-anqas ħames snin. Meta l-prodott b’elementi diġitali jkun mistenni li jkun qed jintuża għal anqas minn ħames snin, il-perjodu ta’ appoġġ għandu jikkorrispondi għaż-żmien tal-użu mistenni.

Filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-ADCO kif msemmi fl-Artikolu 52(16), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 61 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-perjodu minimu ta’ appoġġ għal kategoriji ta’ prodotti speċifiċi meta d-data tas-sorveljanza tas-suq tindika perjodi ta’ appoġġ inadegwati.

Il-manifatturi għandhom jinkludu l-informazzjoni li tkun ġiet meqjusa biex jiddeterminaw il-perjodu ta’ appoġġ ta’ prodott b’elementi diġitali fid-dokumentazzjoni teknika kif stabbilit fl-Anness VII.

Il-manifatturi għandu jkollhom politiki u proċeduri xierqa, inklużi politiki ta’ divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet, imsemmija fil-Parti II, il-punt (5), tal-Anness I, biex jipproċessaw u jirrimedjaw il-vulnerabbiltajiet potenzjali fil-prodott b’elementi diġitali rrapportati minn sorsi interni jew esterni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit