|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.Għall-finijiet tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-manifattur għandu jissottometti:
(a)
notifika ta’ twissija bikrija ta’ vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta l-manifattur isir jaf biha, li tindika, meta dan ikun applikabbli, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun konxju li l-prodott tiegħu b’elementi diġitali jkun tqiegħed;
(b)
sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, notifika ta’ vulnerabbiltà, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-manifattur isir konxju mill-vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv, li għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali, kif disponibbli, dwar il-prodott b’elementi diġitali kkonċernat, in-natura ġenerali tal-vulnerabbiltà kkonċernata u l-mod li bih tiġi sfruttata kif ukoll kwalunkwe miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni meħuda, u l-miżuri korrettivi jew ta’ mitigazzjoni li l-utenti jistgħu jieħdu, u li għandha tindika wkoll, meta dan ikun applikabbli, kemm il-manifattur iqis li l-informazzjoni notifikata hija sensittiva;
(c)
sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, rapport finali, mhux aktar tard minn 14-il jum wara li tkun disponibbli miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni, li jinkludi mill-anqas dan li ġej:
(i)
deskrizzjoni tal-vulnerabbiltà, inklużi s-serjetà u l-impatt tagħha;
(ii)
meta tkun disponibbli, informazzjoni dwar kwalunkwe attur malizzjuż li sfrutta jew li qed jisfrutta l-vulnerabbiltà;
(iii)
dettalji dwar l-aġġornament tas-sigurtà jew miżuri korrettiv oħra li saru disponibbli biex tiġi rrimedjata l-vulnerabbiltà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|