|
+Artikolu 14 4. |
Artikolu 14 4.Għall-finijiet tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-manifattur għandu jissottometti:
(a)
notifika ta’ twissija bikrija ta’ inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-prodott b’elementi diġitali, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta l-manifattur isir konxju minnu, inkluż mill-anqas jekk l-inċident huwiex issuspettat li huwa kkawżat minn atti illegali jew malizzjużi, li għandha tindika wkoll, meta dan ikun applikabbli, l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-manifattur ikun konxju li l-prodott tiegħu b’elementi diġitali jkun tqiegħed;
(b)
sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, notifika ta’ inċident, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-manifattur isir jaf bl-inċident, li għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali, meta din tkun disponibbli, dwar in-natura tal-inċident, valutazzjoni inizjali tal-inċident, kif ukoll kwalunkwe miżura korrettiva jew ta’ mitigazzjoni meħuda, u l-miżuri korrettivi jew ta’ mitigazzjoni li l-utenti jistgħu jieħdu, u li għandha tindika wkoll, meta dan ikun applikabbli, kemm il-manifattur iqis li l-informazzjoni notifikata hija sensittiva;
(c)
sakemm l-informazzjoni rilevanti ma tkunx diġà ġiet ipprovduta, rapport finali, fi żmien xahar mis-sottomissjoni tan-notifika ta’ inċident skont il-punt (b), li jinkludi mill-anqas dan li ġej:
(i)
deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, inklużi s-serjetà u l-impatt tiegħu;
(ii)
it-tip ta’ theddida jew il-kawża ewlenija li x’aktarx skattat l-inċident;
(iii)
il-miżuri ta’ mitigazzjoni applikati u li għaddejjin bħalissa; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|